Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 SPORTSillum Kontroversja dwar il-bidliet r- regolamenti tal-Formula 1 F'DAWN l-aħħar jiem l-amministrazzjoni tal- Formula 1 immexxija mill- President, Bernie Eccelstone, bidlet xi regoli fil-Formula 1 b'uħud xejn ma jinżlu tajjeb kemm mas-segwaċi tal-F1 kif ukoll mas-sewwieqa nfushom. Fost l-iktar tibdiliet kontroversjali nsibu dik li fl-aħħar tellieqa ta' din is-sena l-punti tal-aħħar tellieqa li se ssir f 'Abu Dhabi ikunu rduppjati. U dan biex l-FIA żżomm l-interess fil-F1 sal-aħħar tal-kampjonat. Il-fenomenu ta' Red Bull u rebbieħ tad-dinja għal erba' darbiet, Sebastian Vettel, li rebaħ ir-raba' titlu konsekuttiv matul is-sena li għaddiet meta kien għad fadal tliet tlielaq għat-tmiem tal-kampjonat, iddeskriva din ir-regola tal- 'punti doppji' bħala waħda assurda waqt li numru konsiderevoli ta' paritarji ta' timijiet mill-F1 iddeskrivew din l-idea bħala farsa fuq il- midja soċjali bħal Facebook u Twitter. Fost l-iktar timijiet li ma qablux ma' din ir-regola ġdida nsibu lit-tim Taljan, Ferrari, li din is-sena jidher li se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat, biż-żewġ sewwieqa għalihom ikunu Fernando Alonso u l-Finlandiż, Kimi Raikonnen, li se jkun qed jirritorna ma' Ferrari fejn qed jaspira li jerġa' jikseb suċċess ma' dan it-tim wara xi żmien nieqes mill- Formula 1. Is-sid ta' Caterham, Tony Fernandes, f 'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir ftit tal-jiem ilu saħaq li din il-bidla li daħlet fis-seħħ biex iżżomm lill-kampjonat ħaj kemm jista' jkun kienet xi ħaġa bla sens, biex taħbi problemi ikbar li qegħdin jikkaratterizzaw dan l-isport ferm popolari, bħalissa. Fost dawn il-problemi nsibu problemi finanzjarji li qegħdin jaffettwaw lil numru ta' sewwieqa, b'numru minnhom ikunu kostretti jtellqu mingħajr ma jitħallsu jew ikollhom iġibu sponsor biex jassiguraw posthom, waqt li t-timijiet tal-F1 qed jesperjenzaw żieda konsiderevoli fl-ispejjeż tagħhom. L-FIA affermat li kienet determinata li tassigura Kampjoant tal-F1 san, affordabbli u spettakolari għall-futur imbiegħed. F'laqgħa tal-Grupp ta' Strateġija tal-F1 li saret ftit tal- jiem ilu u li attenda għaliha Ecclestone u rappreżentanti ta' timijiet li jieħdu sehem fl-F1 u li kienet immexxija mill- President tal-FIA, Jean Todt, intlaħaq ftehim unanimu li dokumenti rigward tnaqqis fl-ispejjeż u kontroll fuq l-infieq għat-timijiet tal-F1 se jkunu ppreżentati f 'Ġunju tal-2014 biex jidħlu fis-seħħ f 'Jannar tal-2015. Miżura ta' kontroll fl-infieq li se tiġi mħabbra fl-2015 hija dik li t-timijiet ma jkollhomx bżonn li jiddiżinjaw is-sospensjoni u l-brejkijiet tagħhom biex ikunu kkunsidrati bħala kostrutturi. Tibdiliet f 'regoli oħra għall-2014 jinkludu li jiżdied il-piż minimu tal- karozzi, mingħajr ma jitqies il-fjuwil, b'kilogramma, biex jidħlu fis-seħħ tajers tad-ditta 'Pirelli' iktar tqal fil-piż. Fl-2015, il-piżijiet minimi se jiżdiedu b'10 kilogrammi oħra għal 701 kilogrammi – bidla li għall-inqas se tkun qed tagħti ftit nifs lil sewwieqa li huma itwal u