Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 Muscat u Sammut jirbħu l-ewwel attività AX tas-sena 2014 Manuel Muscat fuq Opel Corsa NHAR il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet bl-attivitajiet tal-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Din id-darba kien jikkonsisti f 'tiġrijiet bil-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Il-ġurnata bdiet fil-11am bis-sezzjoni Autocross, fejn ħadu sehem 26 karozza fissitt attività tal-Kampjonat fuq korsa direzzjoni kontra l-arloġġ. Il-kundizzjoni tat-trakka kienet tajba ħafna u kienet element biex ilkompetitzzjoni kienet aktar kompetitiva. Tul il-ġurnata ma kien hemm ħadd li rebaħ il-heats kollha tal-ġurnata u l-ogħla punteġġ fit-tiġrijiet ta' kwalifika kien 22 punt minn 27 akkwistati minn Gordon Johnson fuq Peugeot. Johnson awtomatikment ħa postu fil-finali klassi A u flimkien miegħu kien hemm Malcom Borg (35) u Manuel Muscat (60) it-tnejn fuq Opel Corsa, Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo (41), Melo Zammit fuq Ford Escort (61) u Matthew Borg fuq Vauxhall Nova (14). Mat-tluq ta' din il-finali klassi A rajna lil Muscat u Zammit jagħmlu ħruġ tajjeb segwit minn Matthew Borg u Farrugia. Fi ftit sekondi Borg issupera lil Zammit u kompliet it-tiġrija b'Zammit jagħmel pressjoni fuq Borg u dan spiċċa ħareġ barra millkorsa wara żball min-naħa tiegħu tant li dan għamilha aktar faċli għal Zammit biex jerġa' jieħu t-tieni post li beda minnu. Fil-kumplament tat-tiġrija s-sewwieqa kollha żammew posthom sal-aħħar b'Muscat jissiġġilla l-ewwel rebħa tiegħu f 'dan l-istaġun segwit minn Zammit u Farrugia rispettivament. L-aħħar tliet pożizzjonijiet spiċċaw b'Johnson fir-raba' post, Malcolm Borg fil-ħames post u Matthew Borg fis-sitt post. Fi Klassi B kellna Start Line kompost minn Ġużi Pace fuq Ford Escort, Kurt Sammut fuq Ford Ka, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Philip Joe Vella u Andrew Pisani it-tnejn fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta' din ilfinali rajna lil Sammut jisraq l-ewwel pożizzjoni u flimkien miegħu Martin u Pace. Wara l-ewwel dawra Pace beda jkollu pressjoni qawwija minn Grech sakemm dan l-aħħar irnexxielu jieħu post Pace sal-finali. Sa dan il-ħin Sammut kompla jiżviluppa distakk mill-kumplament talkompetituri l-oħra tul id-disa' laps. Sfortunatament Vella li kien qed jiġri fil-ħames pożizzjoni spiċċa biex tilef il-kontroll u nqaleb bil-karozza tant li ma setax ikompli u saret faċli għal Pisani li javvanza pożizzjoni. Ir-riżultat finali spiċċa b'Sammut jissiġġilla l-ewwel rebħa tiegħu segwit minn Martin u Grech rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Pace segwit minn Pisani u Vella. Il-Klassi Gozo Autocross kienet iddominata minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta li kien segwit minn Dominic Zammit fuq Alfa Sud u Joseph Vella fuq Ford Fiesta li spiċċaw il-ġurnata fit-tieni u fit-tielet post. Il-finali ta' din it-tiġrija ntrebħet minn Zammit. Fil-Motocross Klassi A rajna lil Clayton Camilleri fuq KTM ikompli jikkumbatti iżda jiddomina ma' Paul Muscat fejn għal darb'oħra rebaħ il-heats kollha tal-ġurnata u ssiġġilla t-tieni rebħa tiegħu f 'dan il-kampjonat b'75 punt segwit minn Paul Muscat fuq KTM 250cc li għalaq il-ġurnata fit-tieni post b'66 punt. Trevor Muscat fuq Honda 250cc li tela' fi klassi A minn Klassi B spiċċa fit-tielet pożizzjoni bi 58 punt. Fil-Motocross Klassi B rajna liż-żagħżugħ Kyle Camilleri fuq Suzuki 85cc jiddomina din il-klassi bi 72 punt billi rebaħ żewġ heats minn tlieta fejn fit-tielet heat spiċċa ssuperat minn Pierre Jourdon fuq KTM 150cc. Jourdon spiċċa l-ġurnata fit-tieni pożizzjoni b'69 punt u kien segwit minn Karl Micallef fuq Honda 250cc b'60 punt li għalaq il-ġurnata fit-tielet post. Intant, illum se jkomplu l-attivitajiet tal-ASMK iżda din id-darba mis-sezzjoni Trials. Qed tiġi organizzata t-tielet attività mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14 fil-barriera tal-Aħrax talMellieħa. L-attività tibda fid9am sa madwar nofsinhar. