Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI KOLONJALIŻMU ĠDID ID-"DISKUSSJONI" dwar l-investiment marbut maċċittadinanza u l-investiment iddeġenerat u l-kelliema tal-PN minbarra li ħadmu kontra l-interess ta' Malta fil-Parlament Ewropew, lokalment infexxew f 'sentimentaliżmu arkajku, patrijottiżmu skadut u kwotazzjonijiet minn Rużar Briffa dwar it-tkasbir ta' Malta. Rari jissemma poeta Malti fil-Parlament imma din id-darba kien opportun li jsir hekk. Deputati tal-PN fil-Parlament Ewropew, it-tip ta' Roberta Metsola, kantaw mantra ta' "patrijottiżmu" (sic) fuq il-mezzi tax-xandir, mantra nawżjanti li tnessi li l-istorja tal-partit li hi msieħba fih, għandha passat tal-mistħija, meta l-mexxejja tiegħu riedu jċedu lil Malta lill-Italja faxxista, taħt Mussolini. Dak it-tip ta' rbit issa ħa forma oħra, imma xorta għad hemm is-sintomu ta' Malta kolonja, din iddarba ta' Brussell. Malta m'għandhiex tbaxxi rasha u titqies bħala pajjiż talaħħar kategorija, sempliċiment għax hi żgħira. Il-moħħ u l-integrità m'għandux ikollhom limiti ġeografiċi. U jekk hemm min qed jaħseb li għandna nċedu għall-mandat Ewropew, għandu jiftakar firRiżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ngħidu aħna dwar it-tqassim tal-piż. Ara hemmhekk, Viviane Reding ma ħarġitx tappella li l-istati membri jridu jimxu ma' xulxin "b'koperazzjoni ġenwina." L-għajb hu ta' dawk il-politiċi Maltin, li għal interessi partitiċi, qed iċedu għal dan il-kolonjaliżmu ġdid. JOHN LENNON U ĠESU KRISTU John Lennon kien jieħu għalih. Kien qal li l-Beatles kienu saru popolari iktar minn Ġesù Kristu. Iżda fi ktieb li għadu kemm ħareġ mill-Università ta' Cambridge dwar figuri storiċi, ibbażat fuq riċerka estensiva bl-internet, l-awturi Steven Skiena u Charles Ward sabu li r-reputazzjoni ta' Kristu tiġi qabel dik ta' Shakespeare, Aristotli u s-Sultan Alessandru l-Kbir. Ir-riċerka hi bbażata fuq data li sabu fuq paġni talinternet, fosthom dawk talenċiklopedija popolarissima Wikipedia u search engines daqstant ieħor imfittxija, bħallGoogle. Kristu ġie fl-ewwel post ta "suċċess" minn fost 800,000 persunaġġ. L-awturi jgħidu li Kristu baqa' jżomm ir-reputazzjoni minkejja li għaddew elfejn sena minn mewtu. Fir-riċerka, Napuljun ġie fit-tieni post u Mohammed fir-raba'. Fis-seba' klassifikat hemm Hitler. ĠIEĦ IR-REPUBBLIKA Anki min għandu jieħu Ġieh ir-Repubblika jew rikonoxximent simili tpoġġiet fuq l-aġenda ta' dan il-pajjiż li ħafna drabi jedha bil-ftietaq. Għandek tagħti Ġieħ irRepubblika lil tifla ta' 11-il sena? Iva, għandek, u mingħajr riservi. Ejja nesaġeraw ilkuntest: immaġinaw lil Mozart f 'Malta jikkomponi ta' sitt snin. X'tagħmel bih? Tonorah? Tkompli tistimulah? Jew tgħidlu, għadek żgħir fejn il-kbar? Tifla li l-mezzi tax-xandir internazzjonali għarfu t-talent tagħha wkoll sfat fil-mira ta' dawk il-bravi li qatt ma jagħtu kont