Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
Żgħar Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 19 nnifisha kienet umiljanti u tedjanti. Stajt tista' tkun taf min huma l-fqar ta' Malta. Agħar minn hekk din is-sistema kienet toħloq problemi jekk jitlef ilvawċer jew jinsa fejn ikun qiegħdu. L-anzjani kienu fost dawk li jbatu minħabba din is-sistema. Għalhekk ma kienx hemm bżonn xi ġenju bħal Arkimede biex tinstab soluzzjoni għal din ilproblema tal-mistħija. Illum il-vawċers tneħħew. Dak li jkun m'għandux għalfejn joqgħod fil-kju. Dak li jkun m'għandux għalfejn joqgħod iħares madwaru biex jara jekk jgħarrfux xi ħadd. Ser jibda jitnaqqaslu direttament mill-kont tad-dawl u l-ilma. Iżda sa ftit ilu xi ħadd bħal donnu ried li jkun hemm dawn il-kjus biex forsi nintebħu li l-Gvern qiegħed jgħin lil dawn in-nies. Kien speċi ta' eżerċizzju pubbliċitarju irħis. Kull min ikun qiegħed bilkemm jgħaddi sal-aħħar tax-xahar b'dak li qiegħed idaħħal, ikun ikun qiegħed jistenna kull benefiċċju soċjali bħal manna. Li tirċievi l-bonus ta' kull sena hija xi ħaġa żgħira għax dak huwa dritt tiegħek. Iżda l-problema kienet meta ser tirċevih. Il-Ministru Marie Louise Coleiro Preca bidlet is-sistema. B'daqqa ta' pinna ddeċidiet li dan il-bonus jibda jitħallas meta l-aktar ikun hemm bżonn. Hekk kif tibda s-sena skolastika, illum omm it-tfal tirċievi mill-ewwel dan il-bonus. B'hekk l-ispejjeż dejjem jikbru tat-tfal jonqsu xi ftit. Kienet deċiżjoni żgħira iżda kbira ħafna għal min għandu bżonn il-flus Issa anke l-istudenti li jattendu edukazzjoni terzjarja. Għandhom moħħhom mistrieħ, li kontra kull diċerija li kien hawn, l-istipendju tagħhom mhux biss ser jibqgħu jirċevuh iżda kull sena ser jogħla. Mhux hekk biss, jekk sa ftit ilu min jirrepeti ma kienx intitolat għalih, illum ser jibqa' jirċievi l-istipendju. Kull min hu tal-kliem, qiegħed jaħdem fuq inkarnazzjoni ta' magna ta' Turing." Huwa tassew inkredibbli illi ġenju bħal dan safa vittma tal-preġudizzju illi rrovinalu l-karriera tiegħu qabel ma miet ftit wara u dan sittin sena ilu mhux xi sekli kbar ilu. Turing sar figura ikonika għall-moviment tad-drittijiet tal-omosesswali. F'Settembru 2009, il-Prim Ministru Gordon Brown irċieva petizzjoni b'eluf ta' firem u aċċetta illi l-gvern tar-Renju Unit jiskuża ruħu għat-trattament illi Turing għadda minnu. F'Diċembru li għadda, ir-Reġina tatu maħfra postuma. Imma din l-maħfra ma' ntgħoġbotx minn kulħadd u attivist prominenti gay, Peter Tatchell ikkritika l-fatt illi Turing biss ingħata l-maħfra u mhux l-eluf illi soffrew ukoll mill-istess liġi. Meta wieħed jirrifletti ftit fuq din l-istorja tassew traġika, wieħed ma jistax ma jarax kemm sar progress fiddrittijiet ċivili fis-snin ta' wara l-gwerra. Sfortunatament, id-drittijet tal-omosesswali għadhom imkasbra f 'pajjiżi bħar-Russja fejn Putin iħobb juri l-aspett macho tiegħu billi jippromwovi liġijiet omofobiċi kif ukoll f 'bosta pajjiżi Afrikani fejn jista' jkun ferm perikoluż illi wieħed jiddikjara illi huwa omosesswali. Biss biss ngħidu illi dan l-aħħar l-Uganda għaddiet liġi illi f 'ċerti ċirkostanzi tipprovdi għall-piena kapitali għal min iwettaq atti omosesswali. Imma fortunatament bladozzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet talBniedem fl-1950 sabiex ma jirrepetux ruħhom l-orruri tat-Tieni Gwerra Dinjija illi Turing għen biex tintrebaħ, id-drittijiet umani u ċivili fl-Ewropa ħadu spinta kbira. Għad baqa' u jibqa' ħafna xi jsir imma żgur illi filmaġġorparti tal-pajjiżi Ewropej ħadd ma joħlom illi jippersegwita lil xi ħadd minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu bħalma ġara fil-każ ta' Turing, ta' Oscar Wilde u bosta nies oħrajn anqas magħrufa. Biex ma nsemmux il-persekuzzjoni talomosesswali min-Nażisti illi bħal-Lhud u ż-żingari kienu jispiċċaw fil-kampiiet talkonċentrament. F'pajjiżna, kien illegali illi jkollok rapport anali u għaldaqstant, l-omosesswalità bejn l-irġiel kienet tista' tagħti lok għall-proċeduri penali. Il-liġi nbidlet filbidu tas-snin sebgħin. Illum m'għadux aktar tabù illi tkun omosesswali u bosta huma dawk illi jiddikjaraw pubblikament l-orjentazzjoni sesswali tagħhom mingħajr biża' ta' xejn. M'għandhiex dubju illi min hu omosesswali jkollu jsoffri minn preġudizzji u anke pressjoni soċjali imma għalkemm dawn ilfenomeni mhumiex sbieħ, dan l-atteġjament mhux limitat għall-omosesswali biss imma huwa l-każ ta' bosta kategoriji oħra tal-populazzjoni. Bħala Għawdxi naf x'qed ngħid. Matul is-snin, l-omofobija saret reat kriminali imma sal-lum għad m'għandniex projbizzjoni kontra diskriminazzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali. Dan għandu jiġi rimedjat: fi sforz biex isewwi r-rapport tiegħu mal-lobby tal-gay, il-Partit Nazzjonalista ressaq abbozz ta' liġi privat sabiex jiġi emendat l-artiklu 45 tal-Kostituzzjoni ħalli anke diskriminazzjoni minħabba orjentazzjoni sesswali tkun projbita. Ma narax għala m'għandux ikun hemm qbil unanimu dwar din l-emenda kostituzzjonali. Tajjeb illi wieħed jiftakar illi l-provvedimenti kostituzzjonali japplikaw mhux biss għal-liġijiet u għallgvern imma anke għas-settur privat. Madankollu, l-aktar ħaġa li qiegħda fuq fomm kulħadd hija l-abbozz ta' liġi dwar l-unjoni ċivili u speċjalment ilproposta illi koppji gay ikunu jistgħu jadottaw. Kif qalli dan l-aħħar xi ħadd li huwa ferm qrib tal-Partit Laburista, fil-waqt illi hija ċertament inaċċettabbli kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni jew preġudizzju kontra l-omosesswali, mill-banda l-oħra l-lobby tal-gay qed jieħu wisq sopravent. U din tidher li hija opinjoni komuni għax fil-waqt illi l-idea illi l-gay jifformalizzaw ir-rapport ta' bejniethom hija ġeneralment aċċettata, s'issa għadni ma ltqajtx ma' persuna waħda illi hija favur l-adozzjoni tat-tfal da parti ta' koppji gay. Personalment, miniex dommatiku kontra l-adozzjoni da parti tal-gays imma nħoss illi huwa prematur illi wieħed jippermetti li jsir dan u dan speċjalment minħabba l-istigma soċjali illi l-adottat jista' jġarrab. Naħseb illi wieħed irid jeżerċita kawtela kbira qabel ma jagħmel pass bħal dan, kawtela illi spiss tidher nieqsa forsi wkoll minħabba l-pressjoni tal-lobby g illum kontra dawn il-miżuri dejjem iġib l-argument li kien jigieb kontra servizzi soċjali oħra. Li qegħdin infissdu jew nagħtu flus fl-idejn lil min ma jafx kif jonfoqhom. Sa ftit ilu kull min kien imur l-ARMS iħallas xi kont, kien ikun qisu sejjer għallqatla. La jaf kemm ser idum. La jaf biex ser joħorġulu. Il-Ministru Conrad Mizzi rrakkonta kif meta daħal l-ARMS biex jara x'ser isib, daħal f 'kamra u sab eluf ta' kontijiet li ġew lura jew qatt ma ntbagħtu. Kien hemm madwar 30,000 kont! Illum ma għadekx tisma' bl-istejjer li konna nisimgħu bihom qabel. Waqqfu l-ittri tan-nies tal-gay. Dan il-lobby jirribatti