Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 13 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek Kenneth tagħna Min hu Kenneth Mifsud Bonnici? Eħħ dan hu avukat li jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea, u mistagħġeb kemm iħobb il-gvern preżenti ta' Malta. Hekk sew, l-ewwel rispett għandu jinżamm għall-Kummissjoni Ewropea, dawk il-qabda psataż li għażlu li jaqbdu ma' Malta iżda mhux ma pajjiżi oħra li wkoll għandhom skema taċ-ċittadinanza. Il-Pierinu Jekk ma tafux lil Kenneth Mifsud Bonnici, mela żgur tafu lil Pierinu Portelli li kien ma' Metsola. Pierinu mistagħġeb kemm ħa pjaċir bl-isforżi tas-servizzi legali tal-Kummissjoni u mistagħġeb kemm deher eċċitat hekk kif sema' 'what a hard time' kienu qed jagħtu lil Malta. Lil Metsola ngħidulha taf tagħżilhom l-irġiel b'sormhom kbir. Il-coconut jagħlaq żmienu Dak il-kbir o kbir, mhux fit-tul iżda fid-daqs, is-sinjur Farrugia mhux se jkun xogħol illum għax għalaq żmienu. Ikollna ngħidu li l-kejk tal-anniversarju tiegħu ser ikun fil-forma li ma nistgħux nsemmu f 'din il-kolonna. Forma li tirrappreżenta kif inbiddlet ħajtu minn mindu spiċċa il-loudspeaker tal-Prim. Il-Gulia Kemm ħa għaliħ Gavino Gulia għax kxift li kont miegħu s-Slovakia. Ma nafx għalfejn, dan kollu għax ippruvaw iwaqqgħuh għaż-żuffjett quddiem il-bord tal-MTA. U dan wara li l-bord ħareġ bi ħġaru wara Formosa Gauci. Jiena nsostni li mhux veru li jrid il-post ta' Formosa Gauci. Għarukaża. Gavino dejjem kuntent b' li għandu. Sandrinu ż-żattat Kemm għamel pressjoni Sandrino Chetcuti, El Presidente ta' dik l-għaqda ta' dawk li, skużi l-espressjoni, ifottu lil Malta u ġabuha qisha landa taż-żibel. Għax dan Sandrinu bħal ma nafu għandu kamra fil-kwartieri tal-Partit Laburisti, biex iħossu importanti. Bejnietna, jekk qabel kien hemm Manwel Cuschieri jiġbor il-flus, issa għandha lil Sandrinu ż-żatat. Iva ħija! Ikolli ngħid nippreferi lil Cuschieri, tal-anqas iħobb il-partit mhux bħal Sandro, li l-ewwel li jħobb hu lilu nnifsu. Klingrasshopper Dak il-kap tal-MIA, dak l-Awstrijakk, li ismu jinstema qishu KLINGGRASSHOPPER mistagħġeb x'ħasla tawh minn Kastilja wara li nkixef iċ-Ċiniż. Smajt konverżazzjoni li kellu dan il-madoffi ta' KLINGGRASSHOPPER ma' wieħed mill-istaff tiegħu: "Austin, woz iż żappening. DONZ u know that IN MAIZ KUNTry we alzo àve Zitzenship." Qisu Farfett Mela kont għaddej minn grawnd tal-futbol u ostrich rajt lil Stefan Buontempo jaqbeż u jogħla qishu farfett mat-tfal. "I catch it the ball," qalilhom. U t-tfal mistagħġba kemm għajtu u qabżu. Jiena lil Stefan inħobbu daqs kemm inħobb lil Cyrus… u ma nafx għalfejn inħobbhom it-tnejn. Jitkaża Jiena smajt, u ma naħsibx li qed nisma' ħażin, li Davide Casa qed jinkwieta li ser jimmissja l-ħajja mgħaġġla u storbjuża ta' Brussell. Madoffi qabditu ferneżija u lill-ħabib tiegħu qallu: "Uffa, jekk ma nitlax ma nkunx nista nieħu pjaċir bħal ma nieħu pjaċir bħalissa." U l-ħabib tiegħu rrisponda: "But David, I can always come down to visit you in Malta." U Davide rrispondih: "Ma tarax, what do you think I am?" li qed jilagħbu l-Arsenal fil- Gozo Stadium? Wasal il-Karnival Il-karnival viċin ħbieb! Balleċ tal-lejber qed jiftaħru u jippuppaw sidirhom quddiem il-kameras li fl-aħħar il-karnival se jirritorna fi Pjazza San Ġorġ. Ejjew oqogħdu ħa! ilu tant il-karnival isir fi Pjazza San Ġorġ b'wirjiet karnivaleski tliet ijiem fil-ġimgħa. Ħabbrulna wkoll li se nibdew nassistu għal karrijiet bil-karattri karnivaleski tal- personalitajiet politiċi. Ifhimni din l-isfilata ssir kull sena meta jiftaħ il-parlament mingħalija jien. Xejn ġdid ħi! Sabiħ kieku tlibbishom l-kostumi? Ma nafx imma nista nimmaġina lil Justyne u Kirsty jimpikaw min hu l-aktar sexy… żgur li m'għandhomx għalfejn kostum għax jilbsu kostum kuljum meta jidhru fuq it-TV. U Ġowżef ta' xiex se jilbes tgħid…tal-perit Mintoff? U ħdejh bħas-soltu jkun hemm Louis Grech libes ta' vażun biex isebbaħ l-ambjent. Simone naħseb jilbes ta' xufier tal-arriva li tieħdok dritt fil-ħajt, David Agius ta' Photocopier, Konrad Mizzi ta' pupazz Made in China, Marlene Mizzi bil-mowbajl tiġbed l-istessu, Kasetta bħala party animal fil-gentleman's club, Jason Micallef ta' La Vallette (jekk jaf min hu) bil-pjanta ta' strada stretta, filwaqt li Ray Azzopardi diġa żanżnu l-kostum għax beda jaħdem bħala butler tar-re tal- Belġju (araw ir-ritratt). Jien xtaqt nidħol magħhom iżda għadhom mhux ċerti ma' liema naħa jagħmluni. U iva, nilbes ta' pinnur. X'taħsbu? indur skont fejn jonfoħ ir- riħ. TATA Ray Azzopardi, il-butler tar-re tal-Belġju Justyne u Kirsty jiddiskutu ċ-ċittadinanza fil-Karnival Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ …