Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
SPORTSillum Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 29 Grawnds vojta fl-Italja u anki f'Malta F'DAWN l-aħħar snin rajna nuqqas radikali fl-attendenzi ta' partitarji fil-grawnds f'pajjiżi kbar fejn il-futbol huwa tant popolari u fejn saħansitra jitqies bħala reliġjon bħal mhuwa l-Italja. Iżda anki f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin osservajna li l-attendenzi fl-istadia fosthom fl-istadium nazzjonali f'Ta' Qali naqqsu drastikament. Jekk nieħdu l-eżempju ta' pajjiżna meta wieħed jitkellem malajr jinduna li fis-snin mhux daqshekk imbiegħda l-Empire Stadium fil-Gżira u anki l-iStadium Nazzjonali f'Ta' Qali speċjalment waqt logħbiet li fihom ikun involut it-tim nazzjonali kien ikun mifqugħ bin-nies bl-attendenzi jammontaw għal eluf kbar. Iżda jekk wieħed jara l-attendenzi fil-Kampjonat BOV Premier illum malajr jinduna li l-problema tal-attendenza ta' partitarji għal-logħbiet talfutbol hija waħda allarmanti. U dan hekk kif l-ogħla attendenza f 'logħba ferm importanti tkun ta' ftit iktar minn 1,000 ruħ. Ma nistgħux ma nsemmux il-fatt kif fid-decider storiku ta' Mejju li għadda bejn Birkirkara u Hibernians li kien decider storiku hekk kif kien ilu ma jintlagħab decider f 'pajjiżna għal madwar 40 sena sħaħ, l-attendenza kienet tlaħħaq ftit iktar minn 10,000 ruħ. Bosta jsemmu li l-fatt li l-futbol Malti jintlagħab fl-istess ħin ta' kampjonati Ewropej tal-ogħla livell u ferm segwiti mill-pubbliku Malti bħal m'huma dak Ingliż u Taljan jista' jkun fattur ewlieni għall-attendenzi foqra fl-istadia Maltin iżda din tista' tkun biss skuża. Dan għaliex oħrajn huma tal-opinjoni li l-livell tal-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin meta kkumparat mas-snin l-imgħoddija naqas mil-livell u m'għadux jipproduċi plejers ta' livell għoli bħalma kien jagħmel fis-snin l-imgħoddija. Oħrajn ma jaqblux ma' dan il-punt hekk kif pereżempju bl-introduzzjoni ta' ħames plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier fil-bidu ta' dan l-istaġun il-livell għola u mhux bi ftit, hekk kif plejers Maltin iridu jiġġieldu qatigħ biex jirbħu posthom malewwel 11 tat-tim li miegħu jilagħbu. Li huwa żgur hu li l-MFA mmexxija tant tajjeb mid-duo ħabrieki Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo qed tagħmel minn kollox biex tgħolli l-livell u l-istandards tal-futbol Malti li mbagħad ikun rifless f 'attendenzi ogħla fl-istadia tagħna. Dan hekk kif taħt it-tmexxija ta' Darmanin Demajo rajna bosta stadia ġodda b'turf naturali u / jew artifiċjali jinfetħu f 'bosta rħula Maltin fejn biżżejjed wieħed ikun fuq ajruplan u taħtu jara xena ta' pajjiżna miksi b'ħafna stadia bil-ħaxix. Dan hekk kif filħsieb tat-tmexxija tal-MFA hemm l-importanza talklabbs bl-għajta ta' Darmanin Demajo tkun dik ta' "Klabbs, klabbs, klabbs!" Il-fatt li l-attendenzi f 'pajjiżna huma kif inhuma żgur li ma jgħinx finanzjarjament lill-klabbs Maltin f 'dak li għandu x'jaqsam mad-dħul li dawn ikollhom mill-'gate money' wara kull logħba fejn tajjeb ngħidu li l-klabbs Maltin jaqsmu d-dħul finanzjarju kollu ma' xulxin – xi ħaġa li mhux kulħadd jaqbel magħha hekk kif pereżempju timijiet kbar bħal Valletta li lkoll nafu kemm itellgħu partitarji l-grawnd ikollhom Grawnd vojt fl-Italja - hija biss illużjoni li hu mimli! jaqsmu d-dħul finanzjarju ma' timijiet oħra li ma jtellgħux daqshekk ammont kbir ta' partitarji. Jekk nieħdu spunt minn dan is-suġġett żgur li l-logħba bejn Malta u l-Italja li ntlagħbet nhar is-26 ta' Marzu tas-sena li għaddiet ġibdet waħda mill-ikbar folol f 'dawn l-aħħar snin fejn l-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali li tajjeb ngħidu jesa' madwar 18,000 ruħ kien ippakkjat sa ruħ ommu u ma kienx hemm fejn toqgħod labra – xi ħaġa li dak li għandu għal qalbu l-futbol Malti u anki lit-tim