Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
14 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 I l-Kummissarju l-ġdid Peter Paul Zammit li nħatar f 'April tas-sena l-oħra mill-Prim Ministru Joseph Muscat, huwa mimli ħeġġa, sabiex skont hu, jagħmel il-bidliet tant meħtieġa fil-Korp tal-Pulizija. Zammit ingħaqad mal-Korp tal-Pulizija fl-1984 bħala Spettur u kien promoss għal grad ta' Supretendent dsatax-il sena wara. Bejn l-1997 u s-sena 2000 hu studja Baċellerat fil-Liġi u Studji Umanistiċi, kif ukoll il-kors ta' Diploma ta' Prokuratur Legali fl- Università ta' Malta. Minkejja li kontra qalbu, Zammit irtira mill-Korp tal-Pulizija fl-2009, wara 25 sena servizz. Matul dawn is-snin, huwa serva f 'numru ta' għases tal-Pulizija mferrxa mal- pajjiż, kif ukoll fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, fil-Laboratorju Forensiku u fl- Uffiċċju Legali tal-Korp. Il-Kummissarju Zammit qal li qed jagħmel li jista' sabiex iqajjem l-esprit de corps fi ħdan il-Korp tal- Pulizija. Hu qal li ħadem bis-sħiħ sabiex itejjeb ir-relazzjoni tal-Korp mal-mezzi tax-xandir. "Ħriġt idejja għall-mezzi tax-xandir. Filfatt, f 'dawn l-aħħar xhur għamilt numru sew ta' intervisti." Importanti li naraw mhux sempliċiment kemm ressaqna nies il-Qorti, sostna Zammit, imma kemm il-pulizija frankat problemi u fuq kollox kemm għenet persuni. "Ix-xogħol tal-pulizija huwa varjat ħafna. Minn xogħol ta' mekkanik għal dak ta' mastrudaxxa. Min jagħti fjuwil lill-karozza u min isuq il-karozza. Min jgħin lin-nies u ovvjament nibqgħu sejrin sax- xogħol tal-Qorti." Il-Kummissarju semma kif għall- ewwel darba, il-Korp tal-Pulizija fetaħ paġna fuq Facebook, fejn qed jintwerew diversi aspetti tal-Korp. "Qed ngħaddu messaġġi importanti ħafna, fost oħrajn dwar l-effetti tax-xorb eċċessiv u t-texting waqt is-sewqan." Il-Kummissarju qal li sal-aħħar ta' dan ix-xahar qed jistenna li l-parti residenzjali tal-Akkademja tal-Pulizija tkun lesta. Għal nofs Frar irid jibda d-dħul ġdid fil-livell ta' kuntistabbli u spetturi fil-Korp, sostna Zammit. Iżda fil-Korp mhux kollox ward u żahar. L-iktar ħaġa li kienet u għadha ddejqu fil-Korp tal-Pulizija hija l-politika. "Jiena nemmen li l-politika m'għandhiex tkun parti mill-Korp tal-Pulizija. Għaliex li l-pulizija jimxi ma' xi ħadd b'xi forma ta' diskriminazzjoni, anke dik politika, dan huwa ksur ta' liġi. Aħseb u ara kieku internament bejnietna nimxu b'din id-diskriminazzjoni. Dan hu delitt kriminali." Zammit spjega kif il-fehma legali dwar il-mibegħda razzjali, huwa ħafna iktar miftuħ milli sempliċiment razza. Dan jinkludi, l-fehmiet politiċi u reliġjużi tal- individwu. Hu tenna kemm huwa importanti ħafna, li l-politika tinżamm 'il bogħod kemm jista' jkun mill-Korp tal-Pulizija. Peter Paul Zammit qal li wara li ħadem fil-qasam tal-mediċina u l-maniġment xtaq jidħol fil-Korp. Meta ġie f 'idejh il-Police and Criminal Evidence Act tal-1984 hu nduna kemm il-Korp Malti kellu nuqqasijiet kbar. Hu qal li beda ġlieda interna fil-Korp sabiex il- Pulizija jibdew imorru l-Università. "Jiena gradwajt fis-sena 2000 u litteralment mill-għada ntbagħat fil-Prosecution Unit tal- Pulizija. Fi żmien qasir gradwaw tlettax-il avukat fil-Korp. Iżda sfortunatament, ma nafx għal liema raġuni, dawn ma ngħatawx kariga ta' dan it-tip fil-Korp. Ma riedux li jimxi 'l quddiem dan il-pjan ta' Prosecution Unit serja, billi jkollok prosekuzzjoni mmexxijja min-nies gradwati. Ovvjament, dawn il- pulizija gradwati bdew jitilqu." Semma kif hu kien pjunier biex jikkoordina laqgħat tal- Commonwealth mal-Ġnus Magħquda u kif ukoll wettaq ħidma intensiva meta Malta daħlet fl- Unjoni Ewropea. "Kien hemm numru ta' nuqqasijiet fis-sistema legali tagħna, speċjalment fid-dritt għall- avukat. Bdejna naqilgħu ħafna ċamati