Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
10 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 Gladjaturi tal-Ħajja minn John Busuttil DENISE, Silvan u Renè huma tliet żgħażagħ Żabbarin, li x-xorti fil-ħajja tbissmitilhom, trabbew f 'familja sabiħa, laħqu l-għanijiet tagħhom fix- xogħol u mimlija saħħa. Iżda dan kollu wassalhom biex iħarsu lil hinn minn dawk il-15-il metru ta' madwarna li naraw quddiemna meta niftħu għajnejna. Dik il-kumdità li Denise, Silvan u Renè sabu fil- vjaġġ tagħhom tal-ħajja s'issa ddeċidew li jippruvaw jagħtuh lil ħaddieħor. Dik l-għożża li trabbew fiha mill-ġenituri tagħhom issa jixtiequ jgħadduha lil ħaddieħor. Tal-inqas idewquha lil dawk it-tfal abbandunati fit-twelid, lil dawk it-tfal li jgħixu mingħajr imħabba, lil dawk it-tfal li d-dinja tal-faqar hi l-unika dinja li jafu biha, lil dawk it- tfal li meta jibku ma jsibu lil ħadd min isabbarhom. Huma ddeċidew li jmorru l-Kambodja jagħtu l-għajnuna lil dawn it-tfal li kulma jixtiequ attenzjoni u fsied. Tliet żgħażagħ li fil- ħajja tagħhom iridu jkunu gwerriera għal ħaddieħor inqas ixxurtjat minnhom. Iżda minn fejn ġiet l-idea? Għaliex il-Kambodja? X'qed jistennew li jsibu? Għandhom bżonn għajnuna finanzjarja u kemm? Dwar dan kollu tkellimt ma' Denise Farrugia D'Amato li kollu beda minn ħolma tagħha. L-ewwel laqgħa ma' dawn it-tliet żgħażagħ kienet fl-istudios ta' ONE Breakfast meta kienu mistednin tiegħi mill-kollega Julia Farrugia. Il-mod kif tkellmu fuq din l-avventura/missjoni li tant huma ħerqana għaliha laqatni u xtaqt li nlaqqgħakom ma tliet gladjaturi żgħażagħ, gladjaturi altruwisti jew aħjar merċenarji li jiġġieldu l-battalja ta' ħaddieħor ħalli jaraw lil dawn it-tfal kuntenti. Denise ta' 29 sena taħdem bħala cardiac technician l-Mater Dei u miżżewġa lil Silvan Farrugia ta' 30 sena li jaħdem bħala Accountant. Magħhom ingħaqad Rene' Sciberras ta' 32 sena. Minn mindu kienet żgħira Denise kellha ħolma li tmur tagħmel il-volontarjat iżda minħabba l-impenji tal-ħajja dan iċ-ċans ma ġiha qatt. Iżda l-fattur li t-tlieta li huma jħobbu jsiefru ħafna f 'safar ta' avventuri laqqagħhom ma' kulturi differenti. "Meta wieħed isiefer jiftaħ orizzonti u mentalità differenti. Speċjalment meta ssiefer f 'postijiet ta' kulturi ferm differenti minn tagħna tiltaqa' wkoll mar-realtà ta' faqar li qatt ma tkun immaġinajt. Fl-istess waqt jaffaxxinak il-fatt li dan it-tip ta' safar ilaqqgħek ma' nies sempliċi u li m'għandhom xejn u fl-istess waqt tara l-kuntentizza tagħhom. Dawn il-fatturi kienu li wasslu lili u lil żewġi Silvan li mmorru ngħinu lil dawn in-nies," qaltli Denise. Renè, meta ra l-entużjażmu tagħhom inġarr mal-kurrent biex jgħin lit-tfal u ddeċieda li jmur magħhom. Għax wieħed irid isemmi wkoll li Renè hu Tliet żgħażagħ Żabbarin jgħinu lit-tfal abbandunati fil-Kambodja Ir-rotta tal- ġurnalist James J. Piscopo Is-subway mudlama, mimlija tajn u graffitti. Rotta qasira din id-darba, u mnalla. Taħt il-bypass ta' Santa Venera ssib subway li tagħti aċċess sigur bejn il-periferija ta' Ħal Qormi, u l-bidu ta' Santa Venera u l-Ħamrun. Skont riċerka li għamilna, din ma taqa' taħt l-ebda kunsill lokali iżda ta' Transport Malta. Żabbarin, li x-xorti fil-ħajja tbissmitilhom, trabbew f 'familja sabiħa, laħqu l-għanijiet tagħhom fix- xogħol u mimlija saħħa. biex iħarsu lil hinn minn dawk il-15-il metru ta' madwarna li naraw quddiemna meta niftħu għajnejna. Dik il-kumdità li Denise, Silvan u Renè sabu fil- vjaġġ tagħhom tal-ħajja s'issa ddeċidew li jippruvaw jagħtuh lil ħaddieħor. tajn u graffitti. Subway li kif tidħol minnha tilqak bil-ħdura ta' siġar li hemm, iżda ma' żewġ passi oħra tara tip ta' ħdura differenti mal-ħitan. Tpinġijiet u taħżiż mal-ħajt li ilhom hemm numru kbir ta' snin, u li minflok tneħħew, żdiedu. Filwaqt li f 'xi nħawi ċerti graffiti jistgħu jitqiesu bħala arti, żgur li dan ma japplikax għal dak li ssib f 'din is- subway. Kliem baxx fosthom 'Sex ġo toqba' jiddomina nofs is-subway. Filwaqt li sa xhur ilu fl-istess post kien komuni li ssib siringi ta' droga u kondoms użati mormija bl-addoċċ, fir- rotta tagħna ma sibniex dan. Iżda żibel ieħor u ħmieġ tal-klieb kien hemm. Madankollu problema kbira li għandha din is-subway hi li żżomm l-ilma għal diversi jiem. Wara xita kbira, saħansitra tkun kważi impossibli li tgħaddi b'ilma qiegħed ilaħħaq anke mal-10cm. Meta tkun furtunat u tgħaddi wara xi jiem mingħajr xita, xorta se ssib ilma u tajn li trid toqgħod attent minn fejn tgħaddi. L-abbuż u l-vandaliżmu f 'dan is-subway huwa 'mgħejjun' minħabba n-nuqqas ta' dawl. Minkejja li s-subway hija twila diversi metri, kulma stajna nsibu kien fdalijiet ta' tubu li ovvjament kien imkisser. F'postijiet oħra ssib dawl mdawwar bil-ħadid ħalli dawn ma jinkisrux wara jumejn. Subway Subway tilqak bil-ħdura ta' siġar li hemm, iżda ma' żewġ passi oħra tara tip ta' ħdura differenti mal-ħitan. Tpinġijiet u taħżiż mal-ħajt li ilhom hemm numru kbir ta' snin, u li minflok tneħħew, żdiedu. Filwaqt li f 'xi nħawi ċerti graffiti meta kienu mistednin tiegħi Madankollu problema kbira li għandha L-abbuż u l-vandaliżmu f 'dan is- huwa 'mgħejjun' minħabba n-nuqqas ta' dawl. Minkejja li s- metri, kulma stajna nsibu kien fdalijiet ta' tubu li ovvjament kien imkisser. F'postijiet oħra ssib dawl mdawwar bil-ħadid ħalli dawn ma jinkisrux wara jumejn. Madankollu problema kbira li għandha din is- diversi jiem. Wara xita kbira, saħansitra tkun kważi impossibli li tgħaddi b'ilma qiegħed ilaħħaq anke mal-10cm. Meta tkun furtunat u tgħaddi wara xi jiem mingħajr xita, xorta se ssib ilma u tajn li trid toqgħod attent minn fejn tgħaddi. Madankollu problema kbira li għandha It-trio ta' żgħażagħ Żabbarin L-abbuż u l-vandaliżmu f 'dan is-subway L-abbuż u l-vandaliżmu f 'dan is-