Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 19 Taħt Saqaf Wieħed ta' ħajti! Omm: Iżda ibni, dan kollu mhux naturali. Jiena u missierek tħabbejna u ġibna lilek u lil oħtok fid-dinja u rabbejniekom bit-tama li tkunu normali bħal nies oħra. Dan ġenn tiegħek. Iben: Naturali... normali... ġenn! Dan xi kliem hu! Jiena jien u dak li hu naturali u normali għalija jiena niddeċidih. Mhux normali s-swat li ġieli tak il-papà fil- preżenza tagħna... inti taħseb li jiena ma nafx li ma kienx għalija u għal oħti inti kont lesta li titilqu? Dan il-kliem qatt m'għedtulek u ma rridx li nweġġgħek... iżda mhux normali li inti bqajt ma' missieri wara dak kollu li għaddiek minnu. Id-drabi li tlaqt għand nanna bina wara kull xenata li kien jagħmillek u d-drabi li nżilt l-għassa biex tgħamillu rapport biex wara tħassru, jibqgħu f 'moħħi kemm ma kienx naturali li inti u hu tibqgħu tgħixu taħt l-istess saqaf. Omm: (b'leħen miksur) Li għamilt għamiltu għalikom u missierek mhux ir-raġel ħażin li qiegħed tpenġih. Iżda nitolbok ibni... iftaħ għajnejk... ftakar f 'dak li qal l-Isqof li f 'għajnejn Alla, għaqda waħda biss teżisti, dik bejn il-mara u r-raġel. Il- kontijiet trid tagħmilhom wara din il-ħajja. Iben: Allura x'nagħmel f 'din il-ħajja? L-Isqof iħares lejn Alla differenti minn dak li nilmaħ jiena. Min minnha għandu raġun ma nafx... għaliex wara kollox, x'se jiġri f 'ħajja oħra Alla biss jaf. Iżda sakemm għadni f 'din id-dinja, din hija l-imħabba li naf u jekk Alla jikkastigani għalhekk, allura nistaqsih xi tfisser mibegħda jekk jiena ħabbejt? Omm: Minn dejjem kont differenti ibni. L-għalliema tiegħek kienu jgħiduli. Kont ta' għalik waħdek. Il-ftit ħbieb li kellek kienu bħalek. Jiena kont naħseb li kienet fażi u ma kontx nagħti kas. Iżda llum sirt naf għalfejn. M'intx bħal oħrajn. Iben: Ma, kulħadd huwa xi ftit differenti mill-"oħrajn". Serraħ moħħok, hemm ħafna u ħafna oħrajn bħali. Uħud ħarġu fil-beraħ u oħrajn baqgħu moħbijin. (Bi speċi ta' tbissima sarkastika fuq wiċċu) Allaħares ngħidlek min hu bhali... darba inti ħdimtlu għall-politika! Omm: (maħsuda) Tgħidx ereżijiet. Jekk qiegħed tgħid għal Mario ma tafx x'inti tgħid! Iben: Jaħasra ma kemm inti fidila. Għalfejn taħseb li Mario kien ħassar iż-żwieġ fl-aħħar mument?! Għalfejn taħseb, li anke wara li refa' mill-politika, baqa' bl-istess xufier li kellu! Omm: (tidher maħsuda għall- aħħar) Insomma… insomma jiena fl-aħħar mill-aħħar minnek jimportani. Aħseb daqsxejn x'se tagħmel b'idejk… aħseb daqsxejn x'se jgħidu ħbiebek fuq ix-xogħol u min iħaddmek. Ser tispiċċa ħażin. Iben: (bi tbissima) Fuq ix-xogħol jafu kollox. Ilhom jafu mill-anqas sentejn. Minn dakinhar 'l hawn ħadt promozzjoni u hemm iċ-ċans li dalwaqt tasal oħra. Bħalna hemm tliet koppji oħra u min iħaddimni, fil-familja għandu lil xi ħadd bħali jew aħjar