Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 17 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Minuti tal-kunsilli L-IĠM dwar is-sehem taslokali fuq l-internet MARC SANT PRESIDENT ASSOĊJAZZJONI KUNSILLI LOKALI NIRREFERI għall-artiklu li deher dwar it-tqegħid tal-minuti tal-Kunsill Lokali online, li deher fl-ILLUM tal-5 ta' Jannar. L-ewwel nett nibda billi niċċara li t-tqegħid tal-Minuti tal-Kunsill online mhijiex responsabbiltà tas-Sindku jew tal-kunsilliera iżda hija responsabbiltà tas-Segretarju Eżekuttiv, responsabbiltà li toħroġ mil-liġi tal-Kunsilli Lokali. Forsi għal minn mhuwiex daqshekk midħla tal-operat tal-Kunsilli Lokali din id-distinzjoni tista' tidher superfluwa, iżda nista' naċċertak li mhijiex. U kif, sfortunatament, huwa l-każ fil-bqija tal-liġi prinċipali tal-Kunsilli Lokali – Att 363 – meta jkun hemm ksur ta' din il-liġi m'hemm ebda sanzjonijiet imsemmija. Nixtieq niġbed l-attenzjoni wkoll li l-artiklu in kwistjoni fih affarijiet skorretti, għaliex kważi kważi qiegħed iċanfar ċerti kunsilli talli qed jimxu mal-Liġi. Dan għaliex huwa ovvju li Kunsill fil-laqgħa tiegħu ta', pereżempju, Jannar ser ipoġġi għallapprovazzjoni l-minuti tallaqgħa tiegħu ta' Diċembru. Allura jsegwi li f 'Jannar jistgħu jitpoġġew online biss il-minuti ta' Diċembru u mhux il-minuti ta' Jannar stess, għaliex il-Minuti ta' Jannar ser jitpoġġew għallapprovazzjoni waqt il-laqgħa li ssir fi Frar. Għalhekk huwa skorrett meta jingħad li huma biss erba' il-Kunsilli li għandhom il-minuti tagħhom online upto-date, għaliex kull Kunsill li għandu l-minuti tal-laqgħa ta' qabel l-aħħar, kif spjegat filparagrafu preċedenti, huwa aġġornat f 'dan ir-rispett. Nixtieq niċċara wkoll li huma l-kunsilliera li japprovaw il-minuti u mhux biss is-Sindku li japprovahom. Ladarba dawn il-minuti jkunu għaddew, imbagħad huwa s-Sindku li jiffirma dawn il-minuti flimkien masSegretarju/a Eżekuttiv/a. Filwaqt li bl-ebda mod m'jien niddefendi l-Kunsilli Lokali fejn hemm ċerti nuqqasijiet, nibqa' għaddispożizzjoni sabiex, fejn ikun hemm bżonn, l-operat tal-Kunsill Lokali jkun spjegat b'mod aħjar u b'mod fattwali. FL-ARTIKLU li qed jirreferi għalih Dr Sant ma ntqalx li kienu erba' kunsilli biss li kienu qed jimxu malliġi. Fl-artiklu nkiteb dan il-kliem: "Il-maġġoranza tal-kunsilli kienu aġġornati bil-minuti ta' Novembru. Saħansitra, erba' kunsilli (Bormla, Floriana, Mosta u Għargħur) kellhom imtellgħin il-minuti ta' Diċembru." Għaldaqstant, din ilgazzetta qatt ma qalet li kienu 4 biss il-kunsilli lokali li kienu aġġornati bl-aħħar minuti. Anzi tgħid b'mod ċar li l-maġġoranza kienu aġġornati u li kienu biss inqas minn għoxrin kunsill li kienu ilhom xhur ma jtellgħu l-minuti. Madankollu elenkat li kien hemm erba' kunsilli li kellhom minuti ta' laqgħat li saru ftit jiem qabel. Jekk il-minuti kinux approvati uffiċjalment hija kwistjoni oħra. Din il-gazzetta kienet konxja li fil-bidu ta' Jannar, l-aħħar minuti li kellhom ikunu fuq l-internet kellhom ikunu ta' Novembru. Madankollu, biex żgur ma taffettwax negattivament ir-reputazzjoni tal-kunsilli, ġie deċiż li jkunu msemmija biss il-kunsilli li kienu ilhom ma jaġġornaw il-minuti minn Settembru jew aktar qabel. Dan minkejja li fid-data tar-riċerka, kien hemm ukoll numru sostanzjali ta' kunsilli li kienu aġġornati bil-minuti t'Ottubru. Nemmnu wkoll li malħażin m'għandux jeħel it-tajjeb. Għaldaqstant din ilgazzetta semmiet b'isimhom il-kunsilli li ma kinux aġġornati biex ma jtellifx mir-reputazzjoni tal-oħrajn li xogħolhom sar. Nota Editorjali Referendum fl-Irlanda dwar l-Unjoni Ċivili S. DEBONO ĦAL KIRKOP AKTAR ma jmur iżjed qed naraw tiżdied l-oppożizzjoni għall-Unjoni Ewropea. Il-partiti li huma favur li