Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
16 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 Ittri 16 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 Ħames Minuti ma' Franklin Calleja FRANKLIN Calleja ġuvni ta' 21 sena mimli ħolm u inspirazzjonijiet. Franklin ilu jkanta għal dawn l-aħħar 8 snin, però stabbilixxa ruħu fuq t-televiżjoni matul dawn l-aħħar sentejn. Kienet ħolma kbira tiegħu li jsir kantant ta' suċċess u li jkollu ċ-ċans li jsir iktar magħruf. Franklin huwa l-kantant residenti fil-programm ferm popolari HADD GHALIK! ippreżentat minn Angie Laus. Qed ikompli jaħdem ħafna sabiex jilħaq il-ħolm li jixtieq jilħaq. Jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li jissaportjawh. Speċjalment lil Glen vella li huwa għalliem u ħabib kbir ta' Franklin. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Mużikali X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Pożittiva, għaliex nemmen li m'għandek taqta' qalbek qatt għaliex xi darba, il-ħolm għad isir realtà. Hemm ċans li xi darba nirbħu l-Eurovision? Iva, għaliex nemmen fit-talent tajjeb li għandna f 'pajjiżna X'taħseb dwar il-fatt li Gaia Cauchi u t-tim tagħha gie nnominat għal Ġieh ir- Repubblika? Kien ħaqqhom kollha kemm huma għaliex ġabu isem pajjiżna iżjed 'il quddiem fix- xena mużikali. Kemm hi importanti għalik l-imħabba? Importanti ħafna għaliex fil-ħajja ħadd ma jgix mingħajr l-imħabba. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Bla flus jgħidu li la tgħannaq u lanqas tbus, però xorta nemmen li mhumiex il- prijorità assoluta. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Naħseb li kulħadd għandru dritt għall-ħajja, biex b'hekk in- natura ma' tkomplix tinqered. X'tippreferi: is-sajf jew ix- xitwa? Is-sajf jogħġobni għall- għawm, u x-xitwa togħġobni għaliex iġġib magħha festi sbieħ bħal Milied. Favur jew kontra l-ewtanasja volontarja? Ma naqbilx għaliex nemmen li dak li għandu jkun mn'Alla jsir u ħadd ma jista' jikkmanda ħajjet ħaddieħor. X'jiffrustrak? Min imerini u nkun naf u ċert li jkolli raġun! X'ibeżżgħek? Tbeżżani l-mewt għall-fatt li naf li rrid inħalli lil dawk li nħobb warajja, nibża' hafna wkoll mill-klieb il-baħar u s-sriep. Franklin Calleja jemmen f 'Alla? Għaliex? Iva bla dubju ta' xejn. Nemmen fih u fil-fidi tiegħu, għaliex hu biss jista' kollox. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Bil-mod il-mod qegħdin niftħu moħħna u m'għadiex xi ħaġa ta' tabù meta xi ħadd jilbes xi ħaġa differetni bħal ta' xi pajjiżi xi 'l bogħod minn xtutna. Kemm tħobb il-pajjiżek? Ovvjament inħobba għaliex hija art twelidi u għandna ħafna karatteristiċi pożittivi li pajjiżi oħrajn m'għandomx. Pereżempju dawk li jaħsbu tard bħali, għandhom vantaġġ li jgħixu f 'Malta għaliex tasal minn post għal ieħor malajr. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrapreżentak liem pajjiż tagħżel? Londra għaliex jogħġobni ħafna bħala pajjiż u l-isil ta' lbies tagħhom, u New York, għaliex togħġobni bħala lifestyle ta' kif jgħixu r-residenti t'hemm. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li nilħaq l-għanijiet li minn dejjem kelli għall-karriera tiegħi. L-iktar darba li stħajt? Meta darba kont f 'ċinema u waqqajt l-ikel tan-nies ħdejja u tant stħajt li tlaqt minn ħdejhom. L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? Meta tlajt għall-ewwel darba fuq il-palk tal-Malta Eurovosion Song Contest, is- sena l-oħra. Il-futur ta' Franklin Calleja... Mimlija mużika u ferħ. U jekk inkun relax id-dar bil-flus deħlin, żgur minix ħa ngħid le! Biex il-Borza ta' Malta ma tinżammx lura Ġurnaliżmu tal-ħabba gozz EDWARD TORPIANO FLORIANA NIXTIEQ ngħaddi kumment dwar il-kontroversja li tfaċċat dwar l-attività Isle of MTV, polemika li ddominat sezzjoni oħra tal-istampa. Biss biss kien hemm erba' artikli fuq it-Times of Malta mit-2 ta' Jannar sal-11 ta' Jannar. F'dawn ir-rapporti S. DEBONO ĦAL KIRKOP BLISKEMA ta' ċittadinanza għal barranin investituri, 1-iskop hu li jiżdied 1-investiment barrani fil- pajjiż. Fost 1-oħrajn jekk fhimt sew hemm li dawk il-barranin li jingħataw passaport Malti jridu ta' lanqas jinvestu €150,000 f 'bonds u shares u ma' jsarfuhomx qabel ma' jgħaddu 5 snin. Issa dan id-dħul fis-suq tal- ishma u d-dejn korporattiv żgur jagħti nifs ġdid lil dan is-settur li ftit ra likwidita u ħruġ ta' bonds u shares ta' kumpaniji ġodda fl- aħħar snin tal-amministrazzjoni precedenti. Mhux biss, talli bank li m'ilux introduċa f 'Malta pjattaforma online għan- negozju fl-ishma u 1-bonds għandu għax jibbenefika minn żieda ta' klijenti barranin li jkunu nies tal-flus. Allura kif imbgħad jiġi ċ-Chairman ta' dan 1-istess Bank (Chevalier Francis J Vassallo, ex-CBM Governor, Fellow tal-Istitut tal-Bankiera u attwalment chairman Mediterranean Bank) u jikkampanja kontra din 1-iskema? Jew is-sarima tar-regolamenti tapplika biss għall-impjegati umli fil-livelli t'isfel filwaqt li ċermen, diretturi, kapijiet eżekuttivi u viċi-kapijiet għandhom il-liberta li jagħmlu li jridu bla trażżin ta' xejn? Persuni mlaħqin li 1-kelma u 1-għemil tagħhom żgur jorbot iżjed 1-istituzzjoni li fiha jkunu f 'pożizzjonijiet ta' tmexxija, minn sempliċi impjegat f 'grad mhux maniġerjali li għandu xi delizzju jew opinjoni li jixtieq ukoll jikkampanja għaliha bla xkiel, bla twissijiet u penali mill- post fejn hu mpjegat. Wara kollox fid-dinja m'hawn xejn b'xejn. Anke biex wieħed isir kavallier irid jew ikun għamel xi att erojku, jew kien strumentali biex tingħata xi beneficcenza. Sewwa jgħid il-qawl: dawk li jgħixu f ' binjiet tal-ħġieġ (suppost mhux imtappan) aħjar ma' jixħtux ċagħaq. U 1-MFSA muta fuq stqarrijiet u indħil bħal dan minn uffiċċjali kbar ta' kumpaniji li hi vetjat. Jew tagħmilha ta' bully maż-żgħar u ta' beżżiegħa mal-imlaħqin li qed imexxu kampanja kontra 1-attirar ta' iżjed investiment barrani?