Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 D in hija diskursata bejn omm li għadha kemm skopriet li binha huwa omosesswali u li għandu sieħeb. Omm: Qatt ma bsarniha f 'mitt qamar. Missierek qiegħed jistħi joħroġ mill-għatba 'l barra. Jiena wiċċi mal-art għand tal-merċa għax ir-raħal kollu jgħid bina. X'mistħija... min jaf il-ġirien. Iben: Ma, jiena għandi ħajti tiegħi. Jiena naf x'qiegħed jgħid ir-raħal u x'qegħdin jgħidu l-ġirien. Iżda kun af, li fir-raħal hemm oħrajn bħali u forsi għadhom ma ħarġux fil-beraħ. It-tifel ta' Rosina bħali għandu partner. Bint Margerita taparsi marret tistudja barra, għandha partner mara u qiegħda tgħix Londra magħha. Jekk tgħidli kif naf, ngħidlek għaliex jiena u Peter morna noqogħdu għandhom... tiftakar is-sajf l-ieħor meta tlajt Londra! Omm (tidher maħsuda): Ma jimportanix minn ħadd ieħor. Jiena minnek jimportani. Missierek u jiena konna qegħdin naħsbu li xi darba kont ser tagħmilna nanniet. Aktar u aktar meta oħtok ma jistax ikollha tfal. Iben: Xi tridni nagħmel! Nitlaq lil Peter biex immur ngħix ma' mara li ma nistax inħobb biex naqtagħlkom xewqitkom li ssiru nanniet! Jiġifieri intom tridu li l-ħajja ta' emozzjonijiet tiegħi nfassalha biex nissodisfa lilek u lill-papà u jiena ngħix fid-deżert tal- imħabba... biex hekk... issiru nanniet intom! Dasqhekk tħobbuni inti u missieri li triduni ngħix gidba għal bqija TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI NAZZJONALIŻMU FALZ Il-perċezzjoni tan-nies inbidlet u l-PN taħt il-maestro l-ġdid qed jibda jidher bħala partit magħluq fil-kobba tal-għanqbut partiġġjan, mingħajr fidwa u mingħajr ir-rieda li jbiegħed lil Malta mill-politika tat-tribujiet gallinaeski. Dik tidher li hi l-vokazzjoni tal-PN "reformat radikalment." Kien hemm messaġġi biżżejjed mill-UE li l-każ dwar iċ-ċittadinanza f 'Malta hu ta' kompetent nazzjonali, issa li ntlaħaq kompromess ġenwin u Malta ħarġet b'rasha merfugħa. Imma Busuttil irid jibqa' jmarrad lill-partit li wiret bil- patoloġija ta' "nazzjonaliżmu" falz. JALIL F'MALTA Il-Libja ma tistax tieħu r-ruħ u l-kontradizzjonijiet jibqgħu jaslu minn żmien għal ieħor. Malta baqgħet implikata wkoll. Hekk kif is-CIA kienet qed tiddikjara li ma kinux il-Libjani wara l-każ notorju ta' Lockerbie, Mustafa Abdul Jalil wasal Malta biex jgħid il-kontra. Qal ħafna affarijiet oħra biex jgħatti x-xemx Maltija bl-għarbiel. Pereżempju, ridna nemmnu li qatt ma kien fiċ-ċirku ta' Gaddafi. U dan minkejja li kien imħallef u mbagħad ministru tal-Ġustizzja. Aktar minn hekk, Jalil qal li fiż-żmien li dam fil-Ministeru, qassam 2.7 biljun dollaru lil nies li sofrew xi inġustizzja. Fosthom kien hemm al-Meghrahi, li kien akkużat li sploda ajruplan tal- Pan Am fuq Lockerbie. Issa s-CIA stess qed tmeri lil Jalil, permezz ta' evidenza ġdida li ħarġet f 'dokumentarju intensiv u indipendenti trasmess fuq Channel 4 fir-Renju Unit. Skont l-eks PM Libjan Jalil, hu naturali li wara rivoluzzjoni, f 'pajjiż ikun hemm stat kaotiku. "Dan proċess naturali," ġie jiddikjara mal-Maltin. Dan mhu veru xejn. Ir-rivoluzzjoni li