Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 "Ninsab ċert li se nkun l-aqwa skorer fit-Tazza tad-Dinja" – Balotelli L-ATTAKKANT prolifiku u ferm kontroversjali ta' AC Milan u tat-tim nazzjonali Taljan, Mario Balotelli, stqarr li jinsab determinat li se jirbaħ iż-Żarbun tadDeheb hekk kif se jirnexxielu jiskorja l-ikbar ammont ta' gowls fit-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Brażil matul is-sajf li ġej. Huwa afferma li l-uniku plejer li jista' jċaħħdu milli jagħmel dan għandu jkun il-fenomenu Portugiż ta' Real Madrid, Cristiano Ronaldo. Balotelli huwa tal-opinjoni wkoll li l-plejer Urugwajan li qed ikollu staġun tal-ħolm ma' Liverpool fl-Ingilterra, Luis Suarez, m'għandux joffri sfida denja lilu fil-Grupp li fih se jkunu involuti l-Italja jiġifieri Grupp D li se jkun qed jinkludi wkoll lill-Ingilterra u lill-Kosta Rica. L-eks stilla ta' Manchester City stqarr mal-gazzetta Ingliża 'The Sun' li fl-aħħar sena, Ronaldo biss kien aħjar minnu waqt li kompla li jittama li jirnexxielu jaqbżu fin-numru ta' gowls fil-Brażil. Balotelli kkonkluda li jinsab ċert li se jkun l-aqwa skorer mhux biss fi Grupp D iżda anki fit-Tazza tad-Dinja Balotelli jittama li saħansitra jirnexxilu jisfida lil Ronaldo Villas-Boas mhux se jerġa' Wenger jixtieq akkwisti ġodda jikkowċja fl-Ingilterra IL-KOWĊ Franċiż ta' Arsenal, Arsene Wenger, saħaq li jixtieq li jkollu l-possibbiltà li jħabbar li t-tim tiegħu jkun akkwista xi plejer ta' kalibru kbir iżda għalissa għadu ma jistax jagħmel dan. B'żieda ta' plejers jew mingħajr, Wenger iħoss li Arsenal huma mħejjija biżżejjed biex jisfidaw għarrebħ tal-unuri fi tmiem dan l-istaġun, liema staġun jista' jitqies bħala l-iktar wieħed eċitanti għalihom f 'dawn l-aħħar snin. Il-kowċ ta' Arsenal li huwa mlaqqam bħala l-'Inġinier' saħaq li l-punti li kisbu sa issa l-Gunners huma fost l-iktar jekk mhux l-iktar li huma qatt kisbu meta wieħed iqis in-numru ta' logħob li huma lagħbu. Għalhekk, Wenger, talab lit-tim tiegħu biex ikompli għaddej b'din is-serje ta' wirjiet u riżultati ferm pożittivi. Il-kowċ Franċiż ikkonkluda li fit-tim tiegħu tinħass ċertu solidarjetà waqt li huwa għandu sistema ta' rotazzjoni fejn xi drabi anki plejers ta' klassi li jagħmlu parti mit-tim ta' Arsenal ikunu fuq il-bank tassostituti. Jidher li ma tantx baqa' impressjonat kemm bil-ħajja fl-Ingilterra kif ukoll bil-Kampjonat Barclays Premier IL-KOWĊ Portugiż, Andre Villas-Boas, jinsab ferm determinat li ma jerġax jikkowċja fl-Ingilterra waqt li għadda wkoll xi rimarki lejn iċ-ċermen tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. Jidher li l-kowċ Portugiż li tkeċċa miż-żewġ timijiet ta' Londra, Chelsea u Tottenham Hotspur, ma tantx baqa' impressjonat kemm bil-ħajja fl-Ingilterra kif ukoll bilKampjonat Barclays Premier hekk kif meta mistoqsi millġurnalisti jekk jikkunsidrax li jerġa' jikkowċja xi tim flIngilterra fil-futur, it-tweġiba tiegħu kienet fin-negattiv. Huwa qed jikkunsidra li jmexxi lil xi tim fil-ġimgħat li ġejjin fejn hemm xnigħat u spekulazzjonijiet fil-mezzi tax-xandir li jista' jmur imexxi xi tim fil-Ġermanja jew l-Italja u anki saħansitra ssemma' li teżisti possibbiltà li jista' jerga' jieħu t-tmun tat-tim Portugiż, Porto, fejn ilkoll nafu li magħhom kiseb diversi unuri fosthom il-Kampjonat Portuġiż, il-UEFA Europa League kif ukoll it-Tazza Portugiża f 'sena waħda biss eżattament fis-sena 2011. Fil-fatt huwa kien imlaqqam bħala 'The Next Mourinho', hekk kif kien qed jidher li wara li għamel xi snin assistant kowċ tal-iSpecial One, Josè Mourinho, seta' tabilħaqq ikollu s-suċċess li kiseb il-kowċ bravu Portuġiż, illum kowċ ta' Chelsea fl-Ingilterra f 'dawn l-aħħar snin. Iżda kif ilkoll nafu dan ma sarx realtà. F'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir fil-jiem li għaddew, VillasBoas, saħaq li kellu esperjenzi tajbin u professjonali flIngilterra ma' tnejn mill-aqwa timijiet li nsibu f 'dan il-pajjiż, iżda fir-realtà ma setax jikseb is-suċċess li huwa ried u bħalissa qed iħoss li jrid jiftaħ orizzonti ġodda billi jibdel ilpajjiż li fih jikkowċja. Iż-żmien li l-kowċ ta' 36 sena qatta' fl-Ingilterra kien ikkaratterizzat minn ċertu kontroversja, wara diżgwid li kellu ma' plejers importanti ta' Chelsea fiż-żmien li kien jikkowċja lil dan it-tim, waqt li lkoll nafu li kellu diżgwid kbir mal-mezzi tax-xandir fiżżmien qasir li qatta' fit-tmun ta' Tottenham Hotspur. Arsene Wenger, xi drabi jħalli plejers ta' klassi fuq il-bank

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014