Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

turi tal-Ħajja Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 11 t…trid tinsa dak li qalulek biex tkun komparattivi, u fl-istudji filosofiċi tal-Orjent." Rigward il-kitba u l-pittura tiegħu jgħid li minn dejjem kienu fih, minn meta kien żgħir. "Niftakar li fi tfuliti kont diġà bdejt nikteb xi stejjer fantastiċi u xi poeżiji żgħar, li magħhom kienet tmur ukoll il-pittura li 'l quddiem, meta kbirt, komplejt nistudjaha aktar fil-fond. L-arti tfisser ħafna għalija għaliex apparti li hija espressjoni kreattiva ta' dak li jagħmilni sħiħ, għalija tfisser ukoll espressjoni spiritwali intima ferm. Li tgħix bl-arti hawn Malta hu diffiċli ħafna, u għalkemm illum ninsab full time bħala awtur u artist, xorta waħda nsibha diffiċli, għad li s'issa dejjem għaddejt. Imbagħad, 'il quddiem naraw." Il-ħsibijiet ta' Anton huma spiritwali iżda minn dak li qrajt fil-kitba tiegħu ħassejt li r-reliġjon tiegħu hi ferm differenti minn dik talmassa. "Il-kelma "reliġjon" (bilLatin "religio") kienet diġà tintuża fi żmien ir-Rumani u li pereżempju biha l-oratur Ruman, Ċiċerun kien jifhem "rispett lejn xi ħaġa importanti", bħal qisu obbligu li kull bniedem għandu jkollu lejn l-allat. Għaldaqstant, minn dan l-aspett, ma teżisti ebda reliġjon li hi "vera" jew akbar minn reliġjonijiet oħrajn, għaliex f 'kull reliġjon issibu dan l-irwol komuni li semmejt hawn fuq. Minnaħa l-oħra, dan jurina wkoll, li r-reliġjon popolari ma tista' qatt tissostitwixxi l-esperjenza spiritwali interjuri li jgħaddi minnha l-esseri uman, għaliex din l-esperjenza l-bniedem jista' jgħixha u jifhimha biss skont kif jgħix ħajtu stess; tali spiritwalità, li Ġesù ta' Nażaret tkellem ħafna fuqha." Iżda Anton jemmen f 'Alla jew aħjar xi jfisser Alla għal Anton, "Alla jmur lil hinn mill-ħsieb uman, għax jekk għall-argument bniedem jew reliġjon tiddikjara li taf min hu "Alla", allura dan "Alla" ma jibqax aktar "Alla" ġaladarba l-bniedem ikun wasal għalih. Huwa minħabba f 'hekk li 'l Alla tista' tesperjenzah biss fis-silenzju meditattiv, għaliex huwa proprju dan is-silenzju meditattiv, il-veru u l-uniku oraklu spiritwali li bih ir-ruħ titkellem; oraklu spiritwali, li jmur lil hinn mill-kliem limitat tar-reliġjon u tal-bnedmin. Infatti, huwa għalhekk li l-akbar għalliema spiritwali ta' kull żmien kienu jħobbu jmorru jimmeditaw għall-kwiet u fi skiet, bħalma kienu jagħmlu l-Budda u Ġesù, biex b'hekk setgħu jsibu 'l Alla ġo fihom stess għaliex 'l Alla ma tista' ssibu mkien jekk mhux ġo fik stess. "Naturalment ir-reliġjon hija ħaġa, u l-fidi ta' dak li jkun hija ħaġ'oħra. Infatti, minn dan l-aspett, jien qatt ma niddiskuti l-fidi ta' dak li jkun, għaliex wara kollox, jien m'jien ħadd biex nagħmel dan, li fl-aħħar millaħħar, kulħadd għandu jimxi mal-kuxjenza tiegħu. Dan ġej mill-fatt li l-ispiritwalità Il-ktieb ta' Anton Sammut dwar ilfilosofija tal-Ispiritwalità Kożmika tal-bniedem mhijiex xi prodott jew pakkett komplut li lestihulek