kif tgħid inti "mhux bħal oħrajn". Ma' tax-xogħol nitħallat u nitkellem u mhux l-ewwel darba li mort ma' Peter għandhom niekol. Ma, jaħasra d-dinja nbidlet m'għadhiex id-dinja żgħira tar-raħal li taf inti. Iż-żminijiet, tajjeb jew ħażin inbidlu. Omm (b'leħen ta' min qiegħed jaqta' qalbu): Xejn ma ngħidlek ibni, ibża' għalik innifsek. Aktar minn hekk ibża' għal saħħtek u minn xi marda. Ta' kuljum nisimgħu b'dawn l-aħbarijiet. Iben: Il-mard dejjem huwa riskju. Jista' jkun. Iżda riskju għal kulħadd. Il-mard li jitnissel mill-imħabba ma jagħrafx sessi. Ġuża... li toqgħod ftit 'l fuq minnha kellha lil żewġha jiġri aktar minn kelb tal-kaċċa... man-nisa m'għandiex xi ngħidu. L-isptar daħlet kemm-il darba, ġieli għal ħaġa u ġieli għal oħra... sakemm ma felħitx aktar u telqitu. Serrah moħħok ma... naf x'għandi nagħmel. Omm: Imma inti x'għandek garanzija li ser tibqgħu flimkien! Jekk ma tibqgħux flimkien ħajtek tkun tħassret għal dejjem. Iben: L-istess garanzija li kellu z-ziju Pepp tal-Ingilterra li ddivorzja darbtejn u llum reġa' qiegħed ma' oħra. Sa issa jiena u Peter ninħabbu. Nifhem li jista' jiġrilna bħal ma jiġri lil tnejn ta' sess differenti. Jekk jiġri hekk, xi ħadd minna ser jiddispjaċih. Kif jiġri f 'kull relazzjoni oħra. Serraħ moħħok li bħal ma oħti telqet l-ewwel għarus li kellha biex sabet ieħor, anke għalija ma tkunx waslet l-aħħar tad- dinja. Omm: Ma nafx... qalbi maqsuma... missierek ma jistax jaċċettaha. Aħjar ngħidlek. Qalli biex ngħidlek li sakemm iddum taħt is-saqaf tagħna dan li qiegħed miegħek m'għandux ċans li jirfes mill-għatba 'l ġewwa. Iben: Tinkwieta xejn. Mhux ser ikollu għalfejn għax kumbinazzjoni jiena u Peter morna naraw appartament ilbieraħ u ser nixtruh flimkien. Iddeċidejna li ngħixu taħt saqaf wieħed. Omm: Jiġifieri ser titlaq minn hawn? Iben: Iva. Eżatt kif għamlet oħti Jennifer meta żżewġet lil Paul! nġinier u li ma sabx xogħol li jogħġbu hawn Malta. Minflokha daħlet Litwana illi niskanta kif ma taħdimx ta' mudella. Din qabel kienet taħdem fis-siġurtà f 'Edinburgh u ġiet Malta għaliex xebgħet bis-sema griż Skoċċiż. Għoġobha l-ambjent meta ġiet għal btala f 'Awwissu kif jiġrilhom ħafna barranin li jinnamraw mal-ħajja trankwilla u t-temp pjuttost klementi ta' pajjiżna. Kemm l-Islovakka kif ukoll il-Litwana, it-tnejn żgħar u avventurużi, lesti illi jaċċettaw illi jaħdmu żewġ impjiegi part- time, ftit sigħat fil-għodu l-Belt u ftit sigħat filgħaxija f 'San Ġiljan. Flessibilità li mid-dehra hi nieqsa minn ħafna ħaddiema Maltin illi minflok jidher li f 'bosta minnhom tkattret sew ix-xewqa illi jidħlu jaħdmu mal-gvern f 'ambjent mhux daqshekk impenjattiv u fejn spiss ikun possibbli illi wieħed jaħdem ukoll xi part-time biex jissupplementa l-paga. U mentri l-kostitwenti jridu jiġu moqdija għax ibiddlu ż-żiemel tagħhom jew jheddu li