Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 SPORTSillum SPORTSillum Naxxar L ..................0 Hibernians ..............3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT HIBERNIANS kisbu rebħa tajba ta' 3-0 kontra Naxxar Lions biex b'hekk ikkastigaw lil dan it-tim għar-Relegation Pool. Kienu l-Pawlisti li kif mistenni ħarġu fuq l-offensiva meta Obiefule ra lil Azzoaprdi jsalva tentattiv tiegħu b'siequ waqt li ftit wara l-plejer żagħżugħ Jurgen Degabriele ra x-xutt tiegħu jgħaddi barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper tal-Lions. Ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima Naxxar Lions setgħu fetħu l-iskor meta Terrence Scerri rċieva tajjeb mingħand Da Silva iżda x-xutt tiegħu ġie milqugħ tajjeb mill-goalkeeper ta' Hibs, Borg, u mir-rebound Stojanovic ra t-tentattiv minn daqqa ta' ras jgħaddi għoli. Fid-59 minuta Degabriele approfitta minn żball ta' De Souza fid-difiża, għadda lejn Edison Luis dos Santios li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Azzopardi. Fit-62 minuta Hibs fallew ċans tajjeb meta Azzoaprdi dawwar tajjeb f 'corner tentatttiv ta' Obiefule. Finalment Hibs fetħu l-iskor fid-79 minuta meta Edison Luis dos Santos għadda l-ballun lejn Andrew Cohen li tefa' kross fil-kaxxa lejn Obinna Obiefule li waħdu tefa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Fit-86 minuta Hibs qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Johann Bezzina hekk kif dan kien l-aħħar raġel meta' waqqa' lil Vignjevic hekk kif dan deher javvanza fil-kaxxa. Madankollu, din it-tkeċċija ma ħallietx effett negattiv fuq Hibs hekk kif huma setgħu jirduppjaw l-iskor fit-88 minuta meta Obiefule rċieva tajjeb minn freekick ta' Cohen, dar mal-goalkeeper, iżda sab lil Reano li kien l-eroj għat-tim tiegħu hekk kif salvahom minn gowl ċert. Iżda l-istess Obiefule kellu jsib ix-xibka żewġ minuti biss wara meta wara ġirja tajba tefa' l-ballun wara Julian Azzopardi. Jidher li l-Pawlisti ma kinux kuntenti bizzejjed b'dan l-iskor ta' 2-0 hekk kif fil-ħin miżjud skorkjaw it-tielet u l-aħħar gowl fil-logħba meta Obiefule rċieva tajjeb mingħand is-sostitut Cohen, għadda lejn Jurgen Degabriele li dar mal- goalkeeper u tefa' ġewwa. Naxxar L.: Azzopardi, Bakare, Debono, Buhagiar, Cassar (Bonnici 84'), Falzon, De Souza, Reano, Rocha Da Silva (Vignjevic 75'), Scerri, Stojanovic Hibernians: Borg, Radusinovic, Pearson, Chircop, Tabone Desira, Bezzina, Kristensen, Bartolo (Cohen 67'), Dos Santos (Scerri 90'), Obiefuele, Degabriele Referee Malcolm Spiteri Ritratt: Ray Attard OBINNA OBIEFULE Twieled fis-7 ta' Jannar 1988 fin- Niġerja Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Barra Hibernians, f'Malta lagħab ukoll ma' Ħamrun Spartans, Marsaxlokk u Mosta Hibs jikkastigaw lil Naxxar Lions għar-Relegation Pool Taħwida fuq il-lasti ta' Naxxar Lions diżi minn Julian Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014