xi ħadd lest biex tużah, imma vjaġġ spiritwali li kull bniedem għandu jwettaq ġo fih stess." Kif tistgħu tinnutaw Anton hu bniedem spiritwali ferm b'ideat ferm differenti minn dawk tal-massa. Fatt kurjuż hu li dawn il-ħsibijiet inbdew minn meta kien jattendi l-MUSEUM, għax minn hemm kien ġie affaxinat mill-qari tal-Bibbja, "li 'l quddiem, aktar milli baqa' biss bħala qari, sar studju fil-veru sens tal-kelma; tali studju li ħadli aktar minn 8 snin. Dan kien dak ilperjodu meta bdejt nistudja wkoll il-psikoloġija, u allura l-istudji bibliċi ma stajtx ma ninvestigahomx ukoll minn dan l-aspett. Kien proprju hawnhekk, li bdejt nirrealizza li r-reliġjon u l-ispiritwalità ma jfissrux neċessarjament l-istess. U minn hemm, eventwalment komplejt nelabora s-suġġett; tant, li aktar tard, fis-sena 2011, dawn l-istudji wassluni biex nikteb u nippubblika t-tieni ktieb tiegħi li kont semmejtu, In-Naħa l-Oħra tal-Istorja Ġudeo-Kristjana, li eventwalment, sena wara ġie tradott bl-Ingliż, blisem, The Other Side of the Judeo-Christian History. Dawn iż-żewġ kotba ġew eżatt wara l-ewwel ktieb bilMalti li kont ktibt, rumanz filosofiku li kont semmejtu Alte Vestiga (2008), kelma bil-Latin li tfisser "Fittex fil-Fond"; rumanz, li sena wara ġie tradott bl-Ingliż, blisem, Memories of Recurrent Echoes. Sena ilu ħriġt ktieb li semmejtu, Il-Filosofija tal-Ispiritwalità Kożmika (2013); ktieb ta' studju, li prattikkament fih jiġbor il-filosofija spiritwali li nħaddan jiena stess." Kif iħares Anton Sammut lejn il-qagħda letterarja Maltija, "Awturi bravi Maltin hawn, iżda sfortunatament, ħafna kotba u rumanzi Maltin issibhom ta' natura sensazzjonalista, populista, u kultant anki semipornografiċi, biex b'hekk, dawn ikunu jistgħu jagħmlu ħoss u jbigħu malajr. Din il-problema terġa' u tgħid tidher aktar ċara fejn jidħol pajjiż żgħir bħal tagħna, fejn minħabba n-nuqqas ta' ideat intellettwali, minħabba r-reliġjon martellanti talkollettiv, kif ukoll minħabba l-indottrinazzjoni medjokri u populista li ħafna drabi tiġi njettata permezz talmezzi tax-xandir – jispiċċaw biex ma jħallux spazju liberu f 'moħħ il-qarrej biex ikun jista' jaħseb b'mod alternattiv. Il-gravità ta' dan kollu tkompli tiżdied għaliex b'mod naturali, din l-istruttura populista se tkompli tinklina aktar lejn awturi li jipproduċu kitba ta' mingħajr impenn flintellett, milli lejn dawk li joħolqu xogħol letterarju jew filosofiku li jkun jirrikjedi ċertu impenn. Għaliex iseħħ dan? Proprju għaliex dawn it-tip ta' rumanzi pop ikunu qed jaġevolaw il-bżonnijiet eżistenzjali, sensazzjonali, u populisti ta' dik il-parti mis-soċjetà li tkun imdorrija tiġi ndottrinata pereżempju bi programmi televiżivi li jkunu ddisinjati għal tip ta' divertiment li prattikament għalihom ma jkollok bżonn ta' ebda intellett kritiku biex timmetabolizzahom għaliex wara kollox huwa l-populiżmu u s-sensazzjonaliżmu li jiġġeneraw il-flus, u mhux dak li jitlob impenn millintellett. B'dan l-eżitu, dawn it-telespettaturi (li ma