Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 7 Theddid ta' riżenji fil-Kunsill tal-Ktieb JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt DIVERSI membri tal-bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jheddu li jirriżenjaw hekk kif iċċermen Mark Camilleri "qed imexxi mingħajr konsultazzjoni u bi prepotenza kbira." Uħud mill-membri li kkuntattjaw din il-gazzetta qalu kif huma mdejqa bil-mod kif Camilleri qed imexxi, u li l-unika ħaġa li żammithom milli jirriżenjaw kienet li "nkella Camilleri jgħaffeġ aktar." Camilleri nħatar millgvern Laburista biex jieħu post Ġorġ Mallia bħala ċermen. Fil-passat hu mexxa l-kampanja kontra ċ–ċensura wara li gazzetta li tagħha kien editur, ġiet iċċensurata millUniversità ta' Malta. Membri tal-bord li tkellmu ma' din il-gazzetta rrakkuntaw kif wara li nħatar il-kunsill is-sena li għaddiet, Camilleri qalilhom li "jrid jaqleb iddinja." "Iżda kollox juri biċ-ċar li Camilleri, li dejjem jikkritika x'sar fil-kunsill ta' qablu, mhux biss ma rranġa xejn minn dak li skontu kien ħażin, imma xeħet kollox il-baħar," qalulna dawn il-membri. Huma tal-fehma li jekk skont Camilleri dak li kien isir qablu kien kollu ħazin, illum irregoli ġew injorati. Membri fuq l-istess kunsill tefgħu d-dawl fuq bosta nuqqasijiet serji flaħħar edizzjoni tal-premju nazzjonali tal-ktieb, li huma ddeskrivew bħala fost l-aktar "medjokri u redikola." "L-awturi li jidħlu għal dan il-premju m'għadx għandhom dritt li jaqraw ir-rapporti konċiżi tal-ġurija, u min prova jagħmel dan intalab ħlas ta' €25." Mark Camilleri, ċermen eżekuttiv tal-Kunsill tal-Ktieb Ir-rapporti konċiżi fuq kull ktieb twaqqfu, bil-ġurija tintalab tagħti biss l-isem talewwel u t-tieni ktieb rebbieħa. "Li l-awturi jintalbu l-ħlas imur kontra l-ispirtu talKunsill, li jrid li jinkoraġixxi awturi ġodda u jgħinhom u jiggwidahom fejn jistgħu itejbu xogħolhom!" Qalu wkoll kif in-numri ta' ġurati indipendenti tnaqqas minn tlieta għal tnejn f 'ċerti kategoriji, u f 'kull kategorija kien hemm ħafna taħwid taħt liema kategorija kellhom jidħlu ċerti kotba. Jidher li f 'laqgħa li saret apposta fil-lukanda Excelsior, Camilleri ġġustifika dak li ġara billi qal li t-tielet membru tal- 185 tarbija b'missier mhux magħruf MATUL is-sena li għaddiet kienu 185 tarbija li ġew irreġistrati bħala wlied ta' missier mhux magħruf. Dan ħareġ aktar kmieni din il-ġimgħa minn seduta tal-parlament għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Chris Agius. Interessanti l-fatt li minn dawn il-185 tarbija kienu biss sitta li ġew irreġistrati f'Għawdex. F'Ġunju li għadda, filParlament, il-Ministru għallIntern Manuel Mallia qal li l-persentaġġ ta' trabi li twieldu f'pajjiżna b'missier mhux magħruf huwa ta' 7% fl-aħħar ħames snin. Dan jista' jitqies bħala tnaqqis relattiv ikkumparat fl-aħħar snin, fejn fl-2006 biss il- ġurija ma bagħatx ir-riżultat tiegħu fil-ħin, xi ħaġa li qatt ma seħħet fis-snin ta' qabel. Membri tal-bord qalu wkoll li kien Camilleri waħdu li ddeċieda f 'liema kategorija persentaġġ kien ta' 9.5%, jew aħjar kważi wieħed minn kull għaxart itrabi jkunu reġistrati bħala 'unknown father'. Hu fatt magħruf li wħud