Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
SPORTSillum Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 31 PSG u t-timijiet ta' Manchester wara Pogba IL-MANIĠER ġenerali ta' Juventus, Giuseppe Marotta, kompla jinsisti li l-plejer li qed jirriżulta fost l-aqwa plejers talBianconeri matul dan l-istaġun, Paul Pogba, ma jinsabx għall-bejgħ waqt li qed jistenna wkoll li Andrea Pirlo jiffirma kuntratt ġdid. F'dawn l-aħħar jiem dehru rapporti fil-mezzi tax-xandir li Juventus huma interessati li jakkwistaw lill-attakkant ta' Manchester City, Stevan Jovetic, iżda biex jagħmlu dan, it-tim minn Turin ikunu jridu jħallu lil Pogba jingħaqad ma' Manchester City. Jidher li barra interess mill-favoriti netti li jirbħu l-Kampojonat Ligue 1 fi Franza fi tmiem dan l-istaġun, Paris Saint- Germain, hemm ukoll interess f 'Pogba mill-klabb li kien jilgħab miegħu l-plejer internazzjonali Franċiż, Manchester United. Madankollu Marotta huwa konxju mill-fatt li waqt li se jkun qed janalizza kull proposta għall-plejer Franċiż, m'għandu l-ebda intenzjoni li jħalli lil Pogba jitlaq lil Juventus. Dan hekk kif f 'kummenti li ta lillistazzjon televiziv Taljan, Sky Italia, fil-jiem li għaddew, huwa saħaq li Juventus se jkunu qed jagħtu kas ta' kull offerta possibbli għal Pogba, però r-risposta dejjem se tkun fin-negattiv. Intant, huwa rrappurtat ukoll li l-plejer ta' nofs il-grawnd veteran ta' Juventus, Andrea Pirlo qed jattira l-interess taż-żewġ timijiet mill- Giuseppe Marotta jwiegħed li Pogba mhux se jħalli lil Juventus Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, Chelsea u Tottenham Hotspur. Però, Pirlo saħaq li qed jantiċipa li jiffirma kuntratt ġdid ma' Juventus u Marotta ma jara l-ebda problema li dan iseħħ. Marotta żied jgħid li Juventus dejjem urew ottimiżmu għal Pirlo, minħabba l-fatt li l-plejer iħossu tajjeb magħhom u għalhekk jemmen li l-permanenza tiegħu ma' Juventus se tibqa'. Marotta kkonkluda li se jkunu qed iħarsu lejn id-dettalji rigward dan kollu fil-futur. Sneijder mhux se jħalli lil Galatasaray Pirlo jiżżewweġ lil L-ISTILLA Olandiża u l-plejer li bil-gowl tiegħu elimina lil Juventus mill-UEFA Champions League, Wesley Sneijder insista li mhux se jkun qed iħalli lil Galatasaray matul dan ix-xahar hekk kif fl-aħħar ġimgħat kien hemm xnigħat persistenti li l-istess plejer seta' tabilħaqq jingħaqad ma' Manchester United. Dan hekk kif afferma li jinsab kuntent ma' Galatasaray. Il-klabb Tork saħaq li f 'Settembru li għadda r-Red Devils kienu għamlu offerta indiretta għall-plejer ta' 29 sena u dan wara li Manchester United kienu diġà resqu viċin li jiffirmaw lillplejer Olandiż mingħand Inter fis-sajf tal-2011 fi trasferiment ta' £35 miljun iżda mbagħad it-tim Taljan kien qata' qalbu minħabba li Sneijder kien qed jitlob salarju ta' £200,000 filġimgħa. Però għadha tippersisti spekulazzjoni li l-kowċ Skoċċiż ta' Manchester United, David Moyes, jista' jakkwista lil Sneijder matul dan ix-xahar, hekk