Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
6 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 L-istigma tal-iskejjel tal-gvern Ikompli minn paġna 1 IL-GAZZETTA ILLUM tkellmet ma' għalliema ta' 24 sena li taħdem fi skola tal-Gvern. Dwar jekk teżistix l-istigma fl-iskejjel talGvern, hi sostniet li hemm it-tendenza li t-tfal fi skejjel privati huma ta' klassi ogħla. "L-istigma tinħass ħafna. Tinħass għall-fatt illi familji ta' ċerta klassi jibgħatu t-tfal fi skejjel privati, filwaqt li f 'tal-Gvern hemm taħlita. Dan ma jfissirx li t-tfal tal-iskejjel privati huma akkademikament aħjar minn tal-gvern. Dan għaliex tfal imħarbtin li ma jridux jafu bi skola ssibhom kullimkien." Min-naħa l-oħra, għalliem fi skola tal-Knisja ma jemminx li teżisti din l-istigma. Dan l-individwu, li f 'Settembru li għadda beda t-23 sena tiegħu bħala għalliem, saħaq li l-iskejjel tal-gvern huma ta' kwalità għolja. "Mill-esperjenza tiegħi ngħid li llum m'għadx fadal stigma, anzi nħoss li l-iskejjel tal-gvern saru ħafna iktar attrezzati mill-iskejjel talKnisja għaliex il-gvern preċedenti investa ħafna fihom." Il-President tal-Union talGħalliema (MUT), Kevin Bonello, qal li l-iskejjel talGvern bħala livell huma ta' livell tajjeb u jipparagunaw mal-iskejjel l-oħra kollha. Hu spjega kif minħabba li l-iskejjel tal-Knisja kellhom ċerta tradizzjoni, dawn żammew dik ir-reputazzjoni. "Billi l-iskejjel tal-Knisja kellhom ċerta tradizzjoni, speċjalment jekk tara l-iskejjel tas-subien, dawn kellhom "Hemm ħafna li jaħsbu li t-tfal fi skejjel privati huma ta' klassi ogħla" l-eżami tal-common entrance. Allura kienet passatur għallaqwa subien akkademikament li kienu jmorru direttament fl-iskejjel tal-Knisja, għaliex mhux biss wieħed ried jgħaddi mill-eżami, iżda kellu jiġi mal-ewwel ftit. Għaldaqstant kellhom ċerta reputazzjoni." Il-President tal-MUT kompla jsostni li meta tipparaguna l-professjonisti fl-iskejjel tal-gvern u oħrajn, dawn huma ta' livell simili. "L-istigma jekk teżisti mhijiex ġusta. Naħseb illi llum in-nies qed japprezzaw il-ħafna investiment li qed isir. Ovvjament fl-iskejjel tal-gvern dejjem fadal iżjed xi jsir." Hu semma wkoll ilproblema tan-nuqqas ta' fondi li "mhux dejjem ikunu disponibbli. Allura fadal iżjed xi jsir fl-iskejjel tal-gvern. Naħseb wasal iż-żmien li wieħed jagħmel kampanja ta' edukazzjoni lill-poplu sabiex japprezza l-karatteristiċi taliskejjel kollha." Fil-programm Reporter ta' nhar it-Tnejn li għadda, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li l-ġenituri dejjem iridu vantaġġ komparattiv għat-tfal tagħhom, jiġifieri jridu l-aħjar għal uliedhom u jixtiequ jibagħtuhom fl-aħjar skejjel. "Jekk jaħsbu li biex jibagħtuhom fl-aħjar skejjel, fejn se jwasslu għal kundizzjonijiet aħjar, dawn iridu jibagħtuhom fi skejjel fejn iħallsu, allura hemmhekk se jibagħtuhom. Aħna rridu nagħmluha ċara, li għandna sfida kbira quddiemna f 'dan il-pajjiż, biex nibnu fiduċja fl-iskejjel tal-istat, minn dawk il-ġenituri li jimbuttaw ħafna lill-uliedhom biex jirnexxu." Bartolo qal li min imexxi l-iskejjel tal-istat