mill-ommijiet jkunu motivati li jirreġistraw it-tarbija b'missier mhux magħruf biex ikunu intitolati għal aktar benefiċċji soċjali. Meta l-missier ma jkunx reġistrat, id-dħul tal-familja jiddependi biss fuq kemm taqla' l-omm u b'hekk ikun aktar faċli li l-omm tikkwalifika għallbenefiċċji. Statistika mhux uffiċjali tindika li mill-2000 sal-2013, kien hemm madwar 3,480 tarbija rreġistrata b'unknown father, li jfisser medja ta' 270 tarbija fis-sena. għandhom jidħlu ċerti kotba. "Fil-passat hu kien tkaża li ktieb letterarju kien tpoġġa ma' ktieb tar-riċetti. Imma taħtu, ktieb ta' riċerka minn esperti fit-teatru lokali fosthom Albert Marshall, Immanuel Mifsud, Mario Micallef u oħrajn, tqiegħed fil-kategorija tar-reċtar." Isemmu wkoll li fil-kategorija tat-traduzzjonijiet, il-ktieb rebbieħ kien traduzzjoni talBibbja, li kienet riproduzzjoni ta' bibbja miktuba snin twal ilu imma issa miktuba b'Malti aktar modern. Ir-regoli jitolbu li biex jirbaħ xogħol ta' traduzzjoni, irid ikun hemm minimu ta' 80% f 'materjal ġdid. Dan hu mitlub ukoll fir-regolamenti talapplikazzjonijiet. "Dan il-ktieb mhux talli ma ġiex skwalifikat, imma talli rebaħ l-ewwel premju!" ssuktaw jgħidu membri talbord lil din il-gazzetta. F'kummenti lil ILLUM, membri tal-bord żvelaw li pubblikaturi lokali stmaw li fl-aħħar fiera tal-ktieb kien hemm tnaqqis ta' 40% fil-bejgħ. Qalu wkoll li tfal tal-iskola ma kellhomx ċans iduru l-istands tal-kotba "għax ittieħdu direttament fis-swali tal-attivitajiet." Huma wrew dispjaċir li s-serata tal-premjazzjoni kienet "waħda ta' iġri u ġerri, b'Camilleri jipprova jiġġustifika li sar dan għax il-Prim Ministru ma setax joqgħod għas-serata kollha." Huma fakkru li irrispettivament ta' min ikun fil-gvern, is-serata kienet issir għall-awturi u mhux għallpolitiċi. "Stennejna li mhux biss jonqsu n-nuqqasijiet ta' qabel imma jispiċċaw fixxejn. Sfortunatament ġara eżattament bil-maqlub," temmew jgħidu wħud millmembri tal-bord. Camilleri sodisfatt birriżultati Mistoqsi għar-reazzjoni tiegħu, iċ-ċermen Mark Camilleri qal li n-nuqqas ta' qbil huwa frott li l-kunsill hu magħmul minn nies minn kampijiet u sfondi differenti. Qal li madankollu jinsab sodisfatt bir-riżultati li l-kunsill kiseb. Filwaqt li rrikonoxxa li "kien hemm xi nuqqasijiet", qal li dawn diġà qed jiġu indirizzati. "Dawn in-nuqqasijiet diġà qiegħdin jiġu indirizzati u jiena kunfidenti li l-Premju li jmiss, b'regoli emendati, ser jitwettaq bl-aħjar mod possibbli. Dawn it-tibdiliet qegħdin jiġu diskussi bħalissa fil-livell ta' Kunsill u jien kunfidenti li l-Premju li ġej se jkun wieħed aħjar minn tas-sena l-oħra hekk kif ipoġġi t-talent Malti fuq pjattaforma wiesgħa," qal Camilleri. Hu kkonferma li ġew introdotti ħlasijiet amministrattivi iżda qal li l-ħlasijiet mitluba huma żgħar komparati mal-ammont ta' xogħol u riżorsi li jirrikjedu. "Għall-ewwel darba evitajna li nagħmlu d-dejn mill-festival tal-ktieb. Il-ftit flus li baqgħu mill-kont tal-Festival se jmorru f'diversi inizjattivi li għandna pjanati. Iżda fost il-prioritajiet li għandu jkollna hemm li l-ħidma ssir b'mod sostennibbli, trasparenti u li n-nefqa ssir b'mod effiċjenti," temm jgħid Camilleri.