Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
8 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 Il-Punt Ma teżisti l-ebda bakketta maġika CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO Membru tal-Parlament Ewropew MINKEJJA li nbidlet it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista wara r-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali, jidher ċar li fil-Partit Nazzjonalista għad hemm ħafna li jemmnu li jistgħu jidħku b'kulħadd il-ħin kollu. Il-verità hi, li wieħed jista' jidħak b'kulħadd għal ftit ħin. Wieħed jista' jidħak b'xi wħud il-ħin kollu, imma mhux possibbli li wieħed jidħak b'kulħadd il-ħin kollu. Għaliex qiegħda ngħid hekk? Għax għalkemm meta kienu fil-gvern ippruvaw jidħku bil-poplu Malti u Għawdxi kollu b'ħafna wegħdi u anke ħabi ta' fatti, il-lezzjoni ma ħaduhiex, u llum qegħdin jerġgħu jippruvaw jidħku bl-istess poplu bil-mod kif qegħdin jikkritikaw lill-Gvern Laburista. F'dawn l-aħħar jiem kellna żewġ eżempji ċari. L-ewwel eżempju kien ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-aħbar li kellna dwar il-qasam tal-impjiegi. Skont din l-aħbar kien hemm żieda inkoraġġanti fin-numru ta' nies li qegħdin jaħdmu bi qliegħ, u kien hemm ukoll tnaqqis minimu fin-numru ta' ħaddiema jirreġistraw għax-xogħol. Ħa nagħmilha ċara millewwel. Ara ma jkunx hawn min jaħseb li din l-istatistika hija xi konferma li l-Gvern Laburista rnexxielu jsolvi l-problema. Nistgħu ngħidu li iva, qbadna t-triq fiddirezzjoni t-tajba, imma għad fadlilna ħafna x'naqdfu biex inkunu sodisfatti birriżultati li jinkisbu. Imma għan-Nazzjonalisti, il-Gvern Laburista qiegħed ifalli, għax skont huma, mhux ilaħħaq mad-domanda fil-qasam tal-impjiegi. Irrid ngħid li konna ilna żmien twil mhux ħażin fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti naraw innumru ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol jiżdied xahar wara l-ieħor. Dan ifisser li l-problema ma kinitx waħda żgħira. Kienet kbira u kienet ilha tkarkar, anke minħabba l-inċertezza li kien hawn fil-pajjiż għax l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi baqa' jkaxkar saqajh minkejja li kien jaf li kien tilef il-maġġoranza minima li kellu fil-Parlament. Minkejja l-gravità talproblema, in-Nazzjonalisti qegħdin jippruvaw ibellgħuha lill-poplu Malti u Għawdxi li l-Gvern Laburista seta', u missu diġà solva l-problema ta' nuqqas ta' xogħol anke jekk lanqas biss ilu sena responsabbli għat-tmexxija tal-pajjiż. In-Nazzjonalisti qegħdin jippruvaw ibellgħuha lillpoplu Malti u Għawdxi li l-Gvern Laburista kellu u għad għandu għaddispożizzjoni tiegħu xi bakketta maġika li jew ma jridx jużaha, jew ma jafx jużaha. M'hemmx għalfejn ngħidilkom, għax kulħadd jaf, li ma teżisti l-ebda bakketta maġika. Ovvjament dan jafuh in-Nazzjonalisti wkoll. Bħalma jafu wkoll li qbadna t-triq it-tajba. Li qegħdin jitpoġġew pedamenti sodi għallħolqien ta' impjieg filġejjieni. Irridu nżommu f 'moħħna li s-sena li għadha kif bdiet hija l-ewwel sena li matulha se nkunu qegħdin naraw it-twettiq tal-ewwel baġit imħejji mill-Gvern preżenti. Fil-baġit kienu tħabbru diversi miżuri u inizjattivi biex nindirizzaw il-problema ta' nuqqas ta' impjiegi. Ftit tal-ġimgħat ilu, biex insemmi eżempju wieħed, kellna l-aħbar dwar għadd ta' kumpaniji u dawk li jħaddmu Għawdxin li wrew interess mhux żgħir fi skema li tħabbret fil-baġit bil-għan li tgħin lil dawk li qegħdin ifittxu impjieg jidħlu fid- YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt dinja tax-xogħol matul is-sena li ġejja, b'għajnuna diretta