Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 Quo Vadis Qormi FC? M'HEMMX dubju li fost l-iktar timijiet li ddiżżappuntaw sa issa filKampjonat BOV Premier flimkien ma' Tarxien Rainbows u Rabat Ajax, insibu lil Qormi. Kien hemm aspettattivi kbar fil-bidu ta' dan l-istaġun li Qormi seta' jkollhom kampjonat tabilħaqq tajjeb. Saħansitra f 'konferenza stampa fil-ftuħ tal-istaġun, l-eks kowċ Taljan Tommaso Volpi li ma tantx kellu CV ta' kowċing mill-aqwa fejn kien mexxa timijiet ta' livell baxx fl-Italja bħal mhuma Canvese, Viterbese u Montevarchi u li għamel ftit xhur biss fit-tmun ta' Qormi. Qabel tneħħa bi ftehim reċiproku f 'Diċembru li għadda, kien saħaq li l-aspirazzjonijiet ta' Qormi għal tmiem l-istaġun kienu dawk li jirnexxielhom jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League. Però mhux talli dan mhux se jseħħ hekk kif ninsabu ċerti li Qormi se jispiċċaw jilagħbu firRelegation Pool, iżda talli bosta osservaturi tal-futbol lokali qegħdin isostnu li jekk ma jsirx avvanz immedjat, jista' jkun li Qormi jisfaw relegati għall-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni fi tmiem l-istaġun li ġej. Propju rigward dan tkellem ma' dan il-ġurnal il-goalkeeper u kap ta' Qormi, Matthew Farrugia, fejn qalilna li jinsab konvint li l-objettiv ta' Qormi li jsalvaw se jilħquh. U biex ikollna stampa aħjar tassitwazzjoni preżenti ta' Qormi ma stajniex ma nagħmlux kuntatt mal-membru talkumitat ferm ħabrieki tal-istess tim, Victor Agius li daħal fid-dettall u tana l-veduti tiegħu rigward it-tim li tant iħobb. Huwa saħaq li: "Wara għexieren ta' snin jissielet bejn Qormi jħarsu 'l quddiem f'tentattiv li jirnexxielhom itejbu l-wirjiet u r-riżultati tagħhom matul dan l-istaġun it-tieni u t-tielet diviżjoni, ittim ta' Qormi FC fl-aħħar snin reġa' lejn il-glorja u sab postu jilgħab fl-ogħla diviżjoni talfutbol Malti. Dan huwa s-sitt staġun li t-tim qed jilgħab filKampjonat Premier ta' pajjiżna. Mhux faċli għal tim modest bħal Qormi FC, li jżomm postu fl-ogħla diviżjoni, ikun kompetittiv u jaspira li jkompli jimxi 'l quddiem sabiex jasal dak il-jum li jirbaħ xi unur maġġuri. Minkejja d-diffikultajiet kollha tul l-aħħar snin, it-tim mhux biss żamm postu mal-kbar, iżda fl-aħħar ħames snin tela' tliet darbiet fil-finali tal-UBet FA Trophy. Fl-aħħar sentejn, it-tim fir-relegation pool kien wieħed minn tal-ewwel li rnexxielu jassigura postu kmieni filkampjonat premier. Ċertament li hija l-ħolma u x-xewqa ta' kull partitarju Qormi li jara li t-tim ikompli javvanza 'l quddiem u jkun fost l-ewlenin f 'pajjiżna! Biex issir din il-qabża hemm bżonn ta' investiment kbir; kemm finanzjarju, amministrattiv, kif ukoll tekniku. Kien propju għalhekk li matul dawn l-aħħar xhur il-klabb kien qed jesplora diversi proposti minn investituri barranin. Filwaqt li fuq ċertu livelli tekniċi l-ftehim li kien hemm mat-Taljani rrenda, f 'aspetti oħra ma tax ir-riżultati mixtieqa u kien propju għalhekk li bi qbil reċiproku ż-żewġ naħat iddeċidew li jinħallu minn dan l-akkordju. Id-diżappunt u d-delużjoni tas-sapporters Qriema, kemm għar-riżultati miksuba s'issa kif ukoll il-prestazzjoni tat-tim, huwa wieħed ovvju. It-tim kellu jgħaddi minn bidliet tattiċi, plejers barranin ġodda u anke għall-ewwel darba kien taħt il-gwida ta' kowċ barrani. Filwaqt li bla dubju dan huwa mument diffiċli, xorta waħda ma jfissirx li ma jista' jsir xejn biex inneħħu din is-sħaba sewda minn fuqna u noħorġu minnha kemm jista' jkun malajr. Fl-aħħar jiem ġie ngaġġat kowċ ġdid, it-Taljan Karel Zema, li flimkien mat-tim tekniku kollu, plejers, kumitat, partitarji u sostenituri ser jagħmlu dak kollu possibbli sabiex it-tim ikun jista' jtejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu u jikseb ir-riżultati mixtieqa. Fil-jiem li ġejjin għandhom jaslu wkoll xi plejers barranin sabiex tissaħħaħ l-iskwadra. Wasal iż-żmien biex jidħol lura l-plejer Brażiljan, Jorge Pereira da Silva, li nemmnu li ser ikun pedina importanti fl-attakk tat-tim. Qed isiru sforzi kbar biex ilklabb jissaħħaħ kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll mil-lat amministrattiv. Fl-aħħar jiem, grazzi għall-intervent ta' diversi nies li jħobbu l-klabb, ittieħdu diversi miżuri li naqqsu l-pressjoni finanzjarja minn fuq il-klabb. B'hekk il-klabb issa jista' jħares 'il quddiem b'ottimiżmu