Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
16 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 16 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 Ħames Minuti ma' Gianluca Kif qed tħossok issa li r-renju tiegħek ser jispiċċa hekk kif intagħżlet il- kanzunetta li jmiss sabiex tirrappreżenta lill-pajjiżna fil-Eurovision? Ma nħossx li qatt kelli 'renju', għalhekk ma nistax ngħid li dan se 'jispiċċa'. Kienet sena mill-isbaħ, mimlija b'varjetà ta' impenji bejn ix-xogħol (l-isptar) u l-mużika. Jien sodisfatt u kuntent ħafna li għext din is-sena mill-aħjar mod li stajt mingħajr ma ħallejtha tinfluwenzali wisq ir- relazzjonijiet mal-persuni l-iktar viċin tiegħi. Inħoss li kbirt ħafna matul din is-sena, mhux biss mil-lat ta' mużika imma anke mill-karattru. Kien u għadu pjaċir kbir li nattendi diversi okkażjonijiet fi rħula madwar Malta, kif ukoll li niltaqa' ma kull tip ta' nies li ferħuli kull fejn mort. Nista' ngħid li nħoss ferħ u sodisfazzjon kbir meta nħares lura u nara li flimkien ma' sħabi għamilt isem tajjeb għal Malta f 'dan il-festival. Issa li din is-sena spiċċat, beħsiebni nuża dak kollu li għamilt bħala 'springboard' għall-karriera ta' kantant, kif ukoll dik bħala tabib. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Sabiħa X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Għandi 24 sena, u ma nafx kemm baqagħli x'ngħix... però naf żgur illi illum qiegħed hawn allura rrid nagħmel l-aħjar li nista' biex inkun kuntent illum qabel għada. Kuntent billi nagħmel l-affarijiet li nieħu gost nagħmel u fl-istess ħin nagħmel li nista' biex inferraħ lill-oħrajn, jekk hux xogħol jew kant, jew sempliċiment ħarġa mal-ħbieb jew tal- familja. Dik hi l-attitudni tiegħi lejn il-ħajja fi ftit kliem. Hemm ċans li xi darba nirbħu l-Eurovision? Żgur. Il-livell ta' mużika f 'pajjiżna issa laħaq dak tal-bqija tad-dinja għalhekk nemmen li ma baqax wisq sakemm il-Eurovision jiġi Malta. L-ewwel pass diġà wettqitu Gaia fil-Junior Eurovision. Esperjenza partikolari li kellek waqt il-Eurovision is-sena l-oħra u li tibqa' tiftakar… Kien hemm ħafna mumenti li nibqa' niftakar għal għomri kollu, speċjalment kull sekonda li qattajna fuq il-palk ta Malmo. Żgur li l-iktar mument indimentikabbli huwa meta smajna isem 'MALTA' jitħabbar mal- għaxar finalisti fis-semifinali ġewwa Malmo. Nista' ngħid li dak il-ħin kien l-iktar mument li ħassejtni kburi li jien Malti! X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Żgur li kieku ma kellix flus, il-ħajja kienet tkun ħafna iktar diffiċli, u kieku żgur illi ma jkunx possibbli li nagħmel ħafna mill-affarijiet li nieħu gost nagħmel... għalhekk il-flus intihom l-importanza li ħaqqhom. Però żgur li qatt mhu ser jikkontrollawli ħajti, għax qatt ma kont u żgur li qatt mhu ser insir rgħib għall- flus. Naħdem biżżejjed biex ngħaddi u ngħix f 'kumdità moderata. Dejjem irraġunajt li ma jiswa xejn li jkollok ħafna flus jekk mhux ser tħalli ċans biex tgawdihom. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Ma tantx nifhem fil-kaċċa u mhux suġġett li nsegwi wisq dwaru X'tippreferi: is-sajf jew ix-