jħalluh fl-istalla meta jkun hemm xi tiġrija, l-ekonomija reali aktar ma jgħaddi ż-żmien qed tispiċċa tiddependi fuq is-Serbi, Kroati, Slovakki, Bulgari, Rumeni, Għarab u anke Taljani kif ukoll Filippini li hawn jaħdmu fostna u li spiss isibu li l-pagi hawn Malta fis-settur privat huma ogħla milli jistgħu jieħdu f 'pajjiżi oħra. Bqajt skantat mhux ftit meta waħda Filippina qaltli l-ġimgħa l-oħra illi hawn Malta bil-paga minima li tirċievi, qed taqla aktar mid-doppju illi kienet taqla' Dubai. Wieħed irid jgħid ukoll li bosta huma l-Maltin li jmorru jaħdmu f 'xi pajjiż ieħor, normalment Ewropew. F'dan is-sens, pajjiżna qiegħed isofri minn 'brain drain' differenti minn dak li kien ikollu bil-mewġ t'immigrazzjoni tal-passat. Illum spiss jiġri li fost l-aħjar elementi jitilqu għax isibu opportunitajiet aktar interessanti, tal-anqas fl-ewwel snin tal-karriera tagħhom. Din hi d-dinamika tas-suq tax-xogħol illum. Għaldaqstant, m'għandhomx għalfejn jiskantaw il-ministri illi nofs l-impjiegi li qed jinħolqu qed jimtlew mill-barranin. U m'għandhom għalfejn jagħmlu l-ebda analiżi profonda għax ir-raġuni hija ċara f 'għajn kull min irid jara. Għandek ammont imdaqqas mill-popolazzjoni tax-xogħol li qiegħda twarrab ix-xogħol produttiv u qiegħda titfa' pressjoni fuq il-klassi politika sabiex issibilha mpjieg mal-gvern, u fin-nuqqas, qiegħda thedded illi ma toħroġx tivvota f 'Mejju. Mill-banda l-oħra, numru ta' barranin qed jimlew il-postijiet li setgħu jimtlew minn dawk illi qed "ifittxu" x-xogħol. Meta l-ETC tibgħat lil min qiegħed ifittex xogħol għand xi ħadd biex iħaddmu, spiss jiskopri x'uġigħ f 'daru. Min ser jimpjega lil xi ħadd kontra x-xewqa tiegħu? Sfortunatament, min iħaddem jispiċċa kompliċi f 'dan l-abbuż tas-sistema. Għaldaqstant, l-aħbar li ngħatat din il-ġimgħa li kumpanija tal-farmaċewtiċi, Arrow Pharma sejra tkeċċi 110 ħaddiem ixxukjat lil bosta, mhux biss lill-ħaddiema involuti. Ix- xokk kien akbar minħabba l-fatt illi dawn is-sensji qed jingħataw f 'settur illi fi snin passati kien jipprometti ferm u illi fih sar investiment sostanzjali. Skond rapport illi deher bħala suppliment f 'Pharma. FocusReports.net f 'Jannar 2011, is-settur tal-farmaċewtika f 'pajjiżna kien jimpjega fuq elf ruħ u jesporta aktar minn €150 miljun fis-sena. Ċifri li ma tistax titraskurahom meta wieħed iqis illi s-settur tal-manifattura iħaddem mal-20,000 ruħ, dak tal-agrikoltura mal-2,000 mentri dak tal-kostruzzjoni illi fl-2011 kien iħaddem aktar minn 12,000 issa qed iħaddem anqas minn 9,000. Mill-banda l-oħra, il-qasam tal-akkomodazzjoni u tar-ristoranti żied il-ħaddiema minn 9,600 fl-2011 għal 10,200 f 'Awwissu tas-sena l-oħra. Għaldaqstant, is-sensji li tħabbru din il-ġimgħa kienu dehxa kbira għalkemm ma kinitx sajjetta fil-bnazzi għal kollox. F'Novembru li għadda kien diġà