Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 35 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Timmira li tikser ir-rekord nazzjonali tat-triple jump Twieldet l-25 ta' Ġunju 1991 f'Tal-Pietà Tispeċjalizza l-qbiż orizzontali, long jump u triple jump, fejn tippreferi aktar it-triple jump għaliex tħossha aktar komda ha Fl-2006 esperjenzat l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali -atletika, il-'World Island Games' fejn kienet ħadet sehem l-long jump u r-relay tal- 4x100m F'Mejju li għadda rebħet il-midalja tal- dda t-triple jump l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar l-Lussemburgu Fit-30 ta' Novembru 2013, ġiet ippremjata b'Silver Award mill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) waqt is-serata tal-'MOC Sports Awards' bħala rikonoxximent tal-akkwisti tagħha f'dan l-istaġun. Rebecca Sarè li tkun fuq il-podju u tara l-bandiera Maltija. Ikkompetejt ukoll fis-Slovakkja fil-kampjonati reġjonali tal-Ewropa. X'kienet l-esperjenza tiegħek hemmhekk? Fis-Slovakkja bħala tim Malti ikkompetejna f 'isem il-Malta Amateur Athletic Association fil-kampjonati reġjonali tal-Ewropa fit-tielet kampjonat. F'din il-kompetizzjoni rreġistrajt qabża ta' 11.88 metru u klassifikajt fil-ħames post minn 15 –il atleta. Kienet kompetizzjoni ferm interessanti, fejn kont qed nikkompeti saħansitra kontra finalist tal-Olimpjadi tal-2012, Dana Veldakova. Ħadt sehem ukoll fil-Logħob Dinji tal-Universitajiet iktar magħrufa bħala l-Universiade. Il-kummenti tiegħek. L-aħħar iżda żgur li mhux l-inqas, kienu l-logħob Dinji tal-Universitajiet. Din kienet l-aktar kompetizzjoni ta' livell għoli li qatt ħadt sehem fiha s'issa matul il-karriera sportiva tiegħi. Kienet sorpriża ferm sabiħa meta ġejt magħżula mill-MUSC biex inġorr il-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ. Nista' ngħid li dan kien mument impekkabbli u kien ta' unur kbir għalija personali li nkun jien li nġorr il-bandiera ta' Malta fl-arena quddiem udjenza ta' 45,000 ruħ. F'din il-kompetizzjoni ħadt sehem kemm fit-'Triple Jump' kif ukoll fil-'Long Jump'. Għalkemm matul l-istaġun ma kontx qiegħda nipprattika l-'Long Jump', iddeċidejt li nipparteċipa xorta f 'din l-'event' biex b'hekk nidħol fl-atmosfera tal-kompetizzjoni u nkun kunfidenti aktar dakinhar li nagħmel it-'Triple Jump'. Ikolli ngħid li swietni tajjeb għaliex imlietni b'aktar determinazzjoni għat-'Triple Jump' li kienet se ssir jumejn wara. Waqt it-'Triple Jump' kelli naqbeż mill- board tal-11–il metru. Dan kien ifisser żewġ metri aktar mid-distanza li kont imdorrija naqbeż minnha. Madankollu xorta rnexxieli naqbeż it-12–il metru biex b'hekk irreġistrajt qabża ta' 12.01 metru. Nammetti li ħassejtni ftit jew wisq diżappuntata għaliex it-tir tiegħi kien ir-rekord nazzjonali li bħalissa huwa dak ta' 12.24 metru, stabbilit minn Lara Gerada – sa ftit tas-snin ilu kont nitħarreġ taħt il-gwida ta' Lara Gerada, u nqisha bħala l-idolu tiegħi f 'dan l-isport. F'din il-kompetizzjoni, il-kowċis personali tagħna ma setgħux ikunu preżenti magħna u hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil Andy Grech (li huwa wkoll ir-record holder tat-'Triple Jump' tal-irġiel) tal-irwol tiegħu bħala kowċ f 'din il-kompetizzjoni, u tal-għajnuna u l-pariri li tani. L-Universiade għalqet l-istaġun tiegħi tal-2013. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika? Naturalment dan l-istaġun imlieni b'aktar motivazzjoni u determinazzjoni għall-istaġuni li ġejjin. Il-mira tiegħi dan l-istaġun hija li nilħaq ir-rekord nazzjonali li bħalissa jidher li qiegħed ftit ċentimetri 'l bogħod, nistennew u naraw! Madankollu, l-aktar ħaġa importanti għalija hija li nipperfezzjona t-teknika meħtieġa għat-'Triple Jump' biex b'hekk jirnexxili niftaħ aktar bibien għall-esperjenzi ġodda kemm fix-xena lokali u anki dik internazzjonali tal- atletika u forsi għaliex le, aktar medalji fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Nista' nobsor li tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti għal dan is-suċċess kollu li ksibt fil-karriera tiegħek sa issa fl-atletika speċjalment matul dan l-aħħar staġun… Qabel ma nagħlaq ma nistax ma nirringrazzjax lill-familja tiegħi tas- sapport kontinwu tagħhom, minkejja li konna għaddejjin minn mument diffiċli ħafna dawn kienu hemm bla waqfien! Nirringrazzja wkoll lil sħabi u lill- għarus tiegħi ta' kemm jieħdu paċenzja bija u tas-sapport kontinwu tagħhom. Lill-Kumitat Olimpiku Malti tal- appoġġ u l-għajnuna medika kif ukoll dik finanzjarja li jipprovdulna bħala atleti nazzjonali meta nieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet barra minn xtutna, u fl-aħħar u mhux l-inqas lill-kowċ tiegħi Jivko Jetchev talli wassalni sa dan il-punt fil-karriera sportiva tiegħi , kif ukoll grazzi kbira lill-atleti l-oħrajn li nitħarreġ magħhom tas-sapport kontinwu s-sena kollha. Naspira li nkompli naħdem aktar, ħalli jirnexxili nesperjenza aktar logħob, kampjonati, u esperjenzi fix–xena internazzjonali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014