u l-kumitat jista' jikkonċentra aktar fuq it-tim. Fit-tim preżenti hemm nukleju tajjeb ta' plejers lokali stabbiliti, li flimkien ma' plejers barranin ta' kwalità, taħt direzzjoni tajba, m'għandhiex tkun ħaġa diffiċli sabiex fl-iqsar żmien possibbli nerġgħu ndawru r-rotta u nħarsu 'l quddiem. Ir-realtà turina li ċ-ċansijiet li nilagħbu fic-championship SPORTSillum pool huma remoti ħafna, jekk mhux impossibbli wkoll. Allura dan huwa staġun mitluf? Ċertament li le. Irridu naħdmu qatigħ sabiex intejbu l-prestazzjonijiet tat-tim, inkunu konsistenti, nagħmlu sforz kollettiv għaliex mhux ser tkun faċli li nsalvaw postna fil-Premier kmieni kemm jista' jkun malajr u li nkomplu navvanzaw 'il quddiem fil-kompetizzjoni UBet FA Trophy. Fuq l-esperjenzi ta' dan l-istaġun irridu nkompli nibnu għall-ġejjin. L-esperjenza li għaddejna minnha fl-aħħar xhur tagħmel parti mill-passat u din qiegħda hemm biss biex nitgħallmu minnha. L-importanti li minn issa 'l quddiem inħarsu lejn il-futur sabiex jissaħħaħ dak li nbena b'tant ħidma u għaqal matul iż-żmien għall-ġid talklabb. Fis-snin riċenti, flimkien saħħaħna ħafna l-infrastruttura taċ-Ċentru Sportiv u llum il-Klabb għandu faċilitajiet u grawnds tajbin ħafna fejn isir it-taħriġ. Qed isir ħafna xogħol fuq l-akkademja tan-nursery sabiex jissaħħaħ is-settur taż-żgħażagħ. Irridu nagħtu l-opportunità ukoll lill-plejers tan-nursery tagħna sabiex isibu posthom fit-tim tal-kbar. Sfortunament fid-dinja talfutbol, issib ħafna nies meta t-tim ikun għaddej minn mumenti ta' glorja. Huma vera ftit dawk li jibqgħu wara t-tim f 'mumenti diffiċli, meta propju jkun l-aktar mument li hemm bżonn ta' appoġġ. Dan huwa l-klabb li jgħaqqad ir-raħal wara l-kuluri isfar u iswed u bl-għaqda, ħidma u sagrifiċċji ta' kulħadd, nistgħu naslu sabiex naqbdu t-triq li twassal sabiex it-tim ta' Qormi FC ikun fost l-ewlenin fil-Kampjonat Premier", temm jgħid Victor Agius. Minn età tenera jikseb suċċess fl-Italja CONOR Borg hu l-plejer Malti li għad għandu biss 16-il sena. Ħalla pajjiżna filbidu tal-karriera tal-futbol biex ifittex orizzonti ġodda fl-Italja. Huwa jilgħab ma' Chievo Verona fl-Italja fejn qed jikseb suċċess liema bħalu. U huwa propju dan l-eżempju li kull plejer żagħżugħ Malti għandu jimxi fuqu jekk irid tassew jikseb suċċess fil-karriera tiegħu tal-futbol. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Conor Borg fl-Italja fejn talbu jtina rendikont dettaljat tal-ħajja tiegħu fl-Italja, kif sejjer bħalissa t-tim li qed jilgħab Conor Borg ta' 16-il sena ma' Chievo Verona fl-Italja miegħu Chievo Verona kif ukoll kif qed iħares lejn ilfutur tiegħu f 'dan il-pajjiż ġar tagħna. Huwa qalilna li: "L-ewwel nett bħal kull bidu ieħor, kienet diffiċli għalija li nħalli dari u niġi ngħix f 'pajjiż ieħor, mhux biss biex nilgħab il-futbol imma wkoll l-istil ta' ħajja tiegħi nbidel. Sirt iktar indipendenti. Fil-bidu kienet diffiċli għalija u kienet xi ħaġa ferm iebsa għalija biex nipprova nadatta ruħi iżda għamilt lista ta' għanijiet u sagrifiċċji li kelli nagħmel biex inwettaq il-ħolma li kelli sa minn meta kont tifel żgħir, jiġifieri li xi darba nsir plejer professjonali. It-taħriġ hawnhekk fl-Italja huwa iktar tattiku mill-futbol Malti u anki fil-logħbiet, xi partijiet huma milgħuba b'mod tattiku. F'kull sessjoni ta' taħriġ jien dejjem inkun lest li nagħti l-mija fil-mija tiegħi biex nipprova lili nnifsi hekk kif huwa biss permezz ta' xogħol iebes u dedikazzjoni li plejer jista' jtejjeb il-livelli tiegħu fil-futbol. Niftakar l-ewwel logħba tiegħi hawnhekk li kienet fil'preseason' kontra l-Inter fejn qabel din il-logħba niftakar li kont ferm eċitat. Sa issa l-affarijiet sejrin tajjeb ħafna għalija hekk kif bdejt nilgħab iktar b'mod regolari u ġurnata wara l-oħra qed insir parti iktar mit-tim. Bħalissa ninsabu fir-raba' post tal-kampjonat. Il-futbol hawnhekk huwa ta' livell għoli fejn il-plejers kollha huma tajbin ħafna, u l-ballun qatt ma jieqaf. It-tip ta' futbol li jintlagħab hawnhekk huwa bbażat fuq kważi 'one touch' jew 'two touch'. Finalment nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-MFA li għenuni ħafna f 'din l-esperjenza tiegħi li qed nagħmel fl-Italja waqt li għenuni wkoll biex intejjeb l-abbiltajiet u l-ħiliet tiegħi blgħajnuna tal-kowċis."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014