tħabbar li l-kumpanija kienet se tnaqqas nofs id-dipartiment li jippakkja li kien iħaddem 43 ruħ. Imma issa n-numru ta' sensji li tħabbru kien ferm akbar u dan wara li f 'Marzu li għadda, kumpanija oħra f 'dan is-settur, Actavis għalqet id-dipartiment ta' riċerka u żvilupp li kien iħaddem 63 ruħ minħabba ristrutturar globali li kienet għaddejja minnu. Huwa ferm inkwetanti illi qed iberraq f 'dan il-qasam tal- manifattura minkejja li Malta toffri bosta inċentivi tassew attraenti, fosthom l-esenzjoni hekk imsejħa Roche Bolar illi permezz tagħha, tista' ssir riċerka fuq pinuri ġeneriċi qabel ma tiskadi l-protezzjoni tad- drittijjiet intelletwali. Għandi suspett illi l-kompetittività tal-industrija tat-turiżmu Maltija tiddependi fuq dan it-tip ta' sfruttament. Għaldaqstant, wieħed m'għandux jiskanta jekk il-Maltin, speċjalment dawk ikkwalifikati, qed jitnaffru minn dawn it-tipi ta' impjiegi illi qed jimtlew minn barranin illi ma tantx ikollhom alternattivi fil- ħajja għal raġuni jew oħra. Huwa ċar illi l-prosperità futura u kontinwa ta' dan il- pajjiż ma jiddependix mid-dħul ta' darba ta' xi privatizzazzjoni jew ta' xi bejgħ ta' xi passaporti imma mill-għażliet illi jagħmel kif jifforma lil min ser jidħol fid-dinja tax-xogħol u x'tip ta' investiment li wieħed ser jinkoraġixxi. Il-kompetizzjoni hija ħarxa: riċentament, il-ministru tal- infrastruttura Taljan, Maurizio Lupi stqarr li bosta azjendi fir-reġjun tal-Lombardija qed jitħajru jmorru joperaw fil- Canton Ticino fl-Isvizzera illi jmiss miegħu. U anke hawn Malta min irid jinvesti jiġi mħajjar minn offerti ta' reġjuni oħra Ewropej. Qegħdin bejn in-nagħla u l-inkwina: fuq naħa għandek pajjiżi bħall-Bulgarija u r-Rumanija u anke l-Greċja b'salarji ta' €300 fix-xahar u fuq naħa oħra għandek postijiet fl-Ewropa li huma ferm eqreb is- swieq u bi produttività għolja. Meta wieħed iqis illi l-paga minima f 'pajjiż bħal Portugal hi ta' €475 fix-xahar u li l-prezz li Merkel kellha tħallas sabiex il-Partit Soċjaldemokratiku jappoġġja l-GrosseKoalition kien li l-Ġermanja ser ikollha wara l-2015 paga minima ta' €8.50 fis-siegħa, miżura li bosta istituti ekonomiċi Tedeski jikkunsidraw illi ser tikkontribwixxi għat-telf ta' impjiegi u meta wieħed jara illi bħala riżultat tal-politika ta' awsterità, pajjiżi bħal Spanja, Portugall u Greċja saru aktar kompetittivi u l-esportazzjonijiet tagħhom żdiedu ferm, pajjiżna jrid joqgħod ħafna attent illi ma jitlifx il-kompettività tiegħu imma li dejjem ifittex li jseddaqha. Dan irid isir b'bosta mezzi għax kull ħaġa illi tieħu l-ossiġnu mill-ekonomija tista' tispiċċa tifgaha. Qed ngħixu f 'dinja perikoluża u ħadd m'għandu jistrieħ fuq is-suċċessi tal-passat għaliex dak mhuwiex garanzija tal-futur. Ix-Xogħol Salmura tal-Ġisem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014