Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 17 ma' Gianluca xitwa? Sajf X'jiffrustrak? Moħħ magħluq li mhux lest jinfetaħ għall-bidla għat- tajjeb u għall-opinjonijiet ta' min jixtieqlu l-ġid. X'ibeżżgħek? Ix-xitan Kemm hi importanti r-reliġjon f 'ħajtek u għalfejn? Nista' ngħid li r-reliġjon għandha parti essenzjali minn ħajti, għaliex ħafna mill-affarijiet li nagħmel matul il-ġurnata huma influwenzati b'mod qawwi mill-valuri nsara li għaddewli l-ġenituri tiegħi u persuni oħra li ħallew impatt sabiħ fuqi. Iktar milli fuq reliġjon, iktar inħobb nitkellem fuq ir- relazzjoni ma' Ġesu, għax hija proprju din ir-relazzjoni u din l-imħabba li tagħtini tant ħajja. Żgur li mingħajr Ġesu f 'ħajti, il-ħajja tkun tagħmel ħafna inqas sens, u nista' ngħid dan għax kien hemm drabi fejn kont 'il bogħod minnu u dejjem ħassejt il-vojt u n-nuqqas tal-veru mħabba. Huwa dan il-messaġġ li flimkien ma' ħafna minn sħabi nippruvaw ngħaddu lil żgħażagħ bħalna permezz ta' laqgħat fil-youth fellowship... li m'hemmx ħajja isbaħ minn dik ma' Ġesu. Kemm hi moħħha miftuħa Malta fejn tidħol moda? Kif diġà għidt dwar il- mużika, naħseb li fix-xena tal-arti Malta qiegħda tavvanza bl-istess rata ta' pajjiżi oħra u għalhekk anke l-moda miexja 'l quddiem. Hawn ħafna disinjaturi żgħażagħ promettenti li fl-aħħar qiegħdin jingħataw l-importanza li ħaqqhom. Għalhekk naħseb li iva, fejn qabel konna nqisu ruħna bħala 'moħħna magħluq' fejn tidħol moda, il-progress qiegħed isir f 'dan il qasam ukoll. Kemm tħobb lill-pajjiżek? Ħaaaaafna! Inqis lili nnifsi bħala patrijott, kburi ħafna li jien Malti! Għalkemm ma neskludix li xi darba nsiefer biex nistudja barra minn xtutna, naf li qatt mhu ser inkun kapaċi ngħix għal żmien twil 'il bogħod minn Malta. Għandi qalbi marbuta mal-kultura, il-familja, il-ħbieb, l-ikel u l-klima... għalekk żgur li rrid ngħix hawnhekk. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Għalija s-suċċess fil-ħajja huwa meta wieħed jikseb il-veru paċi u ferħ fil- ħajja tiegħu u ta' dawk li jħobb. Jien nipprova nsib dan permezz ta' bilanċ bejn xogħol, divertiment, relazzjonijiet tajba ma' familja u ħbieb, fuq kollox ma' Ġesu. L-iktar darba li stħajt? Meta kont qed inkanta fuq programm tat-televiżjoni r-Rumanija u ħarġet żeffiena tiżfen miegħi fuq is-set... għal iktar dettalji fittxu l-video fuq Youtube !! Il-Futur ta' Gianluca.... Bħalissa qiegħed naħdem fuq album ġdid mal-band tiegħi Funk Initiative. Barra minn hekk dalwaqt noħroġ xi singles mill-album 'Waiting for Tomorrow' li ħriġt f 'Awwissu tal-2013. Qiegħed nistudja biex nagħmel xi eżamijiet tal-mediċina biex nibqa' navvanza f 'dan il-qasam ukoll. Għandi ħafna ħolm ieħor bħal ma huma li jkolli familja sabiħa, li jkolli ċ-ċans indur id-dinja, li nkompli niżviluppa t-talenti tiegħi... pass pass. Żieda fl-attakki u t-theddid fuq il-ġurnalisti ILKUNFIDENZJALITÀ tas- sors hu wieħed mil-libertatijiet ġurnalistiċi garantiti bis-saħħa tal-liġijiet ta' pajjiżna, fosthom l-Att dwar l-Istampa. L-istatistika miġbura mill- Kummissjoni Ewropea turi li fl-2012 kien hemm mal-2,000 ġurnalist mhedda jew attakkati fiżikament. Barra minn hekk, 28 ġurnalist ġew maħtufa u madwar 900 ġurnalist ġew arrestati fid-dinja matul is-sena 2012. Dawn iċ-ċifri juru kif ir-rwol tal-ġurnalisti bħala l-għassiesa tad-demokrazija, qiegħed dejjem jiġi mhedded. Mhux biss eluf ta' ġurnalisti tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-kriżi iżda huma f 'riskju kostanti li jiġu arrestati, maħtufa jew saħansitra maqtula. Il-Parlament qiegħed jaħdem fuq inizjattivi sabiex isaħħaħ il-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni. Skont stħarriġ tal- Eurobarometer, nofs l-Ewropej m'għandhomx fiduċja fit- televixin u fl-istampa miktuba. Wara li f 'dawn l-aħħar xhur rajna żieda qawwija fil-vjolenza fuq il-membri tal-istampa, kif ukoll numru ta' prosekuzzjonijiet minn uffiċjali tal-Gvern u aġenziji tas-sigurtà, in-Niġerja ħarġet bħala l-iktar pajjiż perikoluż għall-mezzi tax- xandir fl-Afrika wara s-Somalja. Dan l-istħarriġ sar mill-Kumitat biex jipproteġi l-Ġurnalisti u wera kif mill-2009 'l hawn inqatlu ħames ġurnalisti fuq xogħolhom fin-Niġerja. Ayode Longe, uffiċjal għoli mal-Media Rights Agenda, grupp favur il-libertà tal- istampa fin-Niġerja, qal li ħafna drabi l-investigazzjonijiet marbuta ma' dawn id-delitti jsiru bi traskuraġni kbira. "L-investigazzjonijiet dwar il- qtil tal-ġurnalisti jsiru b'numru ta' nuqqasijiet u ħadd ma jitressaq il-qorti," kien ikkwotat jgħid fir-rapport. Hija ħasra li f 'diversi pajjiżi l-ġurnalisti għadhom jiġu mhedda u mżebilħa. Agħar minn hekk, għadek tiltaqa' ma' każijiet fejn l-awtoritajiet jiddefendu lill-ħatja u mhux lil min wettaq reat. Din hi inaċċettabbli u għandu jsir sforz sabiex il-libertà tal- informazzjoni u l-mezzi tax- xandir tissaħħaħ kullimkien. Jintemm ir-renju tiegħu