jkunux ftit) se jkomplu jsaħħu l-idea aktarx medjokri tagħhom ta' kif għandhom jibqgħu jivviżwalizzaw id-dinja ta' madwarhom u l-bqija tassoċjetà." Staqsejtu fuq spiritwalita, fuq reliġjon, fuq Alla, fuq il-qagħda letterarja f 'Malta. Traduzzjoni bl-Ingliż, ta' Sammut Naħseb li ma stajtx inħallih jaħrabli mill-mistoqsija ovvja: Anton Laburist jew Nazzjonalist u kif jaħsibha dwar il-mexxejja Maltin? "Jien la jien Laburist u lanqas Nazzjonalist, imma Anton Sammut, u l-ebda bniedem, politiku, jew xi istituzzjoni m'huma se jgħiduli x'għandi naħseb b'moħħi. Min-naħa l-oħra, hawn Malta minn dejjem kellna politiċi tajbin, daqskemm kellna u għad għandna dawk inqas tajbin. Li hu żgur hu, li qegħdin fejn qegħdin illum, huwa grazzi wkoll għall-politiċi bravi u viżjonarji li dejjem kellna matul iż-żminijiet. Ma ninsewx li Malta m'għandhiex riżorsi naturali bħalma għandhom ħafna pajjiżi oħrajn, u safrattant għandna pajjiż sabiħ, modern, ċivili, u wieħed mill-aqwa pajjiżi fejn fih tista' ssib servizz ta' saħħa u edukazzjoni b'xejn tal-ogħla livell; u dan grazzi wkoll għall-politiċi Maltin li matul iż-żminijiet kienu għaqlin biżżejjed li ħadmu qatigħ biex ikollna dawn il-benefiċċji tant importanti għas-soċjetà." Ikolli nammetti li dan ilħsieb ta' Anton fuq il-politika Maltija hu vera mirqum, realistiku u straight to the point. Bejni u bejn ruħi meta qrajt din ir-risposta għidt, kemm hu sabiħ kieku kull Malti u Maltija, kull ġurnalist u ġurnalista taħsibha l-istess hux! Kif tistgħu tindunaw il-filosofija ta' din il-persuna hi waħda ferm fonda u li fiha forma li tieħdok 'il bogħod mill-populiżmu. Iżda fi gżira fejn kważi kulħadd jimxi fejn imexxuh il-mezzi taxxandir u fejn jgħidulu jimxu l-politiċi tiegħu, inkella l-mexxejja reliġjużi tiegħu, hawn post filosfi bħalu? "Ħassieba Maltin għandna imma minħabba dak kollu li tkellimt fuqu, lil dawn il-ħassieba ftit ikun hawn min jagħti kashom, għaliex ġaladarba l-massa tkun ipprovduta b'divertiment immedjat, populist u sensazzjonalist, ftit se jkunu dawk li se jistenbħu minn dan 'l hekk imsejjaħ oppju soċjali kollettiv biex jisimgħu x'għandhom xi jgħidu dawn in-nies, u r-raġuni hija waħda u sempliċi: meta fl-indifferenza tiegħu l-bniedem ma jkun jonqsu xejn, ħafna drabi jiġi jaqa' u jqum minn dak li għandhom xi jgħidu ħassieba bħal dawn. Huwa meta bniedem imurlu kollox ħażin u jispiċċa jmiss il-qiegħ li mbagħad forsi fl-aħħar jibda jirrikorri lejn dawn l-imħuħ biex jagħtuh is-soluzzjonijiet biex jerġgħu mill-ġdid itellgħuh fil-wiċċ. Imma din jidhirli li hija l-Istorja eterna tal-Bniedem fuq din l-art, fejn allura dak li kien, se jerġa' jkun mill-ġdid." Kif tistgħu tinnutaw anke r-ritratt li bgħatli hu kemxejn differenti minn dawk li s-soltu jkollna fuq dawn ilpaġni. "Ngħid għalija huwa ritratt għal qalbi ħafna għax joħroġ ħafna mill-ispirtu tiegħi." Min irid ikun jaf aktar fuq Anton Sammut, wieħed jista' jżur is-sit tiegħu: www. antonsammut.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014