Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 SPORTSillum Zammit u Vella jiddominaw -Autocross NHAR il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 l-ASMK kompliet it-tiġrijiet fl-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14 bis- seba' tiġrija mis-Sezzjoni Autocross. Fuq korsa mxarrba sew wara l-maltemp tas-Sibt billejl, il-kundizzjoni tal-korsa tjiebet ħafna matul il-ġurnata tant li sal-ħin tal-finali kienet nixfet għalkollox. Dan ħalla lis-sewwieqa jaħsbu iktar biex ikollhom il-karozzi u s-sewqan addattat għal kull tip ta' triq li kienet qed tinbidel matul il-ġurnata. Għal din l-attività ħadu sehem 30 kompetitur. Matul il-jum rajna lil Maunel Muscat fuq Opel Corsa jiddomina l-Heats kollha tal-ġurnata biex mill-ewwel ħa postu fil-finali ta' Klassi A. Flimkien miegħu kkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Melo Zammit fuq Ford Escort, Patrick Cassar fuq Opel Corsa, Kurt Sammut fuq Ford Ka u Josef Grech fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali Muscat ħareġ tajjeb ħafna tant li akkwista l-ewwel pożizzjoni. Dan kien segwit minn Cassar u Sammut li ftit sekondi wara l-ewwel kantuniera kien hemm kuntatt minn Cassar fuq Sammut, b'Cassar jiġi mwissi mir-referee tal-ġurnata. Sfortunatament, mal-kuntatt, Sammut qabad il-parti tiżloq fil-korsa u kellu jirtira mit- tiġrija. B'hekk kien faċli għal Zammit li javvanza pożizzjoni u li spiċċa jsegwi u jagħmel pressjoni fuq Cassar. Fir-raba' u l-ħames post kien hemm taqtigħa bejn Grech u Farrugia sakemm dan tal-aħħar sab iċ-ċans li jieħu post Grech biex Farrugia wkoll avvanza pożizzjoni. Ftit qabel tmiem il-finali, Cassar reġa' wettaq it-tieni azzjoni antisportiva. Din id- darba fuq Muscat biex tellfu mill-ewwel pożizzjoni bir- referee tal-ġurnata jiskwalifika lil Cassar. Zammit spiċċa biex rebaħ il-finali A segwit min Muscat u Farrugia rispettivament. Grech u Sammut spiċċaw fir-raba' u l-ħames post. Għall-Finali Klassi B ikkwalifikaw Matthew Borg, Philip Joe Vella u Andrew Pisani kollha fuq Vauxhall Nova u Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Carlos Mifsud u Duncan Delia, it- tnejn fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Vella u lil Farrugia flimkien ma' Borg jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna b'Vella jieħu t-tmun tal-finali segwiet minn Farrugia u Borg. Minkejja l-pressjoni, it-tiġrija kompliet b'Vella jkompli jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu u dejjem segwit minn Farrugia. Borg kellu jirtira mit-tigrija minħabba ħsara mekkanika u postu ħadu Mifsud segwit minn Delia. F'din il-finali kellna wkoll lil Pisani li wkoll irtira mill-ewwel minħabba ħsara mekkanika. Ir-riżultat finali spiċċa b'Vella jirbaħ l-ewwel post u kien segwit minn Farrugia u Mifsud rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Delia. Fis-Sezzjoni 'Gozo Autocross' rajna lil Domenic Zammit jiddomina l-ġurnata bir-rebħ tiegħu fil-heats kollha kif ukoll fil-finali tal-ġurnata. Matul il-finali Zammit kien dejjem segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta u Marvin Grima fuq Opel Corsa. Ma kellna l-ebda tibdil tul il-finali fejn is- sewwieqa kollha ddefendew il- pożizzjoni tagħhom b'veloċità u ħila. Fir-raba' post spiċċa Joseph Vella fuq Ford Fiesta. Il-Kumitat Eżekuttiv/Bord tad-Dixxiplina sema' l-każ dwar każi antisportivi waqt id- 'Demolition Derby' li saret nhar il-Ħadd 22 ta' Dicembru 2013. Leo Butler li kien mgħejjun minn numru ta' sewwieqa fil- korsa biex seta' jkompli t-tiġrija bi ksur tar-Regolamenti u li spiċċa fit-tieni