Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 9 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Il-Ministru Cardona jżur fabbriki f 'Għawdex Anton Refalo jwiegħed il- bini ta' SME park għal 40 negozju F'LAQGĦA mal- kamra tal-kummerċ Għawdxija, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar li diġà bdew preparazzjonijiet biex jibda jinbena l-SME (Small & Medium Enterprises) Park f ' Għawdex. Il-Ministru saħaq kif il- gvern diġà beda jikkollabora mas-settur privat f 'dan ir-rigward għax l-istrateġija għal Għawdex hi waħda mmirata biex ittejjeb in- networks tat-trasport kif ukoll li jinstabu spazji f ' Għawdex, fejn in-negozji żgħar u medji jkunu jistgħu jiftħu u jkabbru n-negozju tagħhom. Hu semma' kif bdiet il- ħidma biex dan l-SME Park li se jkun qed jakkomoda 39 negozju f ' sit ta' 7,800 metru kwadru, jipprovdi l-loġistika adekwata minn fejn negozji żgħar u medji joperaw fi struttura speċifika li sservi kemm għall-bżonnijiet tal- lum kif ukoll dawk tal-futur. Il-Ministru Refalo qal li biex titkabbar l-ekonomija Għawdxija hemm bżonn li titjieb l-infrastruttura, jiġi inċentivat l-investiment barrani u jinfetħu siti minn fejn in-negozji żgħar u medji jkunu jistgħu joperaw. Saħaq kif minkejja l-ekonomija Għawdxija hi waħda żgħira, fl-istess nifs toffri opportunitajiet kbar għal investiment kemm għall-investitur lokali kif ukoll dak barrani. Il-Ministru għal Għawdex tkellem ukoll fuq il-ħidma biex mill-programm ta' fondi tal-Unjoni Ewropea 2014-2020 jiġi inkluż il-proġett tal-Business Centre. Dan iċ-ċentru tal- eċċellenza hu maħsub biex Għawdex ukoll ikollu ċentru rinomat għan-negozji li jispeċjalizzaw fil-qasam tar-riċerka, IT u servizzi professjonali. Il-President tal-kamra tal-kummerċ Għawdxija Michael Grech qal li kienu qed jilqgħu l-fatt li l-Gvern qiegħed jagħraf li wasal iż-żmien li jittieħdu l-azzjonijiet. Is-Sur Michael Grech tkellem ukoll fuq il- ħtieġa li tikber l-aċċessibilità għal Għawdex kemm bil- baħar kif ukoll bl-ajru, li jitwettaq il-proġett tal-SME Park kif ukoll ix-xewqa li f 'Għawdex ikun hemm aktar upmarket Tourism. liema investiment se jkun qed joħloq mal-15 –il impjieg ġdid. Qaltli wkoll kif il-kumpanija qed tistenna li fi żmien ħames snin oħra id- dħul tagħha jirdoppja għal 10 miljun ewro. Iż-żjara li kien imiss kienet għand Magro Bros b'fabbrika 'state of the art'. Fabbrika mużew fejn wieħed jista jżurha u tara l-packing ta' prodotti tal-ikel artiġġjanali kollu jsir bl-idejn. Interessanti li John Magro qal li ġimagħtejn ilu bagħat kontejner il-Ġappun b'melħ li fih hemm taħlita ta' 'herbs' li jista jintuża bħal stokk tal- brodu mingħajr ma jintuża xaħam fih. Wara li dorna dan il-ħanut tad-ditta Savina u l-parti ta' Ħanini (fejn anke laqqgħana mal-baqra Ħanini), żorna l-fabbrika enormi b'makkinarju mill- aktar modern. Is-sur Magro qal ukoll li l-akbar suq għalih hu l-ajruport ta' Malta. Is-sena li għaddiet il-kumpannija Magro Bros kellha turn over ta' €25 miljun. Magro Brothers hu negozju ieħor tal-familja li matul is-snin irnexxielha tiżviluppa numru ta' prodotti għal niche markets, u llum qed tipproduċi wkoll taħt ditti differenti bħal Savina u Ħanini. Cardona faħħar lill- familja Magro u qal li dan jixhed l-għaqal, l-inizjattiva u l-ispirtu qawwi ta' imprenditorija tal-aħwa Magro, li rnexxielhom jorganizzaw struttura kompetittiva biex il- kumpannija taffronta l-ġejjieni. Min-naħa tiegħu John Magro ħa l-okkażjoni biex iħabbar li l-kumpannija kienet fetħet sussidjarja fl-Italja u anke pparteċipat b'suċċess ġewwa fiera tal- ikel fl-Italja fejn il-prodotti tagħha kienu mfaħħra mill- esperti preżenti. L-aħħar fabbrika li żorna kienet il-kumpannija Merit Precision Tools. Kien ċertu Murphy li tana merħba, il-Ġermaniż li fl-1965 kien fetaħ il- fabbrika Merit f 'Malta u fit-tmeninijiet kien fetaħ il-fabbrika f 'Għawdex fejn issa hi mmexxija min-neputi tiegħu, żagħżugħ bjond (nofsu Ġermaniż u nofsu Malti) li qal li matul l-2014 il-kumpannija se tkun qed tkabbar l-operat tagħha f 'Għawdex wara li kienet allokata fabbrika li hemm ħdejn l-istess impjant. Il-kumpannija mistennija tinvesti miljun ewro f 'makkinarju ġdid u żżid in- numru ta' ħaddiema b'40%, biex minn 40 ħaddiem jitilgħu għal 56. Dan l-investiment kien possibbli wara li l-kumpanija b'suċċess irnexxielha tiffinalizza kuntratti ma' kumpanniji kbar bħal Mercedes u FIAT. Il-Ministru Cardona, li kien akkumpanjat miċ-ċermen tal-Malta Enterprise Mario Vella u mill-kap eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks Joshua Zammit, qal li din kienet l-ewwel minn serje ta' żjarat li huma ppjanati li jsiru f 'Għawdex. Dan bil-għan li l-Gvern jagħmel minn Għawdex mutur ekonomiku li joħloq ix-xogħol u l-ġid għall-Għawdxin. Chris Cardone waqt iż-żjara tiegħu fiż-żona industrijali tax-Xewkija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014