Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Birkirkara jegħlbu lil Vittoriosa Stars bla tbatija Paul Fenech iawljat minn plejer ta' Vittoriosa Stars, b'Ryan Scicluna attent isegwi l-azzjoni mill-viċin Vittoriosa S .............1 Birkirkara ................4 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BIRKIRKARA ma tantx tħabtu biex għelbu lil Vittoriosa Stars bl- iskor konvinċenti ta' 4-1. Permzez ta' din ir- rebħa huma kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika fi tmiem l-ewwel rawnd tal-kampjonat. Żgur li din ir-rebħa għolliet bis-sħiħ il-moral tal-iStripes wara t-telfa ta' 2-1 kontra l-arci-rivali eterni, Valletta nhar il-Ħadd li għadda. Min-naħa l-oħra Vittoriosa Stars iridu juru logħob aħjar jekk iridu jevitaw ir-relegazzjoni għall- Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni fi tmiem dan l-istaġun. Għall-iStripes kellhom logħba ferm tajba s-solitu Shola Shodiya Haruna li skorja żewġ gowls fil-logħba, kif ukoll Mendoza, Temile u Paul Fenech. L-iStripes fetħu l-iskor fit- 12 –il minuta permezz tad- difensur Alejandro Mendoza Corujo. Fil-35 minuta huma rduppjaw l-iskor permezz tal-attakkant prolifiku Niġerjan Shola Shodiya Haruna u fid-59 minuta l-istess plejer għamel l-iskor 3-0 favur it-tim tiegħu biex b'hekk skorja doppjetta personali fil-logħba. Fit-63 minuta s-solitu Marcelo Pereira naqqas il-marġni tal-iskor għal Vittoriosa Stars. L-attakkant Frank Temile għamel l-iskor fianli 4-1 favur Birkirkara fid-90 minuta. Vittoriosa S.: Muscat, Brincat, Arab (Vella Critien 55'), Camilleri, Sidibe, Buttigieg, Guerrero, Santaguida (Garcia 70'), Pereira, Arriagada Mella (Sammut 85'), Spiteri Birkirkara: Haber, Fenech, Mendoza, Bissi (Zerafa 64'), Temile, Sciberras (Borg 88'), Sciberras, Zerafa, Shola Shodiya Haruna, Muscat, Benites (Calheira Seara 62') Referee Philip Farrugia SHOLA SHODIYA HARUNA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fin-Niġerja Ingħaqad ma' Birkirkara fl-20 t'Awwissu 2011 Inġieb f'Malta minn Mqabba FC u wara kellu esperjenzi qosra ma' Qormi u Floriana qabel ingħaqad ma' Birkirkara