Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 17 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Oppożizzjoni li sservi ta' forċina barranija MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA MIN propjament u effettivament jiggverna f 'Malta? Il-gvern Malti elett mill-maġġoranza tal-poplu, jew il-Parlament Ewropew, fejn għandna sitt rappreżentanti mit-total ta' 750 ta' stati oħra tal-UE? Jekk aħna stat sovran irridu tmexxija mill-gvern elett mil-Maltin, mingħajr indħil barrani. Fil-każ li l-atti u miżuri tal-gvern tagħna saru suġġetti għal deċiżjonijiet tal- UE, tlifna s-sovranità u ġejna nitmexxew skond il-politika li tagħżel il-maġġoranza konservattiva tal-popli Ewropej. Dawn il-mistoqsijiet tqajmu wara li ż-żewg MEPs tal-PN ressqu mozzjoni fil-Parlament Ewropew kontra l-iskema taċ-ċittadinanza b' investiment tal-gvern Malti, li kienet diġa approvata mill-Parlament f ' Malta, u maqbula wkoll fl- MCESD. Ma nidħolx fil-kontroversja li qamet fil-PE u fir-riżultat li nkiseb minnha. Peress li l-vot tal-Parlament ma jorbotx lill- gvern Malti, tqum il-mistoqsija iżjed sinjifikanti dwar l-intenzjoni Nazzjonalista wara dik il-mozzjoni. Għalfejn ressquha tal-PN, la jafu li l-PE m'għandux kompetenza li jdawwar deċiżjoni tal-gvern Malti? Forsi biex jieħdu raġun mill- maġġoranza konservattiva bħalhom fil-PE, biex itaffu l-umiljazzjoni tal-minoranza nazzjonalista fil-parlament Malti? Jew biex jagħtu mpressjoni internazzjonali kerha tal-Gvern laburista, li tkun tista tostakola l-iskema li ġġib dħul qawwi ta' mijiet ta' miljuni ta' ewro li jissarfu f 'ġid nazzjonali li jikkundanna lill-PN għal aktar snin fl- oppozizzjoni? Ftit ilu l-kap tal-PN kien appella wkoll lill-Unjoni Ewropea biex tinvestiga lill- gvem Malti għax, skont il-PN, ħalla klandestini jegħrqu bi ksur tar-regoli nternazzjonali. Anke jekk nassumu li dan kien veru, għaliex il-PN qabez lil-awtoritajiet Maltin u mar b'akkuża bħal dik barra xtutna, jekk mhux biex iħammeġ lill-gvern u jiżra dubji kontra l-armata ta' Malta? Din l-inklinazzjoni anti-Malta mit-tmexxija nazzjonalista tkompli tikkonferma l-attitudni tal-kap tal-Oppozizzjoni li, f każi oħra ta portata nazzjonali kien iddefenda fil-PE id- dritt tad-deċiżjoni sovrana ndividwali tal-gvernijiet tal- Ungerija u l-ltalja, waqt li issa kien hu stess li oriġina l-akkuża kontra pajjiżu. Ngħid li l-minoranza demokratikament limitata fil-parlament Malti qegħda tiddisprezza s-sovranità tagħna billi tirrikorri għal din il-forċina ta' Brussell, biex bil-maġġoranza ta' nteressi barranin fil-PE tipprova tifga il-kuxjenza soċjali tal-gvern. Fl-istess ħin qed tieħu vantaġġ li jtaffi xi ftit mil-problemi politici u elettorali tal-PN. Ġurnaliżmu tal-ħabba gozz 6(-¨$*¨$//2))(57, 7HQGHUJfDOO6HUYL]]L 3XEOLÑLWDnJfDOO3URHWWGZDU*DUDQ]LMDWDÓäJfDÓDJf (6) 1XPUXWDnO$YYLÓ0('( ©ELUWDWWHQGHUPLGGDWDWDOSXEEOLND]]MRQLPLOO 0LQLVWHUXJßDOO(GXND]]MRQLX[;RJßRO 'LYLÒÒMRQL6HUYL]]L.RUSRUDWWLYL.DPUD1UX 7ULTO$VVHGMXO.ELU )ORULDQD 0LW7QHMQVDO©LPJßDEHMQLGXO (PDLOSURFXUHPHQWHGXFPHGH#JRYPW 'DWDWDO3XEEOLND]]MRQL 'DWDWDOJßHOXTÖWDnÕOJßRGX 3URJUDPP2SHUDWWLY,,±3ROLWLNDWD¶.RHĪMRQL ,QVDƫƫXƪLOLWQDJƫDOO$NWDU,PSMLHJLX.ZDOLWjWD¶ƪDMMD$ƫMDU 2IIHUWDSDU]MDOPHQWLI¿QDQ]MDWDPLOO8QMRQL(ZURSHD )RQG6RƛMDOL(ZURSHZ)6( 5DWDWD¶NR¿QDQ]MDPHQW)RQGL8()RQGL1D]]MRQDOL 1LQYHVWX¿OIXWXUWLHJƫHN stampati, spikka l-fatt li l-viċi- sindku tal-Floriana Matthew Paris baqa' jsostni li hu qatt m'hedded li mhux se jingħata permess minn naħa tal-Kunsill Lokali għal din l-attività nazzjonali biex din ma ssirx f 'Ġunju li ġej. Dan wara li l-ewwel artiklu 'Floriana threatens no Isle of MTV after New Year flop' kien jgħid mod ieħor. Il-ġurnalist dejjem baqà jsostni li dan kien il-kliem eżatt li kien intqal lilu waqt l-intervista mal-viċi-sindku Furjaniż. Hawnhekk wieħed jista' jsemmi li waqt din il- polemika, il-viċi-sindku Furjaniż aċċetta l-istedina li saritlu minn Frank Psaila biex jitkellem dwar dan fil- programm 'Iswed fuq l-Abjad' fuq NET TV fl-24 ta' Jannar. B'daqshekk żgur li m'għamel xejn ħażin. Iżda wieħed jistaqsi lil Frank Psaila x'setgħet kienet ir- raġuni li n-naħa l-oħra f 'dan l-argument, jiġifieri l-ġurnalist, qatt ma ġie mistieden matul l-istess programm biex isemma l-verżjoni tiegħu. Wieħed irid ifakkar li matul l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, l-istess Frank Psaila kien jokkupa l-kariga ta' Direttur Informazzjoni tal-PN u ħadd ma jrid jinsa li f 'Mejju 2013 ħareġ ir-rapport tat-telfa. F'dan l-istess rapport hemm miktub li kandidati Nazzjonalisti għall-Elezzjoni "ħassew li ma ngħatawx opportunità daqs kandidati oħrajn biex iwasslu l-messaġġ tagħhom fuq il-media tal- partit." Hekk ikun l-abbuż ta' poter u hekk ikun il-ġurnaliżmu tal- ħabba gozz.