pajjiżhom joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed igawdu iżjed appoġġ għax in-nies xebgħet millimpożżizzjoni. Issa fl-lrlanda tħabbar li flok mal-gvern ser jgħaddi liġi ta' unjoni ċivili ser jikkonsulta lill-elettorat u jħalli f idejn in-nies u mhux jimponi minn fuq minkejja li għandu l-maġġoranza fil-Parlament. Naħseb li dak li ser jagħmlu l-Irlandiżi u diġà għamlu l-Kroati billi ikkonsultaw mal-votanti jirrispetta l-kredenzjali demokratiċi u ta' min anke hawnhekk nagħtu każ dan. In-nies meta vvutaw biex jibdlu l-partit fil-gvern għamlu dan għax kienu mxebbgħin mill-arroganza li ta' fuq jidhrilhom li dak li jgħidu biss tajjeb bla ma jagħtu każ x'jaħsbu u s-sentimenti tannies. Għalhekk min-naħa tiegħi u ta' oħrajn li jaħsbuha bħali, il-fehma tal-eletturi fuq suġġetti ta' ċerta importanza għandha tiġi kkonsultata u mhux injorata. sidien tal-mezzi tax-xandir JOE A. VELLA SEGRETARJU ISTITUT ĠURNALISTI MALTIN NIRREFERI għall-artiklu li deher f 'dan il-ġurnal nhar il-Ħadd, 19 ta' Jannar, 2014, li rrefera għall-Istitut talĠurnalisti Maltin, mhux bi kritika iżda biex niċċara xi affarijiet. Huwa minnu li delegazzjoni tal-Isititut tal-Ġurnalisti Maltin ma ltaqgħetx malKap tal-mezzi tax-xandir tal-ONE Jason Micallef, iżda tkellmet mal-Kap talAħbarijiet, Manwel Micallef, li mhux biss ħa pjaċir bilproposta tagħna, iżda tana l-appoġġ tiegħu u qal li lest jibgħat rappreżentant filKunsill. L-IĠM lanqas kellmet lil Alfred Farrugia, il-Kap talUnion Press iżda tkellmet mal-Editur tal-Orizzont, Josef Caruana, li bħal ma għamel Manwel Micallef ħa pjaċir u aċċetta t-talba tagħna. Ir-raġuni li ma tkellimnix direttament massidien għax mill-esperjenza nafu li huma jaċċettaw l-opinjoni tal-edituri tagħhom. Tkellimna wkoll ma' uffiċjali u rappreżentanti ta' PBS, Allied Newspapers Ltd, Standard Publications Ltd u Media.Link. Dawn kollha qablu li jibagħtu ġurnalist biex jirrappreżenthom fuq il-Kunsill. B'hekk, minn din is-sena, hemm possibiltà li mas-seba' membri tal-Kunsill li se jiġu ġew eletti fil-Laqgħa Ġenerali Annwali nhar is-Sibt, 25 ta' Jannar, 2014, jingħaqdu seba' ġurnalisti li jirrappreżentaw il-kumpaniji tal-mezzi tax-xandir kbar fil-pajjiż. ILLUM qalet li ma tagħrafx lill-IĠM għax trid li dan ikun magħmul minn ġurnalisti full time. Ta' min isemmi li l-membri li jifformaw il-Kunsill hemm fosthom eks-edituri, freelancers u part-timers li għandhom snin twal ta' esperjenza fil-ġurnaliżmu, fosthom: Malcolm J. Naudi, eksdeputat editur The Sunday Times, Charles Flores, eksKap tal-Aħbarjiet tal-PBS, Mario Schiavone, ekseditur tal-ġurnali tal-Partit Nazzjonalista; Julia Farrugia, eks-editur tal-MediaToday, Joe A. Vella, eks-editur tal-Union Press, Charles Mizzi, ġurnalista u eksKap tal-Pubblikazzjonijiet tal-Union Press, Charles Camenzuli, editur talIsport tal-PN u President tal-Għaqda Kittieba Sport ta' Malta u tal-pajjiżi talMediterran, u Charlot Zahra, eks-ġurnalista tal-Media Today. Ma' dawn se jissieħeb Roderick Agius, editur ta' Il-Mument. Nifhmu li jkun ħafna aħjar li kieku l-IĠM ikun magħmul minn ġurnalisti full-time, iżda diffiċli ħafna li ssib ġurnalisti fulltime li jidħlu għall-kariga bħal din b'mod totalment volontarju minħabba l-impenji professjonali tagħhom. Intant meta ftit snin ilu twaqqfet għaqda oħra magħmula minn ġurnalisti full-time, waqqfet tiffunzjona wara biss sena. Illum kull ġurnalist fulltime li jixtieq jidħol fl-IĠM jintlaqa' fil-ferħa. Sadattant aħna nixtiequ li l-MediaToday tibgħat rappreżentant tagħha fil-Kunsill tal-Istitut talĠurnalisti Maltin u l-bieb tagħna dejjem jibqa' miftuħ għall-rappreżentant tagħha jekk xi darba tbiddel il-ħsieb tagħha. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014