post ġie eliminat. Il-Kumitat ASMK ħareġ ukoll twissija lil Clive Butler u lil Brian Grech fuq nuqqasijiet tar-Regolamenti min-naħa tagħhom. Dawn ma osservawx l-istruzzjonijiet tar-referee tal-ġurnata u li attwaw kontra n-normi tas-sewqan waqt it-tiġrija. Il-Kumitat Eżekuttiv wara li rreveda r-riżultat proviżorju tad-Demolition Derby 2013 iddikjara li r-rebbieħ baqa' l-istess - Larkin Butler fuq Hunter iżda r-Runner-Up kien Brian Grech fuq Hunter ukoll. Intant, l-Assoċjazzjoni din il-ġimgħa bdiet xogħol intensiv fuq il-korsa tal-Motocross minn espert barrani. L-Assoċjazzjoni tinsab għaddejja b'ħidma kontinwa biex ix-xogħol isir fl-inqas żmien possibbli minkejja t-temp xejn favorevoli minħabba li f 'dan iż-żmien ikun għaddej il-kampjonat tal-Muturi MX fejn dan it-tip ta' sport jirrikjedi ammont sostanzjali ta' taħriġ matul il-ġimgħa biex kull sewwieq ikun f 'kundizzjoni tajba għall- kompetizzjoni. Dan ix-xogħol qed isir biex il-korsa tkun iktar addattata għal sewwieqa li għadhom jibdew f 'dan l-isport kif ukoll dawk b'esperjenza. B'hekk il-korsa tkun kompetittiva għal kulħadd. L-Assoċjazzjoni se tkompli bl-attivitajiet tat-Trials illum, il-Ħadd. Is-Sezzjoni Trials se jikkompetu fit-tielet attività mill-Kampjonat Trials li se ssir fil-Barriera fl-Aħrax tal- Mellieħa, b'kollaborazzjoni mal-AWDC. L-attività tibda mid-9am 'l quddiem. Aktar informazzjoni fis-sit elettroniku uffiċjali www.asmk.org.mt. Melo Zammit fuq Ford Escort segwit minn Patrick Cassar fuq Opel Corsa Valletta Subbuteo Club jirbħu l-Malta International Open 2014 FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ġewwa l-każin tal-banda 12th May ta' Ħaż-Żebbug, sar il-Malta International Open taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Internazzjonali, l-FISTF. Is-Sibt kien dedikat għall- kompetizzjoni tat-timijiet, fejn iċ-Champions renjanti, il-Valletta Subbuteo Club ħarġu rebbieħa wara li għelbu lil kull sfidant li ltaqgħu miegħu. Fl-aktar logħba mistennija, id-derby bejn iż-żewġ timijiet Beltin, il-Valletta Subbuteo Club għeleb lil Valletta Lions bl-iskor ta' 2-1, u kompla billi għeleb lil Bormla SC 4-0, u lil Valletta Lions B 4-0 ukoll, biex rebaħ dan l-International Open. Dan kien it-tmien unur Internazzjonali għal Valletta Subbuteo Club wara li b'kollox rebħu ħames Grand Prix u tliet Opens Internazzjonali, fil-25 sena li ilhom imwaqqfin. Il-Ħadd kien imiss il-kompetizzjonijiet tal- individwali u anki hawnhekk il-Valletta Subbuteo Club ħallew impatt. Fil-kategorija tal-Open, tlieta mill-erba' semifinalisti kien mill-VSC, u tnejn minnhom Samuel Bartolo u Derek Conti kkwalifikaw għall-finali, b'dan tal-aħħar jirbaħ bl-iskor ta' 2-1. Il-kategorija tal-Veterani ntrebħet minn Charlie Aquilina tal-Valletta Lions, kontra Jason Pisani tal-VSC. Kienet logħba missielta għall-aħħar, li spiċċat fi draw anki wara l-ħin barrani u kien permezz tax-shots li Charlie Aquilina ħareġ rebbieħ. Fil-kategorija ta' taħt id-19 –il sena, plejer ieħor tal-VSC, Andrew Abela, tilef fil-finali kontra l-plejer Taljan ta' Reggio Calabria, Federico Frollo 2-4, biex spiċċa fit-tieni post. Sadanittant, f 'dan it-tmiem il-ġimgħa, il-Valletta Subbuteo Club qegħdin jieħdu sehem fil- Grand Prix ta' Franza, ġewwa Parigi, fejn jaspiraw li jirrepetu dak li għamlu fl-2012 meta ħarġu rebbieħa ta' dan il-Grand Prix, u b'hekk isaħħu posthom fir-Rankings Mondjali, fejn bħalissa qegħdin meritatament igawdu t-tielet post fid-dinja. Valletta Subbuteo Club qegħdin t-tielet post d-dinja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014