mill-Unjoni Ewropea f 'dan ir-rigward. Dak kollu li kellu jsir, fl-aħħar tmien snin baqa' ma sarx. Allura jien iddeċidejt li nkun iktar komdu naħdem barra mill-Korp. Rajt illi minn ġewwa ma stajtx immexxi iżjed fuq dawn iż-żewġ direzzjonijiet: Prosecution Unit kif suppost u d-dritt għall-avukat." Dwar l-investigazzjoni marbuta mal-iskandlu taż–żejt u d-dikjarazzjonijiet li ħarġu dan l-aħħar fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, PAC, dwar ix-Xiri taż-Żejt, il-Kummissarju qal li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ġodda iżda mistennija. Hu qal li l-isfortuna tal- investigazzjoni oriġinali, hi li kienet kemxejn mgħaġġla f 'diversi aspetti u ma kelliex iċ–ċans li tidħol fl-irqaqat. "Issa l-PAC qiegħed jagħmel dan b'aktar intellett u studju. Dan wara li diversi persuni jkunu raw dokumentazzjonijiet varji. Għalkemm fl-investigazzjoni oriġinali kien hemm ħames persuni jmexxu, l-ispeċjalizzazzjoni neċessarja tagħhom ma kenitx waħda speċifika għal dak ix- xogħol." Hu fisser kif per eżempju ċerta xogħol għaddih lil min hu espert u speċjalizzat fis-servizzi bankarji. Il-Kummissarju Zammit kien mistoqsi wkoll dwar l-investigazzjoni li tmexxiet mill-Aġenzija Ewropea ta' Kontra l-Frodi, l-OLAF, u Giovanni Kessler fuq il-każ li wassal għar-riżenja ta' John Dalli minn Kummissarju Ewropew. Hu sostna li l-mod ta' kif saret din l-investigazzjoni, ma saritx bil-għanijiet ta' ġbir ta' prova f 'dak li hu meqjus l-iktar kamp diffiċli, il-kamp kriminali. Fil- qasam kriminali, kompla, jeħtieġ li jkollok il-beyond resonable doubt. Iżda fil-qasam amministrattiv, din hi sempliċiment kwistjoni ta' probabbiltà. "L-investigazzjoni ta' Giovanni Kessler kienet u tibqa' waħda amministrattiva. Il-mod ta' kif saret din l-investigazzjoni u kif inġabru dawn il-provi ma jiswew xejn, ħlief li huma indikattivi ta' dak li ġara." Hu sostna li ma ħassx li kellu jasal fil-punt, li l-Pulizija tressaq persuna fil-Qorti meta ma kelliex provi kriminali dwarha. "Kellna biss assunzjonijiet." Il-Kummissarju spjega kif il-provi li hemm dwar il-każ Dalli, huma amministrattivi u mhux biżżejjed għall-akkuża kriminali. Iżda, Zammit saħaq li l-Korp tal-Pulizija għadu għaddej u jibqa' għaddej bl- investigazzjonijiet sakemm jasal għall-konklużjoni finali dwar dan il-każ. "Madankollu, irridu noqogħdu attenti sabiex ma nirfsux l-investigazzjoni tal-Qorti li għaddejja bħalissa." Staqsejtu dwar l-ispettur Elton Taliana, li allegatament hu involut f 'kontroversji dwar hold-ups. "Dan il-każ ma jistax jingħalaq", qal Zammit. "Dan għaliex hemm proċeduri li għadhom għaddejjin. Meta effettivament ikun hemm il-kwistjoni kollha magħluqa mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ikun hemm id-deċiżjoni finali." Dwar il-kritika li rċieva għall- fatt li hu viċin ħafna tal-Gvern Laburista, il-Kummissarju qal li mhux komdu b'dawn l-insinwazzjonijiet. "Jien qatt ma kont viċin tal- Gvern. Meta ġejt maħtur bħala Kummissarju, ħafna staqsew min jien. M'iniex qrib il-Gvern kif qed jgħidu. Iktar nista' ngħid li l-Gvern qrib tiegħi għaliex għandu fiduċja fija, milli jien xi parti integrali minn xi magna politika." L-ordnijiet li jieħu huma dwar il-politika u d-direzzjoni tal-Gvern. "S'issa qatt ma ngħatajt ordnijiet dwar xi investigazzjoni partikolari. Min-natura tiegħi, jien l-ordnijiet idejquni, speċjalment meta dawn ikunu bla sens u ma jkunx hemm raġuni valida warajhom." Hu enfasizza li qatt ma kellu ndħil Il-Kummissarju tal-Pulizija dwar it-tmexxija tal-Korp, l-iskandlu taż-żejt u l-każ Dalli. "Il-politika m'għandhiex tkun parti mill- "Qatt ma tkellem ma' Simon Busuttil dwar il-ħidma fil-Korp" "L-investigazzjoni ta' Kessler kienet u tibqa' waħda amministrattiva" Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt