Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 31 SPORTSillum Di Canio għadu rrabjat iżda jixtieq jirritorna -Ingilterra LEKS kowċ Taljan ta' Sunderland, Paolo Di Canio, għadu rrabjat għall-mod kif mexa miegħu dan it-tim hekk kif keċċih minn kowc wara biss 13-il logħba fit-tmun tiegħu. Madankollu, b'kuntrast għal Villas-Boas, li ftit tal-jiem ilu afferma li ma jridx jirritorna jikkowċja fl-Ingilterra fejn ma tantx kien impressjonat bil-ħajja f 'dan il-pajjiż, Di Canio jixtieq jerġa' jirritorna jikkowċja f 'dan il-kampjonat. Il-kowċ Taljan tkeċċa mill- 'Black Cats' f 'Settembru li għadda fost xnigħat u spekulazzjonijiet li kien hemm ribelljoni mill-plejers ta' Sundereland kontra l-metodi ta' taħriġ u s-sistemi ta' dixxiplina tiegħu. Di Canio ħa post Martin O'Neill fi tmiem Marzu li għadda u ngħata l-mertu li salva lill- klabb mir-relegazzjoni wara li kien l-ispirazzjoni ewlenija wara r-rebħa ta' 3-0 kontra r-rivali Newcastle United meta kien għadu biss fit-tieni logħba tat-tmexxija tiegħu ta' dan il-klabb. Iżda għalkemm ġab 14–il plejer ġdid matul is-sajf li għadda, l-affarijiet mal- ewwel nqalbu għall-agħar b'telfa fl-ewwel logħba tal- kampjonat kontra Fulham meta Sunderland kienu qed jilagħbu ġewwa darhom, liema logħba mmarkat il-bidu ta' serje ta' riżultati negattivi fejn il-'Black Cats' rebħu biss punt mill-ewwel ħames logħbiet ta' dan l-istaġun. Minn dak iż-żmien 'l hawn Sunderland għamluha sal-finali tal-Capital One Cup wara li b'sorpriża kbira eliminaw lill-ġganti Ingliżi, Manchester United, waqt li jinsabu punt fuq iż-żona ta' relegazzjoni taħt il-kowċ il- ġdid, Gus Poyet. Madankollu, Di Canio, jemmen li l-plejers għandhom jieħdu responsabbiltà tal-bidu ħażin li kellu t-tim matul dan l-istaġun. F'kummenti li għadda fuq il-programm li jittratta l-futbol Ingliż, 'BBC Football Focus', Di Canio saħaq li jeżistu kowċis li mhumiex tajbin bizzejjed għal xi gruppi ta' plejers iżda jeżistu wkoll xi gruppi li ma jkunux tajbin bizzejjed għall-kowċ. Huwa kompla li fil-każ tiegħu kienet it-tieni ħaġa li semma'. Di Canio saħaq li jekk wieħed jaqra x'kienu qalu l-plejers meta huwa kien ħa l-kontroll tat-tim matul is- sena li għaddiet, huma fil-fatt kienu faħħruh. Anzi, l-kowċ Taljan stqarr li b'xi mod jew ieħor il-plejers kienu tefgħu t-tort fuq il-kowċ ta' qablu waqt li ma kien hemm l-ebda kaos fiż-żmien li huwa kien imexxi lil Sunderland. Huwa kompla billi qal li għalkemm għadu rrabjat għall-mod li bih tneħħa minn Sunderland, lest li jerġa' jirritorna jikkowċja fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż hekk kif stqarr li l-futbol jifforma parti essenzjali mill-ħajja tiegħu. Fil-jiem li għaddew Di Canio ssemma' li seta' jieħu t-tmexxija tal-klabb Ingliż, Sheffield Wednesday, hekk kif tkeċċa Dave Jones, waqt li ma ċaħadx il-fatt li jista' jieħu t-tmexxija ta' xi tim minn diviżjonijiet inferjuri fl-Ingilterra bħal mhuwa ċ-'Championship', għalkemm ix-xewqa prinċipali tal-eks kowċ ta' Swindon Town FC, hija dik li jirritorna jikkowċja fil-Kampjonat Barclays Premier, fl-Ingilterra. Tgħid se nerġgħu naraw lil Di Canio jikkowċja -Ingilterra? Rekord ta' 11–il tim fil-Kampjonat tax-xitwa tal-Waterpolo MINDU tnieda l-Kampjonat tal-Water Polo tax-xitwa tal-BOV, din ser tkun l-ewwel edizzjoni li ser tikkonsisti f 'żewġ diviżjonijiet b'total ta' ħdax-il-tim li jinkludi s-selezzjoni tal-ASA taħt id-dsatax–il sena li se jipparteċipaw barra l-kompetizzjoni. "Aħna ninsabu entużjasti li qed naraw l-interess fil-kampjonat tax-Xitwa tal-Water Polo qed jikber tant li din is-sena se jkollu jinqasam f 'żewġ diviżjonijiet," qal il-President tal-ASA Joe Caruana Curran waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ttellgħu l-poloz ta' dawn il- kompetizzjonijiet. "Il-kampjonat tax-xitwa ser jaħbat mal-play-offs tal-kampjonati Ewropej 2014 fejn Malta ser tilgħab kontra Franza f ' Montpellier fil-15 ta' Frar 2014 u r-ritorn isir f ' Malta fl-1 ta' Marzu 2014," kompla s-Sur Caruana Curran. "Il-Bank of Valletta u l-Water Polo saru sinonimi għax għas-seba' sena konsekuttiva l-Bank qed jagħti l-appoġġ tiegħu lill- kompetizzjonijiet lokali tal-water polo," qal Anthony Scicluna, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta. "Bin-numru ta' timijiet parteċipanti dejjem jikber, aħna qed naraw li l-livell tal- kompetizzjonijiet qed jogħla u qed jattiraw numru ikbar ta' spettaturi biex jissapportjaw it-timijiet favoriti tagħhom." "Kampjonati inċerti sal- aħħar ikkaraterizzaw l-aħħar kompetizzjoni tal-waterpolo bil-kampjonati jkunu deċiżi fl-aħħar sekondi u dan kompla jgħolli l-interess fil-logħba fost il-pubbliku," temm jgħid is-Sur Scicluna. Il-Kampjonat Premier tax-xitwa tal-Waterpolo ser jikkonsisti f '7 timjiet : Exiles, Neptunes, San Giljan, Sirens, Sliema and Valletta u ser jintlagħab fuq rawnd wieħed. Is-selezzjoni tal- ASA ta' taħt id-19-il sena ukoll ser tilgħab fil-Premier. Marsascala, Marsaxlokk, Otters u Ta' Xbiex se jilagħbu fl-ewwel diviżjoni, li se jintlagħab fuq żewġ rawnds. Il-kampjonati jibdew fil-21 ta' Frar u jintemmu fis-17 ta' Mejju. Dan l–istaġun se jara numru ta' waqfiet minħabba l-impenji tat- timijiet nazzjonali tal-kbar u t-timijiet iż-żgħar. B'mod partikulari mhu ser ikun hemm l-ebda logħba f 'April. Kollox lest għall-kampjonat tax-xitwa tal-waterpolo