Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
12 illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 WARA l-istejjer kollha tal-waħx li ntqalu dwar x'se tagħmlilna l-Ewropa jaħasra… wara dak it-tisbit kollu u r-ragħwa ħiereġ minn ħalq Vivian il-bjonda mgħobbija bis-snin (62 b'kollox)… wara dawk it-tradimenti kollha minn ħutna l-Maltin… din is- saga ħadet żvolta li tidher li se twassalna lejn waħda minn dawk il-ħrejjef li jispiċċaw bil-famuża 'and they lived happily ever after!' F'daqqa waħda dawk li tgħidx kemm qalu li "the Opposition will not budge on the principle that citizenship is not for sale", dawk li kienu lesti jċarċru demmhom għal din in- naqra gżira b'poplu Malti pur, dawk li flok wiċċhom fil-facebook poġġew bandiera mogħtija lilna mill- barrani, raw id-dawl; Din il-prostituzzjoni ta' pajjiżna inbidlet f 'investiment bżonnjuż. Anzi issa Simone sar is-salvatur, imnalla kien hu li Malta saret l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li għandha l-permess tinvesti fiċ- ċittadinanza. Nispera li Ġowżef jgħidlu grazzi lil Simone li se jibqa' msemmi kemm hu kapaċi jdur mar- rawndebawts. Għalkemm l-aħħar wieħed li qallu grazzi malajr poġġewlu sarima ma' ħalqu (Plumpton jaf għal min qed nirreferi). Dan il-plejtu kollu qam minħabba sitt xhur. Imma kif ma fehmuhx lil Simone jaħasra. Dak kulma ried, li ċ-ċittadinanza tingħata wara sena flok wara sitt xhur. U mela issa dawk iċ-ċiniżi, dawk tal-mafja Russa u nsomma dawk li tant beżżawna bihom jistgħu jiġu jinvestu flushom u jsiru Maltin (dak li ried Simone ħbieb!). Dawk kollha li tefgħu dik il-bandiera ħamra u bajda fuq il-fejsbuk u ħassewhom tant patrijotti, issa jerġgħu jpoġġu wiċċhom (jekk baqgħalhom wiċċ) għax issa GAME OVER LILLLYYYY. L-M&M u s-servizz sigriet Niġu għall-oħra, għax issa l-ġurnalisti indipendenti jidhru li qed jinketaw kif se nkunu nafu li dawn ħutna l-Maltin sinjuri qed jgħixu Malta? Imma intom ċwieċ, faċli kollegi tiegħi… mela ma tafux li issa għandna servizz sigriet? Ħarsu lejn ir-ritratt ta' Manwel u t-tromba tiegħu… hekk se jnemmsilhom u jsibhom. L-aktar jekk dawk ħutna l-ġodda jkunu mdawrin b'xi erba' Russi jkunx jaf Manwel li qed jgħixu hawn, bi tromba bħal dik. Barra hekk hu espert li meta jkun fuq ix-xogħol tas-servizzi sigrieti ma jinqabadx. Mhux bħalma ġralu fil-parlament meta tant kien moħbi sew li lanqas laħqu raddew is- salib fil-kamra tal-PN li ma qabduhx jissemma. Isma minni sieħbi Manwel, l-ikel tih lil min jaf jieklu (mhux għax int ma tafx tiekol ta' għax Alla jbierkek) imma ma tantx toqgħodlok ta' James Bond. Aħjar tmur tieħu ħsieb il-Eurovision fl-Ukraina ma' sħabek Silvio u Anton, u ħu ħsieb li ma tersaqx lejn il-pjazza għax fit-toroq tal- madwar hemm iżjed x'tara bit-tromba. Tiġdid PN Mela n-nimrod tiegħi tar fuq il-kafetterija/bingo house/teatru f 'tal-Pietà fejn lemaħ għasfur Għawdxi jdur fit-tieni sular iżda dan ħarab jiġri kif raha n-Nimrod drone tiegħi. Naħseb li għaraftek ganga ta… imma ma lħaqtx ġbidt ir-ritratt għax dik li tipprova tikkupjani u ma turix wiċċek iddejjaqni ftit ta. Imma nsomma, hemm ilmaħt partit ġdid, partit miftuħ għal kull opinjoni (eżempju Plumpton). Partit ġdid mimli delegati li jekk għandek sittin sena tkun meqjus żagħżugħ. Partit ġdid li skont il-kap ġdid tiegħu jemmen li għandhom xorti li jistgħu jduru kollha fuq il-komodina (dik li fit- tellieqa bejn erba' ħitan għal kap kienet il-kommodina tiegħu). Sieħbi Manwel tal-ONE naħseb ma jafx jaqra sew għax flok TIĠDID PN qal li hu DIŻGWID PN. Kos, tgħid jekk jitkeċċa Plumpton ikollu ċans Jean Claude? Justyne: il-helikopter tal-plastik, iż-żeffiena u l-kaċċaturi Mela Justyne jidher li l-esperjenza tal-waħx li kellha fuq il-ħelikopter tal- plastik nebbħitha biex saret taf li fuq dan il-ħelikopter (barra l-pazjenti Għawdxin li jmorru għat-testijiet f 'Malta) jirkbu wkoll il-kaċċaturi u ż-żeffiena. Tgħid għal min kienet qed tirreferi għaż- żeffiena, għax l-orizzont ġabet lista sħiħa ta' min kien jużah dan l-imbierek ħelikopter. Tgħid Katey u Wenzinu? Ifhimni meta kienu għadhom jinnamraw kien żmien John Travolta u Olivia Newton John!!! Kris il-ganga żgur ma jiżfinx għalkemm smajt li jħobb iżeffen ħafna kollegi Għawdxin fuq l-għasfur tan-nazzjon. Dwar il-kaċċatur ma nafx hux qed tirreferi għal Gordon Pisani …imma dak nafu aktar bħala nassab jien… jonsob lil dawk li ma tantx kienu jaqblu ma' Wenzinu. Taf x'ma kinitx taf Justyne? li Toni tal- arloġġi kien ukoll rikbu l-ħelikopter… tgħid ħaseb In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL James Bond inemmes lir-russi li ġejjin jinvestu