Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Sptar ġdid mhux l-uniku soluzzjoni I ssa l-aħħar waħda hi li Pawlu Pace r-rappreżentant tal-infermiera jrid sptar ġdid akut mill-flus talIIP jiġifieri mill-iskema taċ-ċittadinanza. Kważi taddaħk. Għax issa wara li għaddiet id-diskussjoni li kienet taħraq mhux ħażin, spiċċajna għandna suġġeriment minn Pawlu Pace biex nibnu sptar ġdid. Aħna la aħna esperti fl-isptarijiet u lanqas fis-saħħa. Li aħna ċerti hu, li dan il-fond ma jeżistix u huwa ferm prużuntuż li jkun hemm min jipproponi kif se jintefqu flus li għadhom... ħolma. Hija ħasra li meta nbena l-isptar ta' Mater Dei ma kien hemm ebda pjan ħolistiku. Qisna nsejna kemm infaqna mill-flus tal-poplu biex nibnu sptar li issa spiċċa ma jistax jaqdi l-bżonnijiet tas-saħħa f'pajjiżna. Huwa fid-dmir li l-ewwel wieħed jistudja bir-reqqa jekk fiż-żona ta' Mater Dei jistax ikun hemm estensjoni tal-isptar. Ċertament dan jista' jsir anki b'daqsxejn immaġinazzjoni. Ma jagħmilx sens li nerġgħu nbiddlu u nisparpaljaw ir-riżorsi, l-iktar meta nafu kemm qed jintefqu flus fuq l-isptar. Jekk xejn hemm bżonn li wieħed iħares lejn ċentri viċin l-isptar li jistgħu jkunu utli għal ċertu trattament mediku. L-ewwel nett hemm l-isptar antik ta' Ħal Luqa, li jista' jiġi użat b'mod aħjar. U t-tieni hemm l-isptar privat u abbandunat ta' St. Philip's li jista' jservi biex jaqdi ċertu bżonnijiet. Li huwa ċert hu li pjan ħolistiku u fit-tul għall-isptar u għall-qasam tas-saħħa jrid iseħħ u forsi wasal iż-żmien li niddeċiedu. Sfortunatament din id-deċiżjoni ma tistax tiddependi jekk l-iskema tal-IIP tirnexxi jew le. Hija deċiżjoni importanti li trid issir minkejja l-kunsiderazzjonijiet finanzjarji. Ma jistax ikun li fis-sena 2014, grazzi għall-iżbalji talamministrazzjoni preċidenti nibqgħu bil-pazjenti fil-kurituri, detriment għal kulħadd. Ċertament l-ewwel ħsieb tagħna għandu jmur għall-pazjenti u ħafna drabi huma l-qraba li ma għandhom ebda interess iqajmu l-irwiefen dwar il-problemi li jaffaċċjaw. Dan hu mument opportun biex ilMinistru Godfrey Farrugia jaġixxi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014