Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 SPORTSillum Sliema Wanderers jiksbu r-raba' rebħa konsekuttiva Balzan jitilfu iżda jagħmluha mal-ewwel sitta Valletta................. 1 Balzan .................. 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT GĦALKEMM tilfu bl- iskor minimu ta' 1-0 kontra Valletta, Balzan xorta rnexxielhom jagħmluha mal-ewwel 6 fiċ-Championship Pool, hekk kif Naxxar Lions tilfu bl-iskor ta' 3-0 kontra Hibernains, liema logħba ntlagħbet fl-istess ħin. Kienu Valletta li ħarġu fuq l-offensiva meta wara biss 10 minuti logħob, Manuel Bartolo wettaq save tajjeb fuq daqqa ta' ras ta' Hamza Barry wara li dan irċieva minn cross mix- xellug ta' Abdelkarim Nafti. Minuta biss wara, Balzan resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Calcado seraq ballun lil Steve Borg, għadda lejn Jose Luis Armario Negrin li dar mal-goalkeeper iżda tefa' barra quddiem lasta vojta. Fit-22 minuta, wara ġirja tajba fuq il-linja leminija, Hamza Barry irċieva tajjeb minn kross ta' Steve Borg li madankollu kien sfortunat li laqat sieq il-lasta. Bartolo reġa' kien l-eroj għal Balzan minuta minn tmiem l-ewwel taqsima permezz ta' save tajjeb ieħor fuq daqqa ta' ras ta' Jean Pierre Mifsud Triganza wara li rċieva minn cross ta' Nafti mix-xellug. Fit-78 minuta, Calcado żmarka lil Armario Negrin iżda x-xutt mill-viċin ta' dan ġie mblukkat minn Revishvili. Valletta rnexxielhom jitftħu l-iskor fl-84 minuta, grazzi għas-sostitut Aziz Corr Nyang li kkonkluda azzjoni personali permezz ta' xutt b'saħħtu li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Manuel Bartolo. Valletta Revishvili, Caruana, Borg, Fenech, Agius (Montebello 79') , Mifsud Triganza (Maisuradze 89'), Briffa, Seun, Barry, Bajada, Nafti (Nyang 68') Balzan Bartolo, Grioli, Magro, Dos Santos, Grima, Sciberras, Micallef (Darmanin 85'), McKay (Aboulezz 85'), Dos Santos Calcado, Bilbao Zarate, Armario Negrin Referee Adrian Azzopardi RYAN FENECH Twieled fl-20 ta' April 1986 fil-Ħamrun Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Ħa l-faxxa tal-captain ta' Valletta mingħand Roderick Briffa matul dan l-istaġun Huwa plejer fundamentali kemm ta' Valletta kif ukoll tat-tim nazzjonali Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Valletta u sa issa kien wieħed mill- aħjar plejers Maltin fil-Kampjonat BOV Premier Rabat A. ............. 1 Sliema W. ........... 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT SLIEMA Wanderers kisbu r-raba' rebħa konsekuttiva meta wara li kienu minn taħt għelbu lil Rabat Ajax bl-iskor ta' 2-1. Kienu l-Wanderers li ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota wara biss 10 minuti logħob meta tentattiv ta' Vladavic għadda ftit barra. Tmien minuti wara, daqqa ta' ras ta' Bianciardi ġiet newtralizzata minn Velimirovic mgħejjun mill-mimduda. Rabat Ajax fetħu l-iskor fl-40 minuta meta minn kross mil-lemin, Diego Carrillo kkontrolla tajjeb il-ballun, dar ma' difensur, qabel għeleb lil Glenn Zammit. Żewġ minuti biss wara, Velimirovic salva lill- Magpies meta mblokka f 'corner xutt mix-xellug minn Admir Vladavic. Mas-siegħa logħob, Ryan Micallef ikkonkluda azzjoni personali permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa li iżda stampa mal-wieqfa. Għaxar minuti wara, liemaWanderers ġabu l-iskor indaqs meta minn assist ta' Ivan Woods mix-xellug, xutt mill-ewwel ta' Matias Muchardi ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Rabat Ajax, Pavle Velimirovic. Disa' minuti minn tmiem id-90 minuta, Velimirovic reġa' kien l-eroj għall- Magpies meta dawwar f 'corner xutt sabiħ ta' Woods minn barra l-kaxxa. Mill-corner li rriżulta, ix-xutt fil-baxx ta' Stanley Ohawuchi intemm fix-xibka biex ta rebħa mistħoqqa lill- Wanderers. Rabat A.: Velimirovic, Gauci, Azzopardi, Falzon, Carapic, Caruana, Carrilo Pendas, Oproiescu (Vella 87'), Micallef (Borg 75'), Licari, Bajada Sliema W.: Zammit, A. Muscat, Borg, Ohawuchi, Gatt Baldacchino, Woods (Farrugia 86'), Cilia, Muchardi, B. Muscat (Xuereb 63'), Bianciardi, Vladavic Referee Trustin Farrugia Cann STANLEY OHAWUCHI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-27 ta' Mejju 1990 fin- Niġerja Ingħaqad ma' Sliema Wanderers matul l-istaġun li għadda Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 8 ta' Frar Liverpool vs Arsenal 5-1 Aston V. vs West Ham U. 0-2 Chelsea vs Newcastle U. 3-0 Crystal P. vs WBA 3-1 Norwich C. vs Manchester C. 0-0 Southampton vs Stoke C. 2-2 Sunderland vs Hull C. 0-2 Swansea C. vs Cardiff C. 3-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premiuer Il-Ħadd 9 ta' Frar 14:30 Tottenham H. vs Everton 16:00 Manchester U vs Fulham Riżultati Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 8 ta' Frar Fiorentina vs Atalanta 2-0 Udinese vs Chievo V. 3-0 Fixtures Kampjoant Serie A TIM Il-Ħadd 9 ta' Frar 12:30 Torino vs Bologna 15:00 Hellas Verona vs Juventus 15:00 Lazio vs Roma 15:00 Livorno vs Genoa 15:00 Parma vs Catania 15:00 Sampdoria vs Cagliari 20:45 Inter vs Sassuolo YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Liverpool jumiljaw lil Arsenal u Manchester City miżmuma minn Norwich City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014