Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com 02 ta' Frar 2014 • Nr 380 NEWSPAPER POST A high-resistant macerating pumping system, for intensive uses in domestic or public places and marine Sanitary Goods for persons with special needs Showroom: Triq Belt il-Ħażna, Marsa • Tel: 2122 7832, 2122 7833 Mob: 7948 3216 Fax: 2122 7866 • Email: cristalbath@onvol.net Raised Toilet Seat Bath Seat Hand Grips & Hand Rails E. GRECH CRISTAL BATH LTD. Showroom: Triq Psaila, Birkirkara Tel: 2148 3216, 2144 5947 Mob: 7948 3216 • Fax: 2148 5547 Sanitary Fittings & many others The new bathroom showroom in Marsa is above the showroom of sister company AAK Grech Brothers (Black & Decker) Miljuni fi spejjeż żejda fuq il- proġetti tal-Belt TAĦT l-amministrazzjoni preċedenti, jidher li kienet l-ordni tal-ġurnata li kull baġit li kien ikun hemm jiġi njorat. Minkejja l-ftaħir tal- good governance, il-gazzetta Illum tista tiżvela li fuq medda ta' tliet snin, l-ispiża ta' xogħlijiet fuq il-proġetti ta' Bieb il-Belt, il-venda tal-Belt Valletta, il-lift tal- Barrakka u l-baċir numru 1, marret żmerc bi €2.4 miljun. Bejn l-2010 u l-2012, xogħlijiet partikolari marbuta ma dawn il-progetti kellhom jiswew €5.5 miljuni izda minflok swew €7.9 miljun. L-eks Ministru Austin Gatt kien il-moħħ wara dawn il-proġetti, l-istess ministru li jibqa' mfakkar ukoll għad- diżastru tal-Arriva apparti proġetti oħra tal-gvern preċedent. Erba' minn dawn ix-xogħlijiet kienu marbuta mal-proġett ta' Bieb il-Belt. Fuq xogħol ta' investigazzjoni fuq il-post fejn qed isir il-proġett kellhom jintefqu €50,000 iżda minflok intefqu €200,000. Għal twaqqiegħ ta' bini u tħaffir kellhom jintefqu €480,000 iżda l-ispiża telgħet għal €630,000Xogħol ta' restawr li kellu jiswa €370,000 spiċċa sewa €555,000. Fuq il-backstage tat-teatru bla saqaf sar xogħol li kellu jiswa €800,000 iżda fl-aħħar mill- aħħar dan sewa €1.3 miljun. Ħafna kuntratti relatati ma' Bieb il-Belt għadhom fis-seħħ u għaldaqstant mhux magħruf jekk anki fuqhom eventwalment l-ispejjez jispiċċawx jisplodu 'l fuq.Fuq xogħlijiet relatati mal- venda tal-karozzi tal-linja, li saru minħabba l-karozzi tal-Arriva, kellhom jintefqu €1.5 miljun iżda l-ispiża żdiedet għal €2.2 miljun. Il-ħidma fuq il-lift tal- Barrakka kellha tiswa €2.3 miljun iżda ġiet tiswa €2.6 miljun. Fuq il-baċir numru wieħed, proġett li taħt il-gvern Nazzjonalista qatt ma mexa 'l quddiem, xogħlijiet imsejħa ta' emerġenza fuq triq waħda swew €325,000 meta l-ispiża kellha tkun ta' €65,000. Żieda fil-vjolenza domestika fuq l-anzjani Ara paġna 7 "Dwar John Dalli kellna biss assunzjonijiet" - il-Kummissarju tal-Pulizija JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt F'INTERVISTA mal- gazzetta ILLUM, il- Kummissarju tal-Pulizija, Peter Paul Zammit, qal li l-investigazzjoni ta' Giovanni Kessler bħala kap tal-OLAF kienet u tibqa' waħda amministrattiva. "Il-mod ta' kif saret din l-investigazzjoni u kif inġabru dawn il-provi ma jiswew xejn, ħlief li huma indikattivi ta' dak li ġara." Zammit, b'referenza għal John Dalli, sostna li ma ħassx li kellu jasal f 'punt li l-Pulizija tressaq persuna fil-Qorti li ma kelliex provi kriminali dwarha. "Kellna biss assunzjonijiet," qal Zammit. Hu spjega kif il-provi amministrattivi mhumiex biżżejjed għall-akkuża kriminali. Il-Korp għadu għaddej u jibqa' għaddej bl- investigazzjonijiet sakemm jasal għall-konklużjoni finali dwar dan il-każ. "Madankollu, irridu noqogħdu attenti sabiex ma nirfsux l-investigazzjoni tal- Qorti li għaddejja bħalissa." Ara l-intervista f 'paġni 14, 15 Spejjeż żejda għal tliet snin sħaħ taħt Austin Gatt John Dalli (xellug) u l-Kummissarju Peter Paul Zammit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014