għandhom iktar piż minn oħrajn li permezz tar-regola ġdida li tikkonċerna limitazzjonijiet fuq il-piż, matul din is-sena se jkollhom żvantaġġ mar-rivali li huma iqsar u iktar ħfief fil-piż tagħhom. Regola oħra ġdida li se tkun qed tidħol fis-seħħ matul din is-sena fil-F1 se tkun qed titlob lill-membri tat-tim fosthom it-tekniċi li jkunu jaħdmu fil-'pit lane' biex jilbsu 'helmets' matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni kif ukoll matul it-tellieqa waqt li l-istewards se jkunu issa jistgħu jimponu penalità ta' ħames sekondi li se jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ qabel ma jsir ix-xogħol fuq il-karozza waqt pit stop. Bosta segwaċi u esperti tal-Formula 1 ma jaqblux mar-regolamenti ġodda introdotti f 'dan l-isport Messi mhux għall-bejgħ... lanqas għas-somma ta' €250 miljun IKTAR kmieni matul din il-ġimgħa, il-President ta' Barċellona, Josep Maria Bartomeu, saħaq li l-fenomenu Arġentin ta' Barċellona, Lionel Messi, mhux għall-bejgh waqt li l-klabb Katalan qed jippjana li jiddiskuti kuntratt ġdid miegħu. Huwa rrapurtat li Messi li għad għandu biss 26 sena iżda li diġà rebaħ il-Ballun tad-Deheb erba' darbiet qed jattira l-interess tal-ġganti Franċiżi, Paris Saint-Germain, li fil- fatt offrewlu s–somma fenomenali ta' xejn inqas minn €250 miljun, li iżda Barċellona rrifjutaw. Messi qed jerġa' jkun determinanti għal Barċellona matul dan l-istaġun u fil- fatt huwa pprovda 36 assist f '20 logħba għalihom matul dan l-istaġun u Barċellona rebħu l-logħbiet f '16 –il logħba minn 20 li huwa kien involut fihom. F'intervista mal-istazzjon tar-radju Spanjol, RAC 1, li dehret fuq is-sit elettroniku uffiċjali ta' Barċellona, Bartimeu, qal li l-klabb Spanjol se jkun qed ipoġġi bilqiegħda ma' Messi u jinnegozja kuntratt ġdid miegħu. Huma se jkunu qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jassiguraw li huwa jkun l-iktar plejer imħallas fid-dinja. Matul l-istaġun li għadda, Messi skorja 60 gowl f '50 logħba iżda f 'dan l-istaġun għadu ma rnexxilux jilħaq din il-medja spettakolari ta' gowls. Sa issa huwa skorja 18–il gowl iżda 8 biss minn dawn il-gowls waslu fil-Liga Spanjola. L-aħħar gowl tiegħu fil-Kampjonat Spanjol kien f 'Settembru. Dan qabel ma Messi kien barra mill-azzjoni għal ħames ġimgħat sħaħ minħabba li kien qed isofri minn injury fil-'hamstring'. Il-kowċ ta' Barċellona, Gerardo Daniel Martino, li huwa mlaqqam bħala 'Tata', saħaq li Messi jista' jagħmel kollox u għalhekk il-fatt li jirnexxi f 'aspetti oħra fil- logħba tal-futbol ipatti għal meta ma jirnexxilux isib ix-xibka. Il-kowċ Arġentin ta' Barċellona kompla li xejn ma jissorprendih f 'dan il-plejer hekk kif huwa jikkontrolla l-logħba tajjeb, iqassam il-ballun tajjeb, jikkonkludi tajjeb, waqt li jippressa u jirbaħ il-blalen. Martino saħaq ukoll li Messi jirnexxilu jaqra 'passes' li ħafna nies ikunu jistgħu jaraw biss waqt li jkunu qed isegwu logħba minn fuq it-televixin jew fl- istands, mhux dawk li plejer normalment jara waqt li jkun fl-azzjoni fil-grawnd.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014