Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 SPORTSillum Tim impressjonanti fil-volleyball tannisa jinsab f'ras il-klassifika Flyers - bla dubju l-iktar tim li impressjona sa issa fil-volleyball lokali femminili FL-AĦĦAR logħbiet millkampjonat Super League tan-nisa, Flyers rebħu l-aktar logħba importanti ta' tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta rebħu lil Fleur de Lys 3-0 bi skors tas-sets 25-21, 25-23, 25-17. Din kienet ir-raba' rebħa minn ħames logħbiet u bi tnax-il punt Flyers telgħu f 'ras il-klassifika tasSuper League b'żewġ punti vantaġġ fuq l-istess Fleur de Lys u erbgħa fuq Playvolley. Il-klabb ta' Flyers saħħaħ l-iskwadra tiegħu b'ħames plejers ġodda li żdiedu maliskwadra diġà kompetittiva li f 'dawn l-aħħar staġuni wasal kemm-il darba sat-tieni post fil-klassifika. L-inklużjoni ta' dawn il-plejers ġodda, flimkien mal-plejers diġà stabbiliti fit-tim, taw aktar stabbilità u żiedu l-potenzjal tat-tim fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat għall-ewwel darba. L-aħħar rebħa fuq Fleur de Lys waslet wara bidu b'xi ftit problemi ta' amalgamazzjoni li kienu previdibbli wara t-tibdil li sar fl-iskwadra. Anki l-użu ta' Dorianne Caruana Bonnici bħala s-setter ġdida tat-tim kien jirrikjedi żmien ta' preparamenti u taħriġ, għax kemm jidher li t-tim ħadem tajjeb peress li s-setter ankrat tajjeb f 'dan l-irwol ġdid għaliha. Dan għen sabiex it-tim jibqa' jilgħab fil-livelli li kien imdorri bihom salistaġun li għadda. It-tnax-il punt li għandhom Flyers ġejjin minn erba' rebħiet u telfa waħda fl-ewwel rawnd, meta issa resqin lejn nofs il-kampjonat. Ilpożizzjoni li qed jokkupaw Flyers tirrifletti l-potenzjal li għandu t-tim, u dan kien imsaħħaħ bil-wirja tajba ħafna li taw kontra Fleur de Lys. Prestazzjonijiet bħal dawn żgur li jqawwu qalb ilkowċ u l-plejers għalkemm ittriq hi twila u aktar logħbiet iebsa għad iridu jintlagħbu sa tmiem l-istaġun. It-timijiet l-oħra ta' Flyers Volleyball Club ukoll jinsabu għaddejjin bil-kampjonati tagħhom. It-tim li jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni, li hu ċ-champion renjanti ta' din id-diviżjoni, jinsab fit-tieni post. It-tim tal-U18 jinsab fuq quddiem meta għadu mingħajr telfa wara ħames logħbiet. L-U16 jinsabu fit-tieni post waqt li l-U14 qegħdin jokkupaw it-tielet post fil-klassifiċi tagħhom. Plejer Kanadiż jirbaħ l-ewwel unur tiegħu f'Malta IL-PLAYER Kanadiż ta' A to Z Electronics Athleta, Chad Patus, rebaħ l-unur tal-You Shop We Ship Player tax-xahar tal-ewwel diviżjoni għax-xahar ta' Diċembru. Għal Chad Patus dan kien l-ewwel unur individwali tiegħu f 'Malta wara li nagħqad mal-Athleta fis-sajf li għadda. Matul ix-xahar ta' Diċembru, Athleta żammew posthom fil-partijiet ta' fuq fil-klassifika u waslu wkoll sas-sem-finali tat-tazza Louis Borg. Patus ikkontribwixxa għal dawn il-wirjiet meta skorja 69 punt biex spiċċa l-ħames l-aħjar skorer tal-irġiel f 'Diċembru fejn kellhu wkoll 2 three pointers. Chad Patus bħalissa huwa t-tieni l-aħjar rebounder tal-istaġun fejn għandu medja ta' 14.15 rebound kull logħba. Huwa għandu wkoll medja ta' 1.69 steals u 2.62 assists. L-unur ġie ppreżentat mis-Sur Martin Ferry f 'isem You Shop We Ship. Martin Ferry jippreżenta l-unur lil Chad Patus

