Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 29 SPORTSillum Ronald Cassar jirbaħ l-unur tal-Ġerrej tax- Xahar għal Diċembru ILKUNSILL tal-Malta Racing Club flimkien mar- Rappreżentanti tas-Sidien u l-Ġerrejja ħabbru li l-għażla tagħhom u tal-ġurnalisti tal-korsa għall-ġerrej tax- xahar għal Diċembru 2013, huwa Ronald Cassar. Ronald Cassar għandu 31 sena u joqgħod Ħal Tarxien. Beda jsuq fl-istaġun 2005 meta nhar l-24 t'April tal- istess sena kien spiċċa fit- tielet post fuq iż-żiemel Nick Turf u dik is-sena irnexxielu jirbaħ tliet tiġrijiet kollha bl- istess ziemel Speedy Trotting bl-ewwel rebħa miksuba tkun nhar it-2 t'Ottubru. Matul dawn id-disa' staġuni Ronald saq 89 darba u rebaħ 11 –il tiġrija u ħa 22 pjazzament. Izda bla dubju li s'issa l-istaġun li għadu kemm intemm kien l-aqwa wieħed għalih fejn mhux biss irnexxielu jirbaħ 4 tiġrijiet biz-ziemel Ohime Mag kollha fl-ogħla klassi izda matul ix-xahar ta' Diċembru rebaħ kemm is-semi finali kif ukoll il-finali tal-Prix de Vincennes u spiċċa fit-tielet post fil-V.O.B. Grand Final. Kien għalhekk li l-għazla tal-ġerrej tax-xahar ta' Diċembru waqat fuqu. Ta' min wieħed ukoll ifakkar il-ġest sabiħ li wettaq dan il-ġerrej flimkien ma sieħbu Michel Lautier li bħala sidien taż-żiemel Ohime Mag iddeċiedew li l-premju ta' €2,400 li rebħu waqt il-finali tal-Prix de Vincennes ituh donazzjoni lil Puttinu Cares. Il-premjazzjoni ta' tifkira tal-okkażjoni se ssir nhar il-Ħadd li ġej waqt il- programm ta' tiġrijiet mis- Sur Kenneth Vella f 'isem id-ditta Equine Supreme li huma l-isponsors ta' dan l-unur. It-tim tal-futsal ta' Valletta għadu jemmen fil-promozzjoni ITTIM tal-fustal ta' Valletta li ġie introdott ftit taż-żmien ilu wara li bosta partitarji ta' Valletta kienu ilhom jixtiequ li jiġi introdott dan it-tim, jinsab lejn nofs il-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni fil- futsal lokali. Fil-bidu ta' din is-sena ħa t-tmun tat-tim il-kowċ Xavier Saliba li kif nafu huwa wkoll il- captain tat-tim tal-futsal ta' Hiberians kif ukoll tat-tim nazzjonali. M'hemmx dubju li dan il-kowċ qed iħeġġeġ bis-sħiħ biex dan it-tim mill-kapitali jikseb il-promozzjoni għall- Kampjonat Premier fi tmiem l-istaġun. Valletta għamlu numru ta' akkwisti ġodda matul dan l-istaġun fosthom Robert Magro li jilgħab ukoll ma' Lija Athletic fl-'11 –a-side' fil-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni, Ilija Milivojsa, Alexander Fenech li niftakru wkoll li jiġi l-Viċi- President tat-tim tal- '11-a- side' ta' Valletta FC u li dan l-istaġun huwa l-14 –il staġun konsekuttiv tiegħu fil-futsal, kif ukoll Keiston Theuma li għadu ġdid fil-logħba tal- futsal. Tajjeb ngħidu li l-ewwel tlieta minn dawn il-plejers niftakruhom jilagħbu fl- ogħla diviżjoni tal-futsal mal-aqwa timijiet ta' dak iż-żmien fosthom Naxxar Motors, White Wagles u Luxol. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-kowċ ta' Valletta, Xavier Saliba, biex itina stampa aħjar tal-andament ta' dan it-tim kif ukoll x'inhuma l-aspirazzjonijiet għal dan l-istaġun. Il-kowċ ta' Valletta saħaq li "ma tantx ninsabu tajjeb bħalissa. Dan minħabba li bdejna ħażin. Sa issa lgħabna 9 logħbiet fejn irbaħna 4 u tlifna 5 imma issa għamilna xi akkwisti ġodda fosthom plejers ta' esperjenza li saħħew xi ftit l-iskwadra. Fil-fatt l-aħħar żewġ logħbiet irbaħnihom bl-iskors ta' 6-2 u 10-3 fejn f ' din l-aħħar logħba, lagħbu l-akkwisti kollha li għamilna. Issa rridu nittrenjaw flimkien biex niġu grupp wieħed u mhux individwi validi biss għax hekk xorta ma nirbħux. Għalija il-grupp jiġi l-ewwel u qabel kollox. Il-logħba li jmissna hija dik tal-lum kontra Santa Lucia fejn huwa importanti li niksbu rebħa oħra biex inkomplu nippruvaw nieħdu ċ-ċans tagħna għat-tliet postijiet tal-promozzjoni, għalkemm nafu