mill-gvern. It-tieni eżempju li kellna ftit tal-jiem ilu li juri kemm in-Nazzjonalisti jridu jbellgħuha lill-poplu Malti u Għawdxi li l-Gvern Laburista għandu għaddispożizzjoni tiegħu xi bakketta maġika, huwa l-każ tal-qtugħ tad-dawl li kellna mal-pajjiż kollu ftit tal-jiem ilu. Anke hawn inNazzjonalisti ppruvaw ibellgħuha lill-poplu Malti u Għawdxi kollha li l-Gvern Laburista jmissu solva l-problemi kollha fil-qasam tal-enerġija f 'inqas minn sena. Issa intom, bħali tafu li l-problemi fil-qasam tal-enerġija ma kinux ftit. Kellna, u għad għandna problemi f 'dak li għandu x'jaqsam ma' produzzjoni. Kif kellna u għad għandna problemi fil-qasam taddistribuzzjoni. Jien m'għandi l-ebda dubju li ħadd f 'pajjiżna ma stenna li l-Gvern Laburista kien se jsolvi dawn il-problemi kollha fl-ewwel għaxar xhur, aktar u aktar meta llum kulħadd jaf x'taħwid kien hemm fl-Enemalta anke minħabba l-iskandli kbar filmod kif kien jinxtara ż-żejt. Il-prijorità tal-Gvern Laburista, kif kien imwiegħed fil-manifest elettorali, kienet li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u talilma mill-aktar fis possibbli. U din il-wegħda se narawha titwettaq propju fi ftit ġimgħat oħra. Il-verità hi li meta kien fl-Oppożizzjoni, il-Partit Laburista ma nħeliex fi kritika bla sens. Ikkritika fejn kien hemm bżonn, u dan għamlu bl-akbar qawwa, imma fl-istess ħin kien qiegħed jaħdem fuq road map biex jekk il-poplu Malti u Għawdxi jafdah bit-tmexxija tal-pajjiż, ikun jista' jpoġġi l-ġejjieni ta' pajjiżna fuq pedamenti sodi. Il-poplu Malti u Għawdxi ta lill-Partit Laburista fiduċja assoluta u allura din ir-road map qiegħda titwettaq. U r-riżultati sa issa juru blaktar mod ċar li iva qbadna t-triq fid-direzzjoni t-tajba. Triq li għandha twassal għal ġejjieni aħjar għall-familji tagħna kollha. 24 tifel, 7 adulti iklieb inaddfu G LOUIS Debattista li jmexxi l-klabb talAtletika taż-żgħażagħ, Gozo Greyhounds u tim ta' voluntiera komplew il-kampanja ta' 'hike & clean up Gozo'. Fil-fatt is-Sibt li għadda, f 'ġurnata sajfija f 'Jannar, 24 tifel u tifla mill-iskola tal-Qala, seba' adulti, fosthom familja Ġermaniża u oħra Amerikana u 4 iklieb, armati b'boroż u ngwanti mogħtija mill-Kunsill ta' Għajnsielem għamlu mixja sabiħa għall-arja u fl-istess waqt naddfu minn kull fejn għaddew, speċjalment ix-Xatt l-Aħmar u taħt Chambray. Tal-mistħija dak li qed jiġri fil-gżira Għawdxija fejn kulħadd qed jarmi dak kollu li jiġi għal widejh kull fejn ikun. Tant li dawn ilvoluntiera sabu anke toilet, monitor tal-kompjuter, ħafna madum u anke siġġu, barra l-karti, ħġieġ, fliexken, laned fost l-oħrajn. Personalment inħoss li dan kollu jsir minħabba injoranza jew in-nuqqas ta' għarfien li f 'Għawdex fejn il-heliport ix-Xewkija hemm fejn tarmi b'mod organizzat. Saħansitra hemm persuna li tgħinek biex tarmi u fejn Is-sit tar-rimi tal-iskart goff f'Għawdex għandek tarmi kull skart goff li trid teħles minnu u b'hekk żgur li ma jkollokx għalfejn tarmi fil-widien u postijiet fejn wieħed jista' jgawdi l-ambjent u x-xenarju uniku tal-gżira Għawdxija. Il-Ministeru ta' Għawdex għandu jara li jkun hemm għarfien għall-Għawdxin jew għal min jgħix Għawdex dwar dan is-sit ta' rimi li hu msejjaħ Civic Amenity Site li jinsab f 'Tal-Kus, ix-Xewkija. Il-pubbliku jista' jarmi hawn kull tip ta' skart goff u anke materjal riċiklabbli. Dan issit jista' jintrema fih bla ħlas: − Għamara − Imtieraħ − Twapet − Ħwejjeġ − Fridges, cookers u microwaves − Oġġetti elettroniċi (kompjuters, monitors, mobile Civic Amenity Site li jinsab f'Tal-Kus, ix-Xewkija