Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 23 Kummercjali Jitħabbru n-nominazzjonijiet tal-Malta Music Awards 2014 Elementi ġodda l-Karnival ifakkru t-tradizzjoni LEDIZZJONI li jmiss tal- Malta Music Awards se tkun qed issir il-Ħadd 9 ta' Frar ġewwa l-MFCC Ta' Qali bħala parti mill-PBS Music Weekend, fejn fil-jumejn ta' qabel se tkun qed issir il-finali tal-Malta Eurovision Song Contest. F'din l-edizzjoni se jkun hemm sitt kategoriji kompetittivi filwaqt li jingħataw ukoll żewġ unuri oħra. Bosta personalitajiet se jkunu mistiedna biex iqassmu l-unuri waqt li oħrajn se jkunu qed iwasslu waqtiet mużikali tul is-serata. Gianluca Bezzina, Ira Losco, Lyndsay u Chess huma n-nominati għal Best solo Artist filwaqt li għal unur tal-aqwa grupp mużikali nsibu lil NoSnowNoAlps, The Crowns, Red Electrick u Airport Impressions. Hemm ħames kandidati li qed jaspiraw li jieħdu l-unur għall-aqwa vidjow mużikali. Airport Impressins għal 'Hymns of June', Ira Losco għad-diska 'Me Luv U Long Time', No Bling Show b''Marija s-Sabiħa', Red Electrick bid-diska 'The Runaway' u Gianluca bid- diska rebbieħa tal-Malta EuroSong 'Tomorrow'. Isem Ira Losco huwa preżenti wkoll f 'żewġ kategoriji oħra, iġifieri għal Best Album u għal Best Song. Sadanittant, Andi, Maxine Pace, Norbert u Plan Zero se jkunu qed jittamaw li jkunu huma r-rebbieħa tal-Best New Artist. Ghal aktar informazzjoni wiehed ghandu jidhol fis-sit www.mmm.com.mt waqt li l-biljetti bi prezz ta' 10 ewro jinkisbu minn www.tvm.com.mt Ira Losco hi nnominata f 'erba' kategoriji KARRIJIET ikkuluriti, irġejjen jiżfnu, kostumi sbieħ, fares tad-daħk – kollha se jkollhom posthom fil-Karnival ta' din is-sena. Iżda se jkun hemm ħafna aktar ukoll. Bir-ritorn tas-satira u l-farsa tal-qarċilla, il-Karnival ta' din is-sena ser jinkludi numru ta' innovitajiet – li ħafna minnhom jagħtu ħarsa lura lejn il-passat. F'Malta il-Karnival jidher li wasal fil-bidu tas-seklu 1400, għalkemm kienu l-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann li żiedu l-element tal-ispettaklu lil dawn iċ-ċelebrazzjoniijiet nazzjonali. Tradizzjoni daqshekk antika tfisser li ħafna minn dak li hu ġdid fil- Karnival ta' din is-sena filfatt ġej mill-passat. Għall-ewwel darba f '40 sena, il-Karnival ser isir fi Pjazza San Ġorġ u l-qalba tal-kapitali antika se terġa' tħabbat biċ- ċelebrazzjonijiet. Bejn l-1972 u 2010, il-qofol tal-attivitajiet kienu jsiru fi Pjazza Ħelsien iżda dan ma baqax isir meta nbeda l-proġett tal-parlament il-ġdid fl-2011. Is-sena ta' wara l-Karnival sar mal-funtana qrib id-daħla tal-Belt filwaqt li għal dawn l-aħħar sentejn kien sar fuq il-Fosos tal-Furjana. Ir-ritorn tas-satirà, ukoll, hija novità li l-għeruq tagħha midfunin fil-passat. Il-parati tal-karnival fi żmien l-Ingliżi, partikolarment fis-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin, kienu magħrufin għat-temi satiriċi tagħhom, u ħafna mill-karrijiet kienu ddisinjati biex jgħaddu ż-żmien bil-figuri popolari u deċiżjonijiet tal- gvern tal-ġurnata. Fl-għoxrinijiet u t-tletinijiet il-karikaturi ta' figuri politiċi sikwit kienu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' tensjoni li spiċċaw biex il-gvern waqqaf din id-drawwa minn edizzjonijiet futuri tal- Karnival. Is-satirà politika ġiet essenzjalment ipprojbita bħala riżultat ta' liġi li għaddiet fl-1936. Il-qarċilla jew farsa – li wkoll ser tirritorna dis-sena – kienet għadha ssir fil-Karnival tal-Belt sa madwar seklu ilu. Wieħed kien jilbes ta' nutar u maġenbu jkollu l-għarajjes. In- nutar jaqralhom b'leħen għoli l-kuntratt taż-żwieġ, kitba mqabbla kollha botti. In-nies kienu jogħxew isegwu n-nutar huwa u jaqra l-qarċilla biċċa biċċa mal-kantunieri tal-Belt. Xi kultant, il-kelma tan-nutar ma kinitx tajba għal widnejn kulħadd. L-ewwel qarċilla li nafu biha nkitbet għall-Karnival tal-1760 mill-poeta Dun Feliċ Demarco. Il-qarċilla tal-Karnival ta' din is-sena, miktuba minn Trevor Zahra, se tiġi moqrija minn xi atturi. L-atturi ser iduru mat- toroq tal-Belt is-Sibt filgħaxija, f 'parodija taċ-ċerimonja tat- tieġ. Is-Sibt filgħaxija huwa wkoll meta l-festivitajiet tal-Karnival ser jilħqu l-qofol tagħhom. Din is-sena – għall-ewwel darba wkoll – ser ikomplu matul il- lejl, f 'ċelebrazzjoni bla waqfien. Għall-ewwel darba wkoll sar ġemellaġġ mal-Karnival ta' Notting Hill, l-akbar festival ta' kultura popolari fl-Ewropa. Il-Karnival ta' Notting Hill isir fit-toroq ta' North Kensington f 'Londra b'elementi ta' gruppi mużikali, kantanti, kompetizzjonijiet artistiċi u mużikali, ikel Karibew u spettaturi li jiżfnu wara l-gruppi fit-toroq. Dan il- Karnival Karibew ġewwa l-Ingilterra jiġbed madwar 1.5 miljun persuna kull sena fuq medda ta' jumejn f 'Awwissu. Sureya John, li rebħet it-titlu ta' Miss Universal Carnival Queen, ser tkun qed tmexxi l-ewwel preżentazzjoni tal-Karnival ta' Notting Hill f 'Malta. U minħabba li l-Karnival huwa wkoll dwar diversita' u nklużjoni u finalment li kulħadd jieħu pjaċir, din is-sena grupp ta' żeffiena mill-adult training centres tal-Aġenzija Sapport ser jippreżentaw żifna fil-Karnival nazzjonali. Dan kollu huwa apparti l-kompetizzjonijiet taż-żfin, l-isfilata tal-karrijiet, it-toroq miżgħuda bin-nies u l-kostumi eżaġerati li kollha huma parti mill-Karnival. Għal ftit ġranet, il-Belt Valletta tilbes għal ċelebrazzjoni. Il-Karnival ta' Malta huwa organizzat mill-Kumitat tal- Karnival ta' Malta bl-għajnuna tal-Kunsill Malti Għall-Kultura u l-Arti u MSV Life. Għall-ewwel darba f '40 sena, il-Karnival ser isir fi Pjazza San Ġorġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014