Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 33 SPORTSillum Studenti tal-Kung Fu jiggradwaw b'suċċess ILMALTA Self-Defence Academy kellha bidu tajjeb għas-sena 2014 wara li numru ta' studenti, li bħalissa qed jipprattikaw l-istil ta' Mon Lung ('Dragon style') Kung fu ħadu sehem fl-eżamijiet għall- promozzjoni f 'dan l-istil. Dawn l-eżamijiet tmexxew mis-Sifu Mark Spiteri li studja b'reqqa lill-istudenti tiegħu fil-preżenza tal-membri kollha tal-klabb li bħalissa qed jattendu l-klassijiet varji offruti minn din l-iskola. Dawn l-istudenti wrew b'suċċess movimenti differenti li jvarjaw minn kicks, punches u blocks, movimenti koreografati (imsejħa forms jew taolu) u firxa ta' tekniċi ta' Awto-Difiża (Self-Defence) Aktar tard saret preżentazzjoni formali fejn l-istudenti ġew ippreżentati b'Ċertifikati ta' Suċċess u ċ-ċintorin tagħhom. Sifu Mark kellu kliem ta' tifħir għall-istudenti kollha tiegħu li tħarrġu b'dedikazzjoni kbira fix-xhur ta' qabel fit-tħejjija għal dawn l-eżamijiet. L-istudenti li rċevew Ċintorin kienu: Ċintorin Isfar (Yellow Sash)- Kate Agius , Rosalind Agius , Peter Tonna , Rowena Agius , Leon Isqof , Eden Lo Presti Ċintorin Oranġjo (Orange Sash) - Denzil Sciberras , Shari-Marja Azzopardi B'bidu modest, tmien snin ilu, il-Malta Self-Defence Academy irnexxielha b'suċċess tespandi l-klassijiet tagħha matul is-snin. Il- lezzjonijiet fis-Self-Defence kienu bdew fis-sena 2005 però fil-preżent din l-iskola espandiet l-operazzjoni tagħha billi toffri wkoll 2 lezzjonijiet fil-ġimgħa fl-arti marzjali tradizzjonali Ċiniża tal- Kung Fu. Din l-Arti Marzjali tagħti opportunità lill-prattikanti biex mhux biss iħarrġu n-naħa esterna tagħhom, iżda wkoll li jiffokaw it-taħriġ fuq il- parti interna tal-gisem (li fid-dinja tal-lum kultant ninsewha), u b'hekk wieħed ikollu esperjenza bilanċjata u ħolistika fit-taħriġ tiegħu . L-Akkademja issa qed tilqa' l-istudenti l-ġodda li jixtiequ jingħaqdu fil-klassijiet 'Beginners' tagħha . Kull min huwa interessat li jibda jista' jċempel fuq 99841134 jew jibgħat imejl fuq info@ maltaselfdefenceacademy. com. Wieħed jista' jżur ukoll il-websajt www. maltaselfdefenceacademy. com jew il-paġna ta' facebook www.facebook.com/ selfdefencemalta. L-istudenti li ggradwaw -eżamijiet tal-Kung-Fu Renea Phelps tirbaħ l-unur tal- You Shop We Ship Player tax-Xahar tan-nisa għal Diċembru 2013 LUNUR tal-You Shop We Ship Player tax-xahar tan-nisa għax-xahar ta' Diċembru ntrebaħ mill- plejer Amerikana ta' Starlites Naxxar BC Renea Phelps. Minbarra li kien l-ewwel unur ta' Phelps f 'pajjiżna, din kienet ukoll l-ewwel darba li plejer ta' Starlites rebħet dan l-unur. Matul ix-xahar ta' Diċembru, Starlites komplew bil-wirjiet pożittivi tagħhom fejn komplew ikunu għadma iebsa għal kull avversarju. Phelps ikkontribwiet għal dawn ir-riżultati meta skorjat 60 punt u spiċċat bħala t-tieni l-aħjar skorer femmili għal Novembru. Crystal Woodley bħalissa għandha medja ta 3.30 steal kull logħba u 2.40 assists. Hija wkoll it-tieni l-aħjar rebounder tal-istaġun b'medja ta' 13.40 rebounds kull partita. L-unur ġie ppreżentat mis-Sur Martin Ferry f 'isem You Shop We Ship. Martin Ferry jippreżenta l-unur lil Renea Phelps Regoli ġodda għall- Judo Internazzjonali GĦALKEMM għadna fl- ewwel ġimgħat tas-sena 2014, diġà seħħew ħafna affarijiet fid-dinja tal-Judo, kemm internazzjonalment kif ukoll lokalment. Lamberto Raffi, atleta Taljan u kowċ sinonimu mal-qawwa, teknika, u l-esperjenza fid- dinja tal-arti marzjali, mexxa kamp ta' taħriġ għall-Judoka Espoirs, Kadetti, Junior u Senior fil-kwartieri tal-Judo Malti f 'Pembroke. Raffi żamm sessjonijiet ta' kuljum għal ġimgħa flimkien ma kowċis oħra, inkluż id-Direttur tal- Isport Alex Bezzina. Matul dan il-kamp Raffi spjega tattiċi tal-kompetizzjoni, kemm fit-tekniki ta' bil-wieqfa u kemm ta' mal-art. Raffi kien ukoll akkumpanjata miż-żewġ uliedu, William u Daniel Raffi, li huma wkoll Judoka. Apparti milli rebħu diversi tournaments tal-Judo, William riċentement rebaħ it-titolu Nazzjonali kadetti fil-lotta freestyle. Waqt dan it-training camp attendew ħafna atleti u kien diffiċli għall- coaches biex imexxu l-kamp ta' taħriġ minħabba ż-żona ta' tapit żgħira. Sadanittant, id-direttur sportiv Alex Bezzina, ftit tal-ġimgħat ilu, attenda seminar ta' jumejn f 'Malaga organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo (IJF) u l-Unjoni Ewropea tal-Judo (EJU) fejn ġew diskussi r-regoli ġodda li ser jiġu infurzati din is-sena. B'dawn ir-regoli l-ġodda, l-IJF qed tinforza aktar dixxiplina fost il-Judoka, tipprova tagħti aktar fluwidità fil-loghba u tiddefinixxi aħjar l-kriterji għal IPPON (punteġġ totali) u Shidos (penali). Alex Bezzina ta diversi interventi interessanti waqt dan is- seminar. Bħala preparazzjoni għall- 'Malta Open', Maestro Alfredo Monti, 7 Dan u eks Kowċ tat-Tim Nazzjonali Taljan femminili, se jmexxi 'training camp' għat-tim nazzjonali u l-kowċis Maltin. Fil-ġimgħat li ġejjin, xi membri tal-kadetti tim nazzjonali, Gabriel Debono (60kgs), Cormack Spiteri (66kgs), Alessio Muscat (73kgs) u Francesco Aufieri (81kgs) se jivvjaġġaw sa Udine biex jikkompetu fid-29 edizzjoni tat-Trofeo Internazionale Alpe Adria. Alex Bezzina waqt is-Seminar tar-Referees tal-Judo organizzat mill-IJF

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014