kif jinsab f 'tentattiv urġenti li jsaħħaħ nofs il-grawnd ta' Manchester United li qed jinħass ferm batut matul dan l-istaġun, waqt li kien irrappurtat ukoll li l-plejer jista' jkun ippreparat li jkollu tnaqqis fil-paga biex finalment jingħaqad mattim minn Old Trafford. Madankollu huwa mifhum li Moyes qed jagħmel minn kollox li jnaqqas l-età medja Juventus u jiddivorzja minn mal-mara Sneijder mhux se jingħaqad ma' Manchester United - se jibqa' ma' Galatasaray tat-tim tiegħu u għalhekk jista' jkun li qed ifittex plejers iktar żgħażagħ biex isaħħu l-iskwadra tal-United. Madankollu, Sneijder, afferma li ma kien sar l-ebda kuntatt miegħu mir-Red Devils. F'kummenti li għadda lill-istazzjon televiżiv Tork, Beyaz TV, fil-jiem li għaddew, Sneijder saħaq li l-istess stazzjon televiżiv kien ikun jaf aħjar minnu li kieku l-plejer kien irċieva xi offerti. Huwa kkonkluda li sa issa ma kien irċieva l-ebda offerta. Huwa insista li jkun hemm xnigħat u spekulazzjonijiet dwaru f 'kull tieqa tat-trasferimenti ('transfer window'). B'hekk huwa dejjem ikun qed jistenna b'ħerqa t-tmiem tat-twieqi tat-trasferimenti biex in-nies jieqfu jitkellmu dwaru. Huwa sostna li jinsab kuntent ħafna ma' Galatasaray kif ukoll bilpartitarji tal-istess tim u għalhekk m'għandu l-ebda raġuni għaliex iħalli lillklabb. Huwa kkonkluda billi qal li din it-tip ta' aħbar dejjem tiġri u għalhekk wieħed dejjem ikun irid jistenna sa tmiem it-tieqa tat-trasferimenti fit-tmiem ta' Jannar. Sneijder, li niftakru li rebaħ il-UEFA Champions League, ilKampjonat Taljan Serie A TIM kif ukoll il-Coppa Italia fl-2010 ma' Inter taħt it-tmexxija tal-iSpecial One, Josè Mourinho, ingħaqad ma' Galatasaray f 'Jannar tal-2013 f 'somma li huwa rrappurat li laħqet it-£8.4 miljun, fejn huwa mifhum li l-kuntratt tiegħu ma' dan il-klabb Tork jintemmlu fissajf tal-2016. Andrea Pirlo u Deborah Roversi jiddivorzjaw wara 12-il sena miżżewġin SKOND dak li deher fuq ir-rivista popolari Taljana li tiġi ppubblikata kull ġimgħa, 'Chi', il-plejer ferm importanti ta' Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, Andrea Pirlo, talab biex jiddivorzja minn mal-mara tiegħu Deborah Roversi li żżewweġ 12-il sena ilu. Jidher li l-inkwiet bejn din il-koppja ilu jinħass minn xi ġimgħat ilu meta l-plejer ta' kalibru liema bħalu deher waħdu f 'Courmayeur għallvaganzi tal-Milied u jidher li f 'dawn l-aħħar jiem waslet il-konferma ta' din l-aħbar tad-divorzju. Jidher li kemm Pirlo kif ukoll Roversi għandhom kollox lest rigward prattiċi legali li jirrikjedi d-divorzju, u għalhekk kollox jindika li m'hemmx ċans li s-sitwazzjoni ta' bejniethom tiġi rranġata. Sa issa r-raġunijiet ta' dan iddivorzju mhumiex magħrufa. Pirlo u Rovero għandhom żewġt itfal, Niccolò ta' 11-il sena u Angela ta' tmien snin. Dak li hu ċert rigward Pirlo huwa li matul ix-xahar id-dieħel, il-plejer ta' nofs il-grawnd tat-tim nazzjonali Taljan se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ta' sentejn ma' Juventus.