Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
12 illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 In-Nimrod jgharrex ... u l-Bu uriet kemm dawn tant m'għandhomx x'jagħmlu biżżejjed u tant huma mħallsin biċ-ċiċri li hi lesta tgħinhom… araw ir-reklam. JOHN BUSUTTIL MELA qed ngħid kemm tgħallem Karol minn ħuh Colin hux… daqs ħuh u Rachel kapaċi jsibhom lillbarranin. Kif ħatfu liċ-Ċiniż l-ajruport. U vera trid tkun kapaċi ta' li tagħraf dak li jrid jixtri/jinvesti (taqrax fejn ma japplikax) fiċ-ċittadinanza meta jkun Ċiniż għax għalija Ċiniż fqir u ieħor jgħum filliri kollha wiċċ wieħed. Mela dan Karol dan l-aħħar kien qed jitkellem ma' Richie hekk imsejjaħ 'the golden hand' u n-Nimrod tiegħi semagħhom: Karol: Isma Rich naħseb li ma kontx Malti kellek biex tixtriha ċ-ċittadinanza għax għandek idejk tad-deheb int… Rich the Golden hand: Oh Karol, you are but a fool, Aqtagħha għax jismgħek dak Matthew il-ġurnalist, ma jmurx jitlobni t-tliet xhur paga li għandu b'lura. U la qegħdin fuq Rachel ta' Tista Tkun Int, jew aħjar Rocky Rachel… irranġathom lill-għalliema… kif kixfitilhom patatthom ma' Malta kollha… Ecce Homo Hawn hi l-fast ferry… bdejna! Il-fast 'ferry' ta' Justyne Mela l-Ministru Refalo fil-kabinett kollu studji dwar il-fast ferry u Justyne f 'ħakka t'għajn solviet il-problema kollha. Il-ħelikopter ras! Dak kien is-sigriet kollu! F'ħakka t'għajn issib ruħek Ħal-Luqa u minn hemm għal Marsilja fejn marret b'ta fuqha senduqa biex turi kemm hi perit tajjeb u tara kif l-arkitettura ta' dan il-port Franċiż jixbah lil dak Malti. Għalkemm naħseb li tgerfxet xi ftit ta… għax naħseb li l-kwantità ta' Afrikani li hemm f 'din il-belt ġegħluha tistħajjilha Malta. U x'jien ngħid jien… għandu jkun dik mhux perit imma avukat… u jien naf però żgur li din l-informazzjoni li tatna interessanti u mnalla marret. U kemm ħarqitu qalbu miskin dak l-avukat Nazzjonalist li tgħidx kemm faddal flus il-poplu meta kien ministru tal-artijiet. Kemm inkwieta għax il-ħelikopter ta' Justyne sewa 1,200 ewro biex wassalha. U iva dak l-avukat li tgħidx kemm għamel karitajiet iqassam il-garaxxijiet u l-artijiet. U dak li tgħidx kemm ħa ritratti mal-Hibs qabel l-elezzjoni…Għandi dubju għadux jaf li għadhom jilagħbu l-Hibs issa. Nispera li issa l-ONE jirranġawli biex meta nibqa' rieqed jibgħatuli l-ħelikopter Ejja iġbidli ritratt Matthew! Is-salvatur tal-għalliema għal Brejkfast show. Għax jien ukoll dmiri għal pajjiż inkun qed nagħmel, bħalma kien jagħmel Wenzinu meta kien jużah għal xi opra, jew biex ikanta t-Te Deum ta' San Ġorġ inkella għal xi ikla mal-ħbieb Għawdxin organizzata missoltu Owkar (li ta saħħtu għal partit mingħajr qatt ma ħa xejn – lanqas salarju). U xejn ma naqbel li qed jitkażaw b'Ġorġ Pullicin għax kien isiefer bi private jet. Xi tridu jagħmel? Jekk l-AirMalta ma setgħux joffrulu ringiela sħiħa biex ipoġġi komdu fuq l-ajruplan? Isma' u la qegħdin fuq Għawdex, nixtieq inħabbrilkom li l-wegħda elettorali tal-lejber dwar xogħol għal Għawdex twettqet u wieħed minn tal-bidu li sab xogħol fil-gżira Għawdxija hu Kazzola li ngħata mpjieg li jnaddaf l-ambjent billi jiġbor iż-żibel (araw ritratt)…Tinsiex KAZZ li x-xogħol hu d-dinjità tal-bniedem. ECCE HOMO (jew kif jgħidu r-Rabtin) l-Aċċjomu… Il-bniedem li ssagrifika ruħu għalik u għalija… l-Indipendenti li sab is-saltna tiegħu fil-kafetterija f 'TalPjeta u quddiem il-bini ta' pjanu l-belt… Iva mela hemm kien nhar il-Ġimgħa bi flokk aħmar (ħsibtu tal-Vodafone għall-ewwel) jilqa' l-merħla l-mitlufa f 'dak li darba kien bieb il-Belt. Xtaqt nieqaf inkellmu iżda ma sibtx spazju għax kien imdawwar b'massa ta' żewġ anzjani nisa jitkażaw u jeqirdu fiex ġabna Ġowżef jaħasra. Iva għal dak tarritratt qed nirreferi Norman li mistgħaġbin x'appoġġ għandu mir-raba sular tal-kafetterija. Norman li daħal minn wara u qala' lil ta' quddiem… għalkemm nemmen li kien ħaqqu ta għax bil-programmi indipendenti li kien jagħmel fuq it-TV tal-istat għen mhux ftit lil partit Nazzjonalista jakkwista l-akbar numru ta' voti għal lejber. Ecce HOMO – l-Aċċjomu nsomma Hemm hu bin il-bniedem… Pandimonju għax jiena nħobb u inti tħobb Jiena nħobb… inti tħobb… aħna nħobbu… insomma kulħadd iħobb… u t-tfal jibqgħu ġejjin bil-vapuri… u bil-gzuz… u jiena, inti, aħna u intom nibqgħu nħallsu l-bolla u t-taxxi għal dawn it-tfal li jitwieldu f 'isem l-imħabba. U teatrin li ma kien jaf bih ħadd issa grazzi għal konverżjoni talgays mill-Ayatollah Manche, kulħadd tħajjar jara sider Ray Calleja & Co fuq sodda kbira. U min iħobb l-arti nagħtih parir imur ukoll għax ikun jista' jitpaxxa bit-tila umana ta' Ray Calleja bil-pitturi artistiċi li għandu fuq ġismu għeri. Isma' l-Ayatollah Manche smajt li qed jagħmel ilmirakli… minn gay iġibek straight… hemm xi ċans tgħid li minn straight iġibni gay… għax nixtieq li nkun joyful… happy…u gay… N.B. Bilħaqq in-Nimrod irnexxielu jiġbed tliet ritratti ta' tlieta min-nies li ġew jinvestu/jixtru (taqrax fejn ma japplikax) ċ-ċittadinanza. Arawhom u kellmuni TATA