mexxa Gaddafi fl-1 ta' Settembru 1969, meta kellu biss 27 sena ma ratx qatra demm. La kien hemm milizji, jiġġieldu għall-poter, b'Ministri jikkombinaw mal-gruppi anarkiċi u lanqas suwiċidi bil- bombi. Jalil ġie jgħid li jaqbillu biss. Dak li ħalla barra jinkludi: bosta rapporti inkluż dawk ta' aġenziji bħall-BBC u Reuters li l-Libja post-Gaddafi saret pajjiż mingħajr kontroll; li l-milizji huma gruppi li ħadd mhu jsib tarf is-saħħa tagħhom; li l-pajjiż jinsab fi stat ta' anarkija kaotika; li l-"Gvern", effettivament hu koalizzjoni ta' gruppi b'rabtiet diversi mal-milizji; li l-BBC jirreferi għal Libja taħt Jalil bħala l-pajjiż tal-armi; li l-Ministeri jimpjegaw gruppi ta' nies armati biex jipprovdu s-sigurezza; li l-kaos qed joħloq straġi ekonomika, bi gruppi armati jimblukkaw l-esportazzjoni taż-żejt, imblokk li qed jiswa lill- pajjiż 130 dollaru kuljum. U ma tridx tinsa li l-milizji tant għandhom saħħa li kapaċi jaħtfu Ministru u jżommuh taħt arrest. Dażgur li f 'Malta ma qalx kollox Mustafa Abdul Jalil, eks-imħallef u Ministru taħt Muammar Gaddafi. IL-MAĠISTRAT U L-MEZZI TAX-XANDIR Il-maġistratura hi mħallsa (b'salarju u bonus qawwi) mit- taxxi tal-poplu. U għalhekk il-poplu għandu l-jedd kollu jkun jaf min huma l-imħallfin. Anki kif jiddevertu u x'jagħmlu fl-awli tagħhom meta mhux jisimgħu l-kawżi. Il-poplu għandu dritt ikun jaf ikunx għaddej il-whiskey jew jintefgħux is-sigaretti mal-art. U biex jinkixfu dawn l-atteġġjamenti indekorużi, hemm il-ġurnalisti. In-nies tal-mezzi tax-xandir huma l-professjonisti (bħalma suppost li huma professjonisti u serji l-maġistrati u l-imħallfin) biex jinfurmaw lill-poplu x'ikun għaddej fis-swali tal-Qorti, anke meta vojta. Anki l-bini tal-Qorti mhux ta' mħallef jew maġistrat imma tal-poplu. L-agħar li sar waqt jew wara l-festin li organizza l-maġistrat Peralta lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet hu li ordna l-arrest illeġittimu ta' ġurnalist li pprova jirrapporta x'kien għaddej. Hu dekoruż għal Malta li l-partiti politiċi, it-tlieta li huma ma qagħdux lura milli jesprimu d-diżgust u r-rabja tagħhom għall-imġiba tal-maġistrat ikkulurit. Il-każ jixhed ukoll li ma jistax ikun li m'hemm ħadd fuq il-maġistratura, li taħseb (jew ħallejnieha taħseb) li hi intokkabbli. Altru li teħtieġ reviżjoni dwar il-pretensjonijiet ta' ċerti "allat". Il-poplu mxabba', imma darrewh jiskot. U f 'dan il- kuntest ta' senzju l-mezzi tax-xandir għandha obbligu sagrosant. IL-KWESTJONARJU TAL- KURJA Suppost li l-Kurja bagħtet kwestjonarju lil "kull min hu mgħammed" biex jagħti l-fehma tiegħu / tagħha dwar it-tagħlim tal-Knisja Kattolika. Pjuttost eżerċizzju inutli għax żgur li l-Kurja Rumana, Maltija, eċċ. taf eżatt kif jaħsbuha l-fidili (din kelma li sar għandha konnotazzjonijiet pwerili). Il-kwestjonarju suppost imtela u wasal lura l-Kurja sal-aħħar tas-sena, imma ħafna lanqas biss irċevewh. L-eżerċizzju kien vizzjat minn diversi aspetti: • Il-mistoqsijiet oriġinali kienu "tqal wisq" u għall-Maltin kellhom jiġu "simplifikati". • It-traduzzjoni għall-Malti ma kinetx adegwata