Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 Ħames Minuti CORAZON bdiet titgħallem il-pjanu, il-kitarra u l-vuċi ta' età żgħira ħafna. Rebħet ilFestival 'L-Għanja tal-Poplu' tliet darbiet fl-2007, fl-2009 u fl-2010. Corazon illum hija waħda mill-kantanti stabbiliti fil-gżejjer Maltin. Akkademikament, Corazon kisbet id-Dottorat fil-Liġi mill-Università ta' Malta fl2010. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Artistika X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Nipprova nara kollox b'intelliġenza u moħħ miftuħ. X'ħajrek tibda din ilkarriera? Il-passjoni kbira li dejjem kelli għall-arti inġenerali, u għallmużika b'mod partikolari. Meta tkun tħobb xi ħaġa daqshekk, ma tistax tgħix mingħajrha u tkun tixtieqha qribek kemm jista' jkun. Hemm ċans li xi darba nirbħu l-Eurovision? Nittama li iva. Diġà rbaħna taż-żgħar hux… L-album il-ġdid tiegħek Pereżempju jekk nonfoq il-flus fil-ħwejjeġ jew xi manicure, nibda narahom ħafna u nħossni ħalliela li nfaqthom. Nibda nagħmel il-kalkoli ta' kemm kelli naħdem biex infaddalhom!! Imbagħad flus fil-kotba, apparat tal-mużika jew il-flus li investejt fl-album narahom flus minfuqin tajjeb! Hawn Jien… Huwa album bi 11-il kanzunetta kollha bil-Malti li jittrattaw il-ħajja tagħna l-Maltin. Uħud mill-kanzunetti jippreżentaw sitwazzjonijiet skomdi li kapaċi joħolqu ftit kontroversja mhux ħażin – l-għan hu li nġiegħel lil min jisma' li jaħseb u jirreaġixxi għar-realtà ppreżentata. Għalija dan l-album kien ħolma li saret realtà – ħdimna ħafna fuqu biex il-prodott ikun wieħed professjonali u qgħadna attenti għall-iċken dettall. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? L-aktar ħaġa stramba għalija hija li l-flus jieħdu valur differenti skont xi nkun qed nagħmel bihom. X'taħseb dwar l-unjoni ċivili f'pajjiżna? Wasal iż-żmien li dan iseħħ? Użgur li l-pajjiż għandu l-obbligu li jirrikonoxxi u jirregola r-relazzjoni bejn ilkoppji gay! Fil-verità naħseb li pajjiżna diġà qed jagħmel xi ħaġa – kif qal Shakespeare: "What's in a name. A rose by any other name would smell as sweet." Taqbel mal-adozzjoni għallkoppji tal-istess sess u għalfejn? Dritt tal-minoranza (issa jekk hux dritt tal-koppja jew tat-tfal ma tagħmilx differenza) ma jista' qatt jiddependi millopinjoni tal-maġġoranza. Kieku kien hekk ikollna demokrazija zoppa. Naqbel jew ma naqbilx jien, m'għandux jagħmel differenza. X'jiffrustrak? It-telf ta' ħin. ma' Corazon X'ibeżżgħek? Il-labra għand it-tabib, li nimrad jew li jimrad xi ħadd qrib tiegħi. Temmen f 'Alla? Għaliex? Spiritwalment jien nibqa' dejjem infittex li nitgħallem u nistaqsi. Nemmen li dan il-proċess huwa ħafna aktar san minn meta wieħed ikun estrem fir-risposta tiegħu lejn it-twemmin jew in-nuqqas tiegħu. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Ħafna drabi ninfetħu ftit iżżejjed. Kemm tħobb lil pajjiżek? Ħafna ħafna! Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrapreżentak liem pajjiż tagħżel? Apparti Malta, l-Italja. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Is-suċċess huwa arti jekk dak li tagħmel jirnexxilek tagħmlu fl-aħjar tal-abbiltajiet tiegħek. Tista' tkun Prim Ministru, tista' tkun kennies, negozjant, ġardinar ta' suċċess – basta li tagħmel tagħmlu l-aħjar li tista'. Imbagħad dak ix-xogħol ma jibqax xogħol iżda jsir arti... L-iktar darba li stħajt? Kont qed inħejji ruħi biex nibda nkanta – u malli baxxejt biex nirranġa xi wire xpakka l-qalziet – u kien qalziet ġdid fjamant! Kont għadni filbidu tas-serata – u l-lukanda fejn kont qed inkanta kienet fit-tarf ta' Malta – ma kontx ser inlaħħaq immur id-dar inbiddel. Allura qattajt isserata sħiħa nkanta bilqiegħda fuq banketta... lanqas fil-break ma stajt inqum. L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? L-isbaħ waħda kienet meta qattajt 6 ġimgħat scholarship id-Danimarka. Kien għad kelli 13-il sena u kienet esperjenza li ma ninsa qatt. L-esperjenza tat-tnedija tal-album tiegħi wkoll kienet waħda memorabbli għallaħħar. Emozzjonajt ruħi wisq għaliex ma stennejtx attendenza daqshekk numeruża! Il-Futur… Nibża' naħseb ħafna fuq il-futur. Jiena bniedma talpreżent u kull ġurnata nqisha daqs li kieku kienet tal-aħħar għalija! Valletta | Tel: 2122 1372

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014