għandu l-akbar sfidi li m'għandhomx skejjel oħra. "Għandek l-iktar tfal li ġejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli, l-iktar tfal b'diffikultajiet u b'diżabilità, l-iktar tfal li ġejjin minn kulturi u pajjiżi differenti. Dawn kollha huma konċentrati fl-iskejjel tal-istat." Il-Ministru tal-Edukazzjoni fisser kif meta nqabblu x'jiġri fl-iskejjel tal-istat ma' dak li jiġri fi skejjel oħra, wieħed isib sfidi ikbar. "L-isfidi kbar li hemm fl-iskejjel tal-istat huma ħafna iktar u ikbar minn dawk li ssib fi skejjel indipendenti u tal-Knisja." Iżda l-kelliem talOppożizzjoni Joe Cassar qal li din tista' tkun sempliċiment kwistjoni ta' perċezzjoni. "Irrealtà hemm barra hi li hemm il-perċezzjoni li għal xi raġuni jew oħra l-iskejjel privati huma aħjar mill-iskejjel tal-Gvern." Cassar semma pajjiżi bħallIngilterra, l-Italja, l-Isvizzera, Franza u l-Istati Uniti fejn teżisti din il-perċezzjoni. Madankollu, Cassar qal li jemmen illi fuq livell professjonali dak li l-għalliema jitrażmettu fi skola privata, hu l-istess kif jitrażmettu fi skola tal-gvern. Numru ta' sfidi oħra għallgħalliema F'kummenti ma' din ilgazzetta, l-għalliema fl-iskola tal-gvern, qalet li problema ewlenija li qed jaffrontaw l-għalliema f 'pajjiżna, huwa l-fatt illi qed jidħlu ħafna riformi f 'daqqa. "Sfortunatament dħalt għalliema meta beda dan it-tibdil kollu," qalet din l-għalliema li bdiet il-karriera tagħha tliet snin ilu. "L-ewwel kien hemm issistema tal-kulleġġi fejn insibu d-diffikultà ta' mixed ability." Hi spjegat li huwa diffiċli ħafna li jkollok student akkademikament tajjeb u student li mhux daqshekk tajjeb u tlaħħaq magħhom it-tnejn. "Xi ħadd minnhom se jbati, avolja inti tipprova tagħmel milli tista' biex tlaħħaq ma' kull student." Din l-għalliema semmiet ukoll problema ewlenija li ta' kuljum ikollha tħabbat wiċċha magħha. "Barra minn hekk, ma tistax tagħti karti b'mistoqsijiet differenti skont l-abilità tat-tfal. Dan għaliex l-istudenti jkunu jridu kollox l-istess. Jekk eżempju jkolli klassi itjeb minn oħra u lit-tajbin nagħtihom xi karti żejda sabiex jaħdmu iktar, it-tfal l-oħra jindunaw u jistaqsuk għalfejn. Aħseb u ara jekk tagħmilha fl-istess klassi!" Hi qalet li l-għalliema għadhom lanqas ħadu nifs bir-riforma tal-kulleġġi u dieħla r-riforma ġdida talkoedukazzjoni. "Biex ngħid il-verità tbeżżagħni ftit, imma lesta li nara x'toffri għax qatt ma esperjenzajtha. Għaldaqstant, ma nistax ngħid x'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi. Nibża' li mhux idea tajba għax il-bullying, jista' jiżdied u anki ċertu suġġetti bħal PSD ma jkunux jistgħu jiġu mgħallma flimkien." Madankollu, hi fissret kif jekk dawn l-istudenti jitilgħu flimkien mill-primarja, jkunu draw lil xulxin u ma tkun problema ta' xejn. "Ma nafx x'inhu ġej għalina. Din ir-riforma talkoedukazzjoni qed tinkwieta lil ħafna għalliema. Dan għaliex ħafna għalliema qed jibżgħu li se jkolhom jiċċaqalqu minn posthom. Mhux faċli għal għalliema li jkunu ilhom fi skola partikolari żmien twil, ikollhom ibidlu posthom ħesrem," temmet tgħid l-għalliema.