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Inter fadlilhom iktar minn sentejn biex jilħqu l-quċċata SITWAZZJONI mhux daqshekk feliċi għal Inter Thohir iwiegħed li Inter se jirritornaw fl-ogħla postijiet tal-klassifika fi żmien sentejn jew tlieta. Fil-jiem li għaddew ilPresident ta' Inter, ilbiljunarju Indoneżjan, Erick Thohir, f 'kummenti li għadda lill-Inter Channel mill-Indoneżja, saħaq li huwa mhuwiex Superman u se jieħu bejn sentejn u tliet snin biex iġib lill-Inter fil-quċċata. Inter ma tantx kellhom bidu tas-sena feliċi hekk kif bdew is-sena permezz ta' żewġ telfiet, l-ewwel telfa minima ta' 1-0 barra minn darhom kontra Lazio u mbagħad telfa oħra ta' 1-0 din id-darba kontra Udinese li fissret l-eliminazzjoni tat-tim minn Milan mill-Coppa Italia. Kien hemm stennija kbira li Mazzarri wara s-suċċess li ġab lil Napoli seta' jsolvi l-problemi ta' Inter iżda dan ma seħħx hekk kif wieħed ma tantx jista' jara differenzi bejn it-tim immexxi minn Stramaccioni matul l-istaġun li għadda u t-tim immexxi minn Mazzarri matul dan l-istaġun. Thohir, li uħud isostnu li mhuwiex xi espert talfutbol, saħaq li jemmen li Inter għandhom prospetti sbieħ għall-futur iżda hemm bżonn li huma jsibu l-bilanċ neċessarju. Huwa kompla li jinsabu interessati f 'xi plejers fejn bħalissa għaddejjin in-negozjati ma' dawn il-plejers fejn huma se jagħmlu minn kollox biex jakkwistawhom. L-Indoneżjan afferma li l-pjanijiet li għandhom Inter biex jerġgħu jibnu lit-tim se jkunu qed jieħdu bejn sentejn u tliet snin, u għalhekk bħalissa huma jinsabu għaddejjin minn perjodu importanti ta' tranżizzjoni. Thohir jemmen li Inter se jmorru aħjar f 'dan l-istaġun milli fl-aħħar wieħed u huma se jkomplu jagħmlu minn kollox biex ikollhom wirjiet aħjar. Rigward il-kowċ Mazzarri, Thohir saħaq li dan huwa l-kowċ perfett għall-Inter f 'dan iż-żmien partikolari, hekk kif huma jafdaw lil xulxin. Thohir ikun ħafna f 'pajjiż twelidu l-Indoneżja iżda qal li se jkun ħafna f 'Milan fi tmiem Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju. Huwa enfasizza l-fatt li mhuwiex Superman u għalhekk ma rnexxilux jagħmel mirakli sa issa. Il-pjanijiet tiegħu huma li jagħmel lill-Inter klabb b'saħħtu, waqt li jakkumpanja lit-tim matul dan il-perjodu ta' tranżizzjoni u jiftaħ orizzonti ġodda għall-klabb fis-suq internazzjonali biex Inter ikollhom iktar partirarji minn barra l-Italja. Thohir żvela kif il-Lega Taljana, l-FIGC, qiegħda tikkunsidra li fis-snin li ġejjin jintlagħbu xi logħob mill-Kampjonat Taljan tas-Serie A fl-Asja. Thohir saħaq li dan kollu jieħu sena jew sentejn mhux 60 ġurnata. U dan iktar jista' jsir realtà meta wieħed jiftakar li f 'dawn l-aħħar snin intlagħbu xi finali tas-Super Coppa Taljan f 'Beijing fiċ-Ċina. Rigward il-fatt li fil-jiem li għaddew, il-kowċ ta' Inter, Mazzarri, kien ċar ħafna fi kliemu rigward il-fatt li Inter ingħataw ftit wisq penalties matul dan l-istaġun, Thohir, qal li jemmen li r-referees ikunu ġusti mat-timijiet kollha. Huwa kkonkluda billi għamel dikjarazzjoni li flopinjoni tiegħu r-referees li jikkontrollow il-logħob tas-Serie A fl-Italja huma l-aqwa fid-dinja!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014