Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 Manchester City idawru telfa f'rebħa fl-aħħar mumenti Riżultati Riżultati FA Cup Is-Sibt 25 ta' Jannar AFC Bournemouth vs Liverpool 0-2 Birmingham C. vs Swansea C. 1-2 Bolton W. vs Cardiff C. 0-1 Huddersfield T. vs Charlton A. 0-1 Manchester C. vs Watford 4-2 Port Vale vs Brightin & Hove Albion 1-3 Rochdale vs Sheffield W. 1-2 Southampton vs Yeovil Town 2-0 Southend U. vs Hull C. 0-2 Sunderland vs Kidderminster H. 1-0 Wigan A. vs Crystal P. 2-1 Stevenage vs Everton 0-4 Fixtures FA Cup Il-Ħadd 26 ta' Jannar 14:00 Sheffield U. vs Fulham 16:30 Chelsea vs Stoke C. Riżultat Kampjonat Taljan Serie A TIM Is-Sibt 25 ta' Jannar Napoli vs Chievo V. 1-1 Fixtures Kampjonat Taljan Serie A TIM Il-Ħadd 26 ta' Jannar 12:30 Hellas Verona vs Roma 15:00 Cagliari vs AC Milan 15:00 Inter vs Catania 15:00 Livorno vs Sassuolo 15:00 Parma vs Udinese 15:00 Sampdoria vs Bologna 15:00 Torino vs Atalanta 20:45 Fiorentina vs Genoa MANCHESTER City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium kisbu rebħa ta' 4-2 fl-aħħar mumenti tal-logħba meta dawru telfa f 'rebħa kontra t-tim ibbażat f 'Hertfordshire u li jimmilita fiċChampionship flIngilterra, Watford FC. Il-gowls għas-City waslu minn tripletta ta' Sergio Aguero u gowl ta' Aleksandar Kolarov. Liverpool barra minn darhom għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Moses u Sturridge. Il-'holders' Wigan Athletic ġewwa darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Watson u McArthur waqt li l-gowl waħdieni ta' Crystal Palace wasal minn Aaron Wilbraham fid-69 minuta. Swansea City barra minn darhom għelbu lil Birmingham City bl-iskor ta' 2-1 fejn irnexxielu jsib ix-xibka għalihom il-plejer Wilfried Bony f 'temp ta' żewġ minuti, wara li kien Lee Novak li fetaħ l-iskor għal Birmingham City wara 14-il minuta logħob. Cardiff City barra minn darhom għelbu lil Bolton Wanderers bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Fraizer Campbell fil-50 minuta. Southamptin ġewwa darhom għelbu lil Yeovil Town bl-iskor ta' 2-0, hekk kif kien il-plejer Do Prado li fetaħ l-iskor gahloihom minn penalty waqt li l-gowl l-ieħor fillogħba għalihom wasal minn Sam Gallagher fis-70 minuta. Hull City barra minn darhom għelbu lil Southend United bil-plejer Matt Fryatt ikun l-eroj għalihom hekk kif skorja doppjetta għalihom fit-63 u fid-90 minuta. Sunderland ftit li xejn impressjonaw meta ġewwa darhom għelbu lit-tim ferm inferjuri ta' Kidderminster Harriers bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal wara biss ħames minuti logħob minn Charalampos Mavrias. Everton barra minn darhom ma tantx tħabtu biex għelbu lil Stevenage bl-iskor kbir ta' 4-0 bilgowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Naismith, Johnny Heitinga u Magaye Gueye. Intant, fl-Italja, millKampjonat Taljan Serie A TIM, Napoli u Chievo Verona spiċċaw il-konfront ta' bejniethom fi Stadio San Paolo fi draw ta' 1-1 bi Chievo Verona jiftħu l-iskor kmieni fil-logħba eżattament fit-18-il minuta permezz ta' Sardo waqt li Raul Albiol ġab l-iskor indaqs għal Napoli fit-88 minuta. "L-Italja hija l-università talfutbol" - Tevez L-ATTAKKANT prolifiku Arġentin ta' Juventus, Carlos Tevez, jemmen li l-fatt li huwa qed jilgħab fl-Italja għamlitu futboler iktar komplet, fejn afferma li dan ilpajjiż jirrappreżenta università tal-futbol. Il-plejer Arġentin ħalla lil Manchester City fi tmiem l-istaġun li għadda iżda m'għandu l-ebda dispjaċir għall-pass li għamel li jmur jilgħab fis-Serie A, fejn saħaq li l-kampjonat Taljan huwa l-iktar kampjonat diffiċli li lagħab fih sa issa. F'kummenti li għadda lill-gazzetta Taljana 'La Gazzetta Dello Sport', l-eks attakkant ta' West Ham United u Manchester United saħaq li tattikament il-futbol Taljan huwa flogħla livell waqt li bħala plejers ibatu biex jilagħbu dan it-tip ta' futbol. Huwa kompla li jekk plejer huwa kapaċi jiskorja gowls flIngilterra, ikun kapaċi wkoll li jiskorja f 'kull kampjonat ieħor fid-dinja. Bħalissa, Juventus qed jiddominaw il-Kampjonat Taljan fejn jinsabu tmien punti vantaġġ fuq Roma u Tevez jinsab determinat li jżid kampjonat domestiku ieħor mal-unuri li rebaħ fil-karriera tiegħu sa issa. Ilplejer ta' 29 sena li rnexxielu jsib ix-xibka għal 11-il darba sa issa għall-ġganti Taljani, jixtieq li barra l-kampjonat jirbaħ ukoll ilUEFA Europa League. Din il-kompetizzjoni hija l-unika kompetizzjoni internazzjonali li Tevez fadallu x'jirbaħ fuq livell ta' klabb. Tevez rebaħ kampjonati fl-Arġentina, fil-Brażil u fl-Ingilterra u jekk jirnexxielu jirbaħ ittitlu ma' Juventus fi tmiem dan l-istaġun, l-Italja jkun ir-raba' pajjiż li fih Tevez ikun rebaħ l-unuri. Huwa joħlom li jikteb paġna storika fl-istorja glorjuża ta' dan il-klabb minn Turin. Għalkemm id-distakk li Juvenus għandhom fuq Roma huwa wieħed konsiderevoli, Tevez li fil-karriera tiegħu rebaħ kampjonati ma' Boca Juniors, Corinthians, Manchester United u Manchester City, mhu qed jagħmel xejn ċert. Fil-fatt Tevez saħaq li sfortunatament xejn m'huwa konkluż. Barra minn hekk Juventus fadlilhom logħob diffiċli barra minn darhom kontra Napoli, Roma, Lazio, AC Milan u Udinese fost oħrajn. Eks plejer ieħor ta' Manchester United li qed ikollu staġun mill-aqwa wara li bidel il-Kampjonat Barclays Premier flIngilterra mal-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja huwa bla dubju, il-plejer internazzjonali Franċiż, Paul Pogba. Dan il-plejer ta' nofs il-grawnd sa issa kien strumentali għal Juventus matul dan l-istaġun u kollox jindika li huwa se jkun pedina ferm importanti għat-tim nazzjonali Franċiż fit-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Brażil matul is-sajf li ġej. Tevez jafferma li l-Italja tirrappreżenta l-università tal-futbol

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014