u lanqas tinftiehem biżżejjed. B'dawn in-nuqqasijiet elementari, xi prospetti għandu dan il-kwestjonarju. IL-PUSSY RIOT U L-EWROPA "RELIĠJUŻA" L-Ewropa dejjem kellha allerġija għal dak li għandu xeħta Russa. Il-perċezzjoni għandha x'taqsam, sal-lum ma' Lenin, Marx u Engels. Issa l-Ewropa qed tieħu rikba fuq il-kritika li ssir lil Putin. Khodorkovski u l-Pussy Riot saru vittmi ta' opppressjoni politika-reliġjuża. Il-wieħed m'għadux l-aktar bniedem sinjurun fir-Russja u l-Pussy Riot saru l-idoli tal-Punent. Imma l-Ewropa qed tkun falza. Liema pajjiż Ewro-Kristjan kien se jaċċetta żfin punk fuq il-presbiterju f 'katidral dedikat lil Kristu Salvatur? Biex ma ninsewx: l-Ewropa "reliġjuża" organizzat l-auto- de-fe, ħolqot lista ta' kotba ipprojbiti, ħarġet kundanni għall-mewt kontra l-eretiċi u baqgħet tiprojbixxi films, drammi u kotba sal-lum. Taħt Saqaf Wieħed H ekk jgħid il-qawl Malti għalkemm hemm min iżid illi l-għażż huwa balzmu. Imma nippreferi nagħfas fuq il-karattru pożittiv tax-xogħol. Verament nemmen illi huwa x-xogħol illi jiddefinixxi l-bniedem. Inħoss illi l-bniedem jitlef l-iskop f 'ħajtu jekk ma jkollux fiex jokkupa ruħu. Lanqas nifhem min iwarrab mir-responsabbiltà tad-dinja tax-xogħol. Bħalissa qiegħed nassisti sinjura illi tixtieq tissepara minn mar-raġel tagħha. Qed jgħixu f 'ambjent tassew fqir bid-dar qiegħda taqa' biċċiet. Qed jgħaddu biċ-ċekk ta' madwar €450 fix-xahar illi jirċievu bħala benefiċċju soċjali mill-gvern. Ir-raġel ilu tmintax- il sena ma jaħdem u dan żgur għax ma riedx isib xogħol, u biex tgħaqqad, qed iżomm lil martu milli taħdem ħalli jibqa' jirċievi r-relief. Imma minkejja illi jinsab f 'din is-sitwazzjoni, xorta għandu tliet mobiles biex joqgħod jilgħab bihom matul il-ġurnata. Sfortunatament, qed nisma' b'ħafna każijiet ta' nies li bħal dan ir-raġel jippreferu ma jaħdmux imma jgħixu bil- benefiċċji tal-gvern u d-dħul li jista' jkollhom baxx baxx. Għaldaqstant, għandi r-riservi tiegħi dwar kemm l-istatistika ta' nies li qed ifittxu x-xogħol hija indikatriċi reali tal-polz tal-ekonomija. Għalkemm is-sitwazzjoni ekonomika ma tantx tidher illi tjiebet mill- elezzjoni 'l hawn kif stennew ħafna, anzi possibilment baqgħet tiddeterjora, u ċertament dan jaffetwa l-impjiegi, huma bosta l-operaturi ekonomiċi illi mhumiex isibu ħaddiema u jkollhom iħaddmu barranin. Bosta huma l-barranin illi qegħdin jaħdmu fil-lukandi, fir-ristoranti, fil-qasam tat-tindif, u prattikament f 'kull settur tal- ekonomija. Jidher ċar illi aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-Maltin qegħdin jevitaw l-impjiegi f 'bosta oqsma illi ma jħallsux daqshekk li qed jimtlew mill- barranin illi minnhom m'hawn l-ebda nuqqas tagħhom ġejjin. F'nofsinhar, spiss immur niekol bukkun f 'post il-Belt. F'dawn l-aħħar xhur, kien qed iservini Spanjol li mbagħad inbidel minn Slovakka illi issa telqet biex tmur l-Ingilterra mal-għarus tagħha li huwa JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt NAZZJONALIŻMU FALZ Ix-Xogħol Salmura tal-Ġisem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014