Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
SPORTSillum Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 31 Akkużati li marru ma' prostituta taħt l-età L-ISTILEL tal-futbol Franċiż Franck Ribery u Karim Benzema qegħdin jiċħdu allegazzjonijiet li fil-passat marru ma' prostituta taħt l-età bl-isem ta' Zahia Dehar fejn din saħqet li ma kinitx taf li kellha inqas minn 18 -il sena f 'dak iż-żmien li kellha x'taqsam sesswalment ma' dawn iż-żewġ plejers ta' fama u klassi mondjali - xi ħaġa ferm diffiċli biex wieħed jemminha! F'Ġunju tas-sena li għaddiet, Qorti Franċiża semgħet kif wieħed miżżewġ plejers internazzjonali Franċiżi akkużati li raqdu ma' prostituta żaghżugħa ma kellux idea li fil-fatt hija kienet taħt l-età. L-avukat tal-winger ta' Bayern Munich Franck Ribery, Carlo-Alberto Bruso saħaq ukoll li l-eks prostituta Zahia Dehar ma kinitx persuna vulnerabbli minħabba s-sempliċi fatt li hija kienet dejjem tidher tajjeb b'xagħarha ssetjat tajjeb u dejjem kienet tidher liebsa sabiħ. Ribery li għandu 30 sena kif ukoll il-plejer ta' Real Madrid, Benzema li għandu 25 sena jistgħu jaffaċċjaw tliet snin Ribery u Benzema akkużati li marru ma' prostituta taħt l-età, li dak iż-żmien hi stess ma kinitx taf kemm kellha żmien priġunerija jekk jiġu misjuba ħatja li raqdu ma' Dehar bejn l-2008 u l-2009 meta hi kellha bejn 16 u 17-il sena u għalhekk kienet għadha taħt l-età. Fil-ftuħ tal-ġuri li beda f 'Pariġi fis-sajf li għadda u li qed jitkompla matul dawn iljiem, l-avukat ta' Ribery saħaq li fi Franza l-liġijiet rigward sess li fih ikunu involuti persuni taħt l-età kienu inpreċiżi ħafna biex dawn iż-żewġ plejers jiġu akkużati li wettqu att kontra l-liġi. L-età tal-kunsens rigward attività sesswali bejn żewġ persuni fi Franza hija dik ta' 15-il sena u l-prostituzzjoni hija legali, iżda biss jekk iż-żewġ persuni involuti ikollhom 'il fuq minn 18-il sena. Benzema ċaħad li kellu x'jaqsam sesswalment ma' Dehar li fil-fatt kienet hi li rrappurtatu lill-pulizija biex jinvestigaw ċirku vizzjuż ta' prostituzzjoni f 'Pariġi. Illum l-eks prostituta li għandha 19il sena hija ċelebrità fi Franza, fejn dehret fuq numru ta' 'reality shows' fuq it-televixin Franċiż u introduċiet ukoll linja tagħha tal-ħwejjeġ ta' taħt. Il-Qorti f 'Parigi qiegħda ssostni li Ribery li huwa Musulman kif ukoll raġel miżżewweġ ħallas lill-eks prostituta s-somma ta' 600 sterlina għal sess f 'lukanda fl-2009 waqt li huwa suspettat li Benzema ħallas lil Zahia Dehar 400 sterlina għal attività sesswali lura fl-2008. Iktar attività fit-tiġrijiet tal-ASMK Autocross ILLUM, l-ASMK, se tkompli l-Kampjonat Nazzjonali talAutocross bis-seba' tiġrija talistaġun ASMK - Pasta Poiatti 2013/14. Il-Programm jibda bl-ewwel tiġrija f'nofsinhar. Intant, nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-klassifika wara s-sitt tiġrijiet fil-Kampjonat Nazzjonali Autocross komplejna naraw lil Gordon Johnson fuq Peugeot 205 jiddefendi l-ewwel pożizzjoni f'din il-klassifika b'84 punt u segwit minn Melo Zammit fuq Ford Escort bi 82 punt. Johnson tul l-aħħar żewġ attivitajiet waqa' ftit lura mill-vantaġġ li kellu filwaqt li Zammit kompla javvanza sew fil-pożizzjoni tiegħu biex ħalla lil Johnson quddiem b'żewġ punti biss ta' vantaġġ. Il-klassifika tkompli b'Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo li qed jokkupa t-tielet pożizzjoni b'70 punt u jinsab f'taqtigħa ma' Matthew Borg fuq Vauxhall Nova li qed jokkupa r-raba' pożizzjoni b'66 punt. Fl-attività li jmiss l-attenzjoni se tkun fuq Johnson u Zammit li minkejja li l-aħħar attività, ħadd minnhom ma rnexxielu jirbaħ il-finali tal-ġurnata, nhar il-Ħadd jista' jkollna bidla għal darb'oħra fil-klassifika nazzjonali. Din il-bidla tant spiss fil-klassifika nazzjonali qed issir grazzi għar-regolamenti l-ġodda li ġew implimentati Gordon Johnson fuq Peugeot 205 segwit minn Patrick Cassar fuq Opel Corsa f'dan l-istaġun. Dan qed ikompli jagħmel il-kompetizzjoni aktar kompetittiva u sportiva għax qed jingħata ċans lil kull sewwieq li jieħu sehem filfinali tal-ġurnata fi klassi A u B bil-punti jingħataw lit-12-il kompetitur liema punti jkunu jgħoddu għall-Kampjonat Nazzjonali. Mill-Klassifiċi Autocross Klassi A u B l-Assoċjazzjoni żżomm dawn il-klassifiċi li minnhom joħroġ il-kampjonat nazzjonali Autocross. Fil-klassi A naraw fuq quddiem lil Melo Zammit fuq Ford Escort b'24 punt. Christian Galea fuq Fiat Ritmo u Gordon Johnson fuq Peugeot 205, it-tnejn jinsabu fit-tieni post bi 15-il punt kull wieħed. Fir-raba' pożizzjoni nsibu lil Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo bi 13-il punt. Fi Klassi B naraw lil Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova għandu vantaġġ sostanzjali b'27 punt. Pisani jinsab segwit minn Josef Grech fuq Ford Fiesta fittieni post bi 13-il punt u fit-tielet post insibu lil Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova b'10 punti. Fil-Kampjonat Gozo Autocross insibu lil Domenic Zammit fuq Alfa Sud bi 42 punt. Fit-tieni post hemm Joseph Agius fuq Ford Fiesta b'27 punt u fit-tielet post hemm Joseph Vella fuq Ford Fiesta bi 13-il punt. Ta' min japprezza s-sagrifiċċju li dawn is-sewwieqa jagħmlu biex jiġu Malta ħalli jikkompetu fuq il-korsa tal-ASMK f'Ta' Qali. Illum il-livell ta' dawn issewwieqa huwa wieħed għoli u fuq livell ta' ħafna kompetituri lokali oħra.