li din hija xi ħaġa kemmxejn iebsa meta wieħed jikkunsidra l- mod kif bdejna imma xorta nemmnu li nistgħu nagħmluha. Sakemm il-matematika tippermetti, aħna nibqgħu nemmnu!" Ronald Cassar rebaħ 11 -il tiġrija l-karriera tiegħu TopSpin Table Tennis Academy – il-futur tat-table tennis f 'Malta ta' min wieħed isemmi li l-Head Coach tal-akkademja huwa l-uniku plejer Malti sa issa, li bejn is-snin 2005 u 2006 huwa rebaħ it-tmien tournaments li l-Assoċjazzjoni Maltija ta' dan l-isport kienet organizzat. Dan il-ġurnal tkellem ma' Baldacchino u staqsih fuq l-aktar logħba interessanti li żgur qatt mhu se jinsa. Huwa rrakonta meta fl-2004 ġewwa Doha fil-Qatar, waqt il-Kampjonati Mondjali, rebaħ il-logħba kruċjali li permezz tagħha ta r-rebħa lil Malta kontra Ċipru. Baldacchino sostna li huma dawn il-mumenti l-aktar li jibqa' jiftakar - il-mumenti meta jirrapreżenta lil pajjiżu u jġib riżultati pożittivi. Ftit tax- xhur ilu, Edward Baldacchino, flimkien ma' Alex Soler attendew għal seminar ġewwa Setubal, fil-Portugall. Hemmhekk, huma ingħataw ċertifikat siewi ħafna, fejn anki jistgħu jgħallmu dan l-isport lill-persuni li għandhom xi diżabiltà. Plejer ieħor li żgur m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni fit-table tennis f 'Malta hu ż-żagħżugħ tant prominent, Daniel Bajada. Barra li hu ċ-champion preżenti f 'pajjiżna, fl-età ta' 17-il sena, Bajada kien diġà sar l-iżgħar pleyer li qatt rebaħ dan l-unur. Dan l-istess plejer kellu wkoll l-opportunità sabiħa li jilgħab fil-kampjonat nazzjonali Taljan u f 'diversi Kampjonati Mondjali barra min xtutna. Huwa ġie vvutat bħala l-Atleta Żagħżugħ tas-Sena fl-2011 mill-Kumitat Olimpiku Malti. Fis-sajf li għadda, TopSpin Table Tennis Academy, organizzat l-Iskola Sajf tagħha. Fiha, l-akkademja ġabet lill-kowċ mill-Polonja, Milosz Przybylik. L-istess Przybylik jilgħab fl-ogħla diviżjoni tat-table tennis fil-Ġermanja, fil-Bundesliga, li huwa wieħed mill-aktar kampjonati segwiti fid-dinja. Din ma kinitx l-ewwel żjara ta' Przybylik ġewwa pajjiżna, fejn fix-xahrejn li huwa qatta' fl-akkademja huwa ħadem u għen bis-sħiħ lill-istudenti biex jimxu 'l quddiem fl- isport. Minħabba ċ-ċokon u l-limitazzjonijiet li għandna bħala pajjiż, l-akkademja temmen li permezz ta' kowċis barranin li jingiebu f 'pajjiżna, l-istudenti tagħha għandhom vantaġġ fuq il-bqija. L-Iskola Sajf kellha wkoll il-parteċipazzjoni ta' Mateusz Kaszuba, plejer ieħor mill-Polonja. Opportunitajiet oħra għall- istudenti huma r-ranking tournaments li jiġu organizzati matul is-sena, kemm mill- akkademja stess, kif ukoll mill- Assoċjazzjoni Maltija tat-table tennis. Ta' min wieħed isemmi li nhar is-Sibt 22 ta' Frar, se jiġi organizzat tournament fil-kumpless tal-iskola Santa Monika, ġewwa Birkirkara. F'dan it-tournament, l-istudenti li jipparteċipaw se jiġu mqassma fi tliet kategoriji differenti skond il-livell ta' logħob li jkunu laħqu. Wara li jintemm il-logħob, kull student jingħata punti għas- sistema tar-ranking għal kull tip ta' kategorija. L-istess sistema tiġi użata waqt it-taħriġ, fejn l-istudenti jiġu mqassma fil-klassi skond il-livell tagħhom. TopSpin Table Tennis Academy toffri taħriġ lil studenti li għadhom fil-bidu tagħhom, li għandhom livell intermedju u lil studenti li laħqu livell avvanzat. L-età tal-istudenti tvarja wkoll, l-izgħar wieħed għad għandu biss ħames snin, bl-ikbar wieħed viċin it-30 sena. F'kelma oħra, it-table tennis huwa sport għal kull età. Barra mill-kumpless li jintuża ġewwa l-kulleġġ ta' Santa Monika, l-akkademja toffri t-taħriġ f 'kumpless ieħor ġewwa l-Belt Valletta. L-iskop ta' dawn il-postijiet huwa li jintlaħqu minn kulħadd, anki għal min juża s-servizz tat- trasport pubbliku. Parteċipazzjoni qawwija minn tfal u żgħażagħ -akkademja tat-table tennis - Topspin