illi fil-preżent ġenitur wieħed qed jitħalla jadotta u għalhekk m'hemm xejn ħażin illi koppja gay jitħallew jadottaw ukoll. Dan l-argument ma jikkonvinċinix għaliex għandi riservi kbar kemm huwa għaqli illi persuna waħedha titħalla tadotta. L-istess riservi kbar għandi dwar l-abbozz ta' liġi illi qed jiġi diskuss fil-Parlament. F'dan ir-rigward, naqbel ħafna mar-rimarki illi għadda Chris Said xi xhur ilu. Fl-opinjoni tiegħi, l-iskop ta' liġi dwar l-unjoni ċivili għandu jkun illi jagħti rikonoxximent ċivili għall-koppji illi jkunu jgħixu flimkien. U dawn mhux neċessarjament ikunu omosesswali imma jistgħu jkunu eterosesswali illi għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jew ma jridux jiżżewġu u possibilment anke aħwa jew qraba oħra. Huwa importanti li min qiegħed f 'relazzjoni ta' dan it-tip, irrispettivament millorjentazzjoni sesswali tiegħu, jingħata rikonoxximent ċivili sabiex meta u jekk tali relazzjoni tispiċċa, dak li jkun ma jispiċċax lampa stampa kif spiss sfortunatament jiġri. Mhuwiex ġust illi persuna illi tkun ħadet ħsieb persuna oħra għal xi żmien tibqa' b'xiber imnieħer meta r-relazzjoni tispiċċa għaliex ma jkunux miżżewġa. Imma l-abbozz ta' liġi dwar l-unjoni ċivili ma jindirizzax din il-problema imma minflok joħloq "unjoni ċivili" illi hija fula maqsuma taż-żwieġ. Tant kemm hu hekk illi qed jiġi propost illi l-provvedimenti dwar l-annullament taż-żwieġ fil-gazzetti dwar is-servizz tal-ARMS. Qsaru l-kjus twal li kien ikun hemm. Ilkontijiet qegħdin jintbagħtu fil-ħin u mhux bħal qabel, kont toħlom ikrah bil-kont li ser tirċievi għaliex tkun kibbret is-somma mażżmien. Dan kollu spiċċa b'daqqa ta' pinna. Qisu min kien hemm qabel kien kuntent bil-mod pedantiku u medjevali ta' kif kienu jitmexxew l-affarijiet. Qisu l-burokrazija kienet gvern fi gvern, fejn min suppost kellu jiddeċiedi kien raqad u dawk li għalihom kien jgħaddi kollox kienu jmexxu. Ħafna ħwejjeġ żgħar, li għal ħafna kienu saru kbar ħafna. japplikaw ukoll għall-unjoni ċivili u anke r-reat tal-bigamija ser jiġi estiż għal min jidħol f 'unjoni ċivili jew jiżżewweġ meta jkun diġà qiegħed f 'unjoni ċivili oħra. Verament din ħsibtha ċajta kbira imma mhuwiex il-każ. Insib ferm problematiku l-artiklu 3(1) tal-abbozz illi jgħid illi "l-persuni kollha li jissodisfaw l-obbligi meħtieġa biex jidħlu fi żwieġ... jistgħu jirreġistraw is-sħubija tagħhom bħala unjoni ċivili." Dan ifisser illi jistgħu jidħlu f 'unjoni ċivili min jista' jiżżewweġ. Issa l-liġi tagħna ma tiddefinixxix eżatt min jista' u min ma jistax jiżżewweġ u m'hemm xejn illi jipprojbixxi żwieġ bejn persuni tal-istess sess għalkemm l-artiklu 15 tal-Att dwar iżŻwieġ jireferi għal "martu" u "żewġha". Il-liġi dwar l-unjoni ċivili għandha tagħti rikonoxximent ċivili għal relazzjoni ġa eżistenti bejn persuni illi mhux neċessarjament ikunu tal-istess sess jew f 'relazzjoni sesswali. Imma m'għandhiex tintuża sabiex koppji omosesswali jingħataw status artifiċjali identiku għal dak taż-żwieġ ħlief li ma jissejjaħx hekk. Nippreferi nkunu onesti u niċċaraw darba għal dejjem illi tali koppji jistgħu jiżżewġu minflok dan il-ħafna tidwir mal-lewża. Ma nafx hux il-każ illi l-lobby tal-gay huwa l-akbar għadu tiegħu nnifsu u qed ixekkel l-emanċipazzjoni kompleta tal-omosesswali meta jaċċetta din l-konfezzjoni artifiċjali tal-unjoni ċivili li hija f 'kollox ħlief fl-isem iż-żwieġ kif nafuh ilkoll.