nazzjonali, żgur li jixtieq jara mhux biss f 'logħbiet bħal dawn iżda anki f 'logħbiet oħra ta' inqas importanza. Din il-problema ma tinħassx biss f 'pajjiżna iżda anki fl-Italja fejn ukoll f 'dawn l-aħħar snin drajna l-fatt li naraw stadia vojta. Fattur għal dan jista' jkun l-inkwiet ekonomiku li kkaratterizza lil dan il-pajjiż f 'dawn l-aħħar snin. Iżda mhux biss. Wieħed isaqsi jekk il-problema kbira tal-korruzzjoni li bil-mod il-mod qed tifni l-futbol mondjali hux qed tnaqqas mill-kredibbilità tal-futbol inġenerali. U anki l-fatt li ħafna logħob jiġu mxandra b'mod dirett fuq it-televixin jista' jkun li mhux qed iħeġġeġ daqstant lin-nies biex iħallu djarhom u jsegwu l-logħob fl-istadia. Però jekk nieħdu l-eżempju ta' pajjiżna jidher li hekk kif il-logħob bdew ikunu mxandra fuq it-televixin b'mod dirett ftit tas-snin ilu, dan m'affettwax fin-negattiv lill-attendenzi tal-futbol Malti. Nerġgħu mmorru għallpajjiż ġar tal-Italja fejn bosta stadia huma antiki b'ħafna minnhom fosthom l-iStadio Olimpico ta' Ruma jinbnew apposta għat-Tazza tad-Dinja tal-1990 jiġifieri xejn inqas minn 24 sena ilu. Fl-aħħar 19il sena fl-Italja nbnew biss tliet stadia ġodda – b'dawn ikunu l-iStadio Giglio fir-Reggio Emiglia fl-1995, Stadio San Filippo f 'Messina fi Sqallija fl-2004 u l-Juventus Stadium f 'Settembru 2011. Dan b'kuntrast ma' pajjiżi kbar bħal m'huma l-Ġermanja u Spanja fejn fil-Ġermanja, mill-1990 Kriżi kbira tolqot lil futbol Taljan IL-KLASSIFIKAZZJONI tat-timijiet Taljani filkompetizzjonijiet Ewropej ilu sejjer lura numru ta' snin u dan jirrifletti l-problemi li għaddej minnhom il-futbol fl-Italja. Biżżejjed naraw l-andament tat-timijiet Taljani fl-Ewropa u fejn fis-snin l-imgħoddija dawn kienu jaslu sal-fażiijiet finali ta' kull kompetizzjoni Ewropea fosthom il-UEFA Champions League, issa bilkemm qed jirnexxilhom jgħaddu minn rawnd għallieħor. Hekk pereżempju matul dan l-istaġun kienu biss AC Milan li bi tqanżieħ irnexxielhom jgħaddu għal mal-aħħar 16 fil-UEFA Champions League waqt li sorprendentament AC Milan - simbolu tal-kriżi li għaddej minnha bħalissa l-futbol Taljan timijiet ta' ċertu kalibru u storja bħal m'huma Juventus u Napoli sfaw eliminati saħansitra fl-ewwel rawnd ta' din il-kompetizzjoni ferm prestiġjuża. Jekk wieħed isegwi millviċin il-kampjonat Ingliż jista' faċilment josserva d-differenza enormi filmentalità u fil-finanzjament tal-klabbs, mhux biss dawk kbar ta' statura mondjali bħal Chelsea u Arsenal, iżda wkoll dawk iżgħar bħal Fulham. 'l hawn infetħu 12-il grawnd ġdid b'erbgħa minnhom fledizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2006, waqt li fi Spanja f 'dawn l-aħħar għaxar snin nfetħu għaxar grawnds ġodda. Għall-fini ta' statistika, l-attendenza fil-grawnds f 'Malta matul l-istaġun 2012/13 kienet dik ta' 98,154 li kienet waħda mill-inqas matul dawn l-aħħar snin u dan l-iktar minħabba l-fatt li kif ilkoll nafu pajjiżna għadda minn elezzjoni ġenerali f 'Marzu tas-sena li għaddiet. Jekk wieħed iħares lejn il-figuri li jirrigwardjaw attendenzi fil-grawds Maltin, jinduna wkoll li anki meta Malta għaddiet minn elezzjoni ġenerali fis-sena 2008, l-attendenzi kienu naqsu b'mod sostanzjali. Intant, fl-Italja l-attendenza totali tul il-kampjonat kollu tkun ta' madwar 9,483,660, fil-Ġermanja tlaħħaq it-12,790,000, waqt li flIngilterra kien hemm snin meta l-attendenza totali matul is-sena, ġieli telgħet sa 13,527,703. Id-differenzi huma kbar, u jekk fl-Italja mhux se jseħħu riformi radikali, ma jidhirx li hemm tama li nerġgħu naraw is-Serie A kif kienet fis-snin 90. Riżultat ta' din il-kriżi fis-sistema tidher b'mod millaktar skjett meta tara plejers ta' fama internazzjonali fosthom Ibrahimovic, Thiago Silva, Cavani u oħrajn jerħulha lejn pajjiżi bħall-Ingilterra, Spanja, il-Ġermanja u saħansitra Franza biex isibu fortuna aħjar hemmhekk.