it-talent kreattiv u l-kreattività tat-tfal Maltin. Imbagħad joħorġu jiktbu u jippontifikaw dwar "id-deżert kulturali" talMaltin. U jistagħġbu li Malta għandha rekord abiżmali fl-innovazzjoni u f 'kull qasam tal-kultura. It-tfal huma l-qofol ta' kif il-pajjiż jintrifed, ta' kif Malta tibda tintrefa' u tinvesti fittalent tal-ġenerazzjoni ta' għada. Imbagħad hemm in-naħa assurda-grotteska ta' Ġieħ ir-Repubblika. Ngħidu aħna li l-istat prova jippremja lill-awtur u l-pubblikatur talaktar biċċa kitba sesswalment sensazzjonali u stupida li qatt dehret f 'Malta. Li wieħed m'aċċettahx (biex ikompli jagħmel ħoss) u l-ieħor nesa jmur għax kellu x'jagħmel wisq. L-ironija hi li din il-kitba sabet lil min iddefendielha l-merti "letterarji" tagħha Ħwejjeġ Ż TONI ABELA fil-Qorti. Bħallikieku kienet xi opra ta' Moravia, Nabokhov jew Anais Nin. MIN IMEXXI L-INTERVISTI Laqtitni korrispondenza fit-Times li dwarha ili nikteb is-snin, jiġifieri x'tip ta' preparazzjoni ġurnalistika u thejjija etika għandhom dawk il-persuni li jinstemgħu fuq ir-radju jew jidhru fuq l-iskrin tat-TV biex imexxu l-intervisti. Dan jiġri saħansitra fuq l-istazzjon tal-istat, fi programm bħal Dissett, fejn it-telespettaturi ta' spiss huma frustrati, ma jistgħux jisimgħu risposti li jagħmlu sens minħabba l-interruzzjonijiet kontinwi tal-intervistatur. La hemm empatija u lanqas is-sabar jew l-etika li jisimgħu. Ix-xogħol ta' intervistatur jitlob awto-dixxiplina, mhux intolleranza u nuqqas ta' prudenza. Fil-każ ta' stazzjon nazzjonali, dan l-obbligu hu aċċentwat aktar. L-ADOZZJONI MILL-GAYS U L-MAGĦMUDIJA Il-pajjiż ħoloq kwistjoni oħra li diġà saret politikament partiġġjana. Il-President George Abela għandu raġun. Jagħmel ħafna sens meta jgħid li fil-kwistjoni (f 'salt wieħed taħraq) tal-adozzjoni tat-tfal minn persuni f 'rabta gay għandhom jinstemgħu l-fehmiet tat-tfal. Il-pajjiż għandu jkollu l-kuraġġ jistaqsi lit-tfal: Intom x'tixtiequ jkollkom, mamà u papà jew papà u papà jew mamà u mamà? Hawn hu l-qofol kollu. Kif id-deċiżjonijiet li jieħdu l-kbar se jaffettwaw lil dawk li ta' spiss (jekk mhux ukoll dejjem) jibqgħu bla leħen. Din il-kwistjoni mhijiex identika bħall-"għażla tat-tfal" dwar id-divorzju. Dwar id-divorzju saru studji li tfal f 'ambjent ta' kunflitti serji bejn il-ġenituri, imorru aħjar jekk ommhom u missierhom jisseparaw. Iżda xorta jibqagħlhom omm u missier. Imma f 'każ ta' impożizzjoni li jkollhom raġel u raġel / mara u mara bħal ġenituri, qisek qed tgħammidhom mingħajr ebda kunsens. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt iżda xorta diffiċli biex isiru. L-akbar għadu tan-nies flaktar ħwejjeġ żgħar għandu isem: burokrazija. Dan l-aħħar kellna xi eżempji ta' kif b'daqqa ta' pinna teħles lin-nies mit-tbatijiet u tirbulazzjonijiet li joħolqu kjus jew li jkollok, kif jgħid il-Malti, tikxef għajnek quddiem ħaddieħor. Sa ftit ilu dawk li l-aktar għandhom appoġġ u għajnuna kienu intitolati għall-vawċers biex ikollhom kont tad-dawl u ilma mnaqqas. Is-sistema kienet qisha tal-victory kitchen. Dak li jkun ried joqgħod jistenna fi kjus twal jistenna li jsarraf dan il-vawċer. Kienet sistema li fiha Ħ Alan Turing M afna drabi kull ma jridu n-nies huma ħwejjeġ żgħar. Il-parti kbira tal-ilmenti u dwejjaq tan-nies huma ħwejjeġ li ma jiswewx imqar ewro, a nimmaġinax illi Alan Turing huwa wisq magħruf fost il-qarrejja. Ftit jafu illi dan kien ġenju matematiku illi bil-ħidma tiegħu fit-Tieni Gwerra Dinjija ta kontribut kbir għarrebħa tal-alleati fuq in-Nażi Faxxiżmu. Turing kien jaħdem fi Bletchley Park, iċ-ċentru ta' kontro-spjonaġġ Ingliż u kien ċentrali fil-ħidma sabiex jiġu deċifrati l-messaġġi sigrieti illi l-Ġermaniżi kienu jibagħtu bil-magna famuża Enigma. Bl-isforzi ta' Turing u oħrajn, l-Ingliżi kienu jiddeċifraw il-messaġġi sigrieti Ġermaniżi għalkemm kienu joqogħdu ferm attenti illi ma jurux illi għamlu hekk. Meta ġie mgħerreq il-vapur tal-gwerra Bismarck f 'wieħed mill-aktar mumenti delikati tal-gwerra meta kollox kien sejjer ħażin għall-Ingliżi kien dovut mhux ftit għall-isforzi tan-nies fi Bletchley Park illi nterċettaw u ddeċifraw messaġġ illi l-Bismarck kien ser isalpa lejn Brest fi Franza. Ma nkomplux fuq it-Tieni Gwerra Dinjija għax ma nieqfux u nerġgħu lura għal Turing. Turing wara l-gwerra beda jaħdem fuq l-ewwel magna, illi primittiva kemm kienet primittiva, kienet il-prekursur tal-kompjuter. Madankollu, Turing beda jsib ħafna tfixkil miċ-ċivil Ingliż li ffrustralu l-proġetti tiegħu. Turing kien eċċentriku, it-tip illi kien jorbot il-magg tat-tè mar-radiator imma kellu "difett" akbar f 'għajnejn l-istabbiliment, il-klikka JOE ELLIS dominanti: kien omosesswali. Fl-1952, tressaq il-qorti bl-akkuża illi wettaq atti indiċenti għax kellu relazzjoni omosesswali. Kellu jagħżel bejn sentenza ta' ħabs jew probation bil-kundizzjoni illi jieħu trattament ormonali sperimentali biex jikkontrolla l-libido tiegħu, l-hekk imsejħa "kastrazzjoni kimika." Minħabba dan it-trattament illi dam sejjer sena, Turing sar impotenti u kibirlu sidru. Barra minn hekk, tneħħielu l-permess illi kellu biex jaħdem fl-istabbilimenti sigrieti tal-kontro-spjunaġġ Ingliż u l-anqas ma tħalla jmur l-Amerika. Fi żmien qasir, eroj sigriet tal-gwerra sar meqjus qisu xi traditur. F'Ġunju 1954, Turin instab mejjet u ġie stabbilit illi miet minħabba avvelenar bis-cyanide. Ilcoroner stabilixxa illi Turing kien qatel ruħu b'idejh imma għad hemm min jikkontesta din l-konklużjoni. Fl-1999, Time Magazine daħħlet lil Turing fil-lista tal-100 Persuna l-aktar importanti tas-seklu għoxrin u stqarret: "Il-fatt hu illi kull min jikteb fuq keyboard, jiftaħ spreadsheet jew xi programm tal-ipproċessar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014