Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
SPORTSillum Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 27 Rekord perfett għat-tim tal-futsal ta' Hibernians FC IT-TIM tal-fustal ta' Hibernians FC qed ipatti bis-sħiħ għad-diżappunt li għaddejjin minnu t-tim tal-futbol Hibernians hekk kif s'issa rebħu l-logħbiet kollha li kienu involuti fihom fil-kampjonat nazzjonali tal-futsal biex b'hekk għandhom rekord perfett. Madankollu ftit tal-jiem ilu sorprendentament huma ġew eliminati mill-kompetizzjoni prestiġjuża tan-knock out kontra t-tim inferjuri ta' San Ġwann fejn dawn għelbu lil Hibs bl-iskor ta' 5-4. Nhar ilĠimgħa, Hibernians għelbu lill-kontendenti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat flimkien mal-Pawlisti, Balzan FC, bl-iskor ta' 2-1 fejn tajjeb ngħidu li f 'din il-logħba għal Hibs iddebutta l-eks kowċ tat-tim nazzjonali, Kevin Mifsud, kif ukoll il-plejer li jilgħab mat-tim tal-futbol ta' Hibs kif ukol mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, Bjorn Kristensen. Fil-formazzjoni tagħhom, il-Pawlisti kellhom ukoll lill-plejer Brażiljan ġdid, Celino Alves. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-captain ta' Hibernians FC li jiġi wkoll il-capatin tat-tim nazzjonali tal-fustal, Xavier Saliba, li bħas-soltu kien disponibbli għalina u tana l-kummenti tiegħu rigward ir-rebħa ta' nhar il-Ġimgħa kif ukoll kif jiddeksrivi l-istaġun tal-Pawlisti sa issa. Saliba afferma li: "Bir-rebħa ta' nhar il-Ġimgħa kontra Balzan, erġajna tlajna l-ewwel waħedna b'logħba iktar minn Luxol, b'10 rebħiet minn 10! Il-ġimgħa l-oħra kienet ġimgħa kemxejn diżastruża għalina għax irbaħna 5-4 ma' San Ġwann fl-aħħar minuta, fejn kellna logħba ħażina u l-Ħadd li għadda nqlajna kontra Żabbar fin-knock out, fejn jien kont imsiefer u għalhekk iktar ħassejt din it-telfa! Nhar il-Ġimgħa kellna kważi lill-iskwadra kollha disponibbli għalina bi plejer Brażiljan ġdid ta' livell, waqt li ġie Bjorn Kristensen itina daqqa t'id ukoll! Il-kampjonat għad baqalu ħafna. Din hija biss rebħa normali ta' 3 punti bħall-oħrajn. Li jkollha differenti huwa l-faxxinu ta' żewġ timijiet tal-ogħla livell fejn l-orgolju joħroġ kollu! Imma t-triq għadha twila ħafna", temm jgħid Xavier Saliba. It-tim tal-Hibernians FC - għaxar rebħiet minn għaxar logħbiet It-tennista Ċiniża Li Na tirbaħ l-Australian Open tan-nisa f'Melbourne IT-TENNISTA Ċiniża Li Na rebħet it-tieni titlu tagħha Grand Slam permezz ta' rebħa kontra t-tennista Slovakka Diminika Cibulkava fil-finali talAustralian Open tan-nisa li saret f 'Melbourne, l-Awstralja. Li Na, li hija klassifikata fir-raba' post fir-rankings mondjali tat-tennis femminili, kellha l-ewwel sett mhux daqshekk tajjeb iżda ddominat t-tieni sett u rebħet din il-finali bl-iskor ta' 7-6 (7-3) 6-0. Din kienet it-tielet finali tal-Australian Open għat-tennista ta' 31 sena u dan kien it-tielet titlu maġġuri li rebħet fil-karriera tagħha wara li lura fl-2011 kienet rebħet il-French Open. Li Na kienet diġà figura popolari f 'Melbourne Park grazzi għas-suċċess preċedenti li kellha kif ukoll minħabba l-intervisti li tat fuq il-court. Kontinġent kbir ta' partitarji Ċiniżi ta s-sostenn u l-appoġġ sħiħ tiegħu lil Li Na fir-Rod Laver Arena. Li Na hija seba' snin ikbar minn Cibulkava li tinsab klassifikata fl-20 post u qabel din il-finali kienet diġà għelbitha f 'erba' logħbiet oħra u l-fatt li t-tennista Ċiniża kienet qed taffaċċja tennista li kienet qed tieħu sehem fl-ewwel finali tagħha Grand Slam, għamilha favorita netta biex tirbaħ din il-finali millbidu nett, kif fil-fatt ġara. Bir-rebħ tal-Australian Open ilbieraħ, Li Na rebħet it-tieni titlu Grand Slam fil-karriera tagħha

