Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 SPORTSillum It-tim nazzjonali tan-nisa lest biex jisda lis-Serbja NHAR il-Ħamis li ġej it- tim nazzjonali tan-nisa se jkun involut f 'konfront diffiċli kontra s-Serbja, liema logħba tibda fis-2pm u se tintlagħab fil-Grawnd taċ-Ċentinarju fejn id-dħul għaliha huwa b'xejn. Din il-logħba hija valida minn Grupp 3 ta' Kwalifikazjoni għat-Tazza tad-Dinja tan- Nisa li se ssir fil-Kanada fl-2015. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-kowċ ferm ħabrieki tat-tim nazzjonali tan-nisa, Pierre Brincat, li f 'April li għadda wassal lill-istess tim nazzjonali għal rebħiet storiċi fejn irnexxielu anki jikseb kwalifikazzjoni storika għar- rawnd ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tan-nisa wara li rebaħ il- mini-turnament fir-Rawnd Preliminari ta' Grupp A wara li fl-aħħar logħba għeleb lil- Latvja bl-iskor ta' 2-0. Brincat saħaq li: "Hekk kif issa l-logħba tagħna kontra s-Serbja tinsab wara l-bieb, ilna nippreparaw għaliha billi nitħarrġu darba f 'ġimgħa nhar ta' Ġimgħa waqt li lgħabna wkoll numru ta' logħbiet ta' ħbiberija kontra subien ġejjin minn timijiet nazzjonali ta' taħt is-17-il sena. Wara l-logħob li n-nisa kienu involuti fihom mal- klabbs rispettivi tagħhom nhar it-Tlieta li għadda, minn nhar il-Ħamis il-plejers li jilagħbu mat-tim nazzjonali bdew ikunu mal-iskwadra nazzjonali għall-aħħar preparazzjonijiet. Is-Serbja huwa tim tajjeb ħafna teknikament, għalkemm kellhom xi riżultati mħallta. Huma ġew dro kontra d-Danimarka u mbagħad tilfu kontra l-Iżrael, għalkemm kienu sfortunati f 'dik il- logħba. Aħna ninsabu konxji mill-qawwa tat-timijiet kollha li se nilagħbu kontrihom, iżda l-plejers tiegħi se jiġġieldu għal kollox kif dejjem għamlu u rridu nakkwistaw ir-rispett minn dawn it-timijiet kollha tal-ogħla livell billi ntuhom sfida denja. Din l-esperjenza se tgħinna nimmaturaw ilkoll flimkien u ntejbu l-livell tal- logħba tagħna." It-tim nazzjonali tan-nisa jaspira li jkollu riżultat pożittiv kontra s-Serbja nhar il-Ħamis li ġej Tispikka fi Franza iżda tikkunsidra tiġi lura Malta ILPLEJER internazzjonali tal-basketball, Josephine Grima, qiegħda tikseb suċċess liema bħalu fi Franza ma' IFS, fejn bħalissa dan it-tim għall-ewwel darba fl- istorja tiegħu jinsab fit-tielet post tal-kampjonat. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' din il-plejer fejn talabha rendikont dettaljat tal- andament tal-istaġun sa issa għat-tim tagħha u kif qed tħares lejn il-futur tagħha kemm ma' dan it-tim kif ukoll jekk hux qed tippjana li tibqa' tilgħab f 'dan il- pajjiż jew jekk għandhiex pjanijiet li tirritorna tilgħab fi xtutna. Grima qalet li: "Nhar is-Sibt l-1 ta' Frar kellna logħba importanti kontra Francoville li jinsabu fl-ewwel pożizzjoni, fejn irnexxielna nagħmlu l-istorja għall-klabb minħabba li jinsabu fit-tielet post fil- kampjonat waħedna. Dan għax il-klabb qatt ma kien f 'din il-pożizzjoni daqshekk għolja fil- kampjonat. Dan ifisser li jekk nibqgħu nilagħbu tajjeb u nibqgħu nirbħu nistgħu nagħmluha sal-playoffs. Il- playoffs ma kinux l-objettiv tal-klabb iżda ġaladarba tkun viċin tagħhom, kif tista' tirrifjutahom jew ma taspirax għal iktar minn hekk? Bħalissa xi plejers tagħna qegħdin isofru minn injuries iżda qed jirnexxielna nitħarrġu xorta waħda bħala tim fejn qed ninqasmu mat- tim tal-juniors. Ninsab konxja li l-klabb huwa kuntent bis-servizzi tiegħi mhux biss minħabba l-istil tal-logħob tiegħi iżda wkoll għall-professjonalità tiegħi u l-esperjenza li għalija hija xi ħaġa ta' unur kbir. Probabilment fil-viċin se jkolli laqgħa mal-klabb rigward il-futur tiegħi matul is-sena d-dieħla, biex nikkunsidra l-għażliet li għandi. Ovvjament, dan ma jfissirx li nagħlaq il-bibien għal opportunitajiet oħra li jistgħu jiġuni. Qed nikkunsidra wkoll opportunitajiet ma' klabbs oħra kif ukoll l-idea li nirritorna nilgħab f 'Malta waqt li nagħmel affarijiet oħra f 'ħajti fosthom li nistudja. Se tkun għażla diffiċli, speċjalment meta diġà jeżistu persuni mill-klabb li qed nilgħab miegħu fi Franza jipprovaw jikkonvinċuni biex nirrifletti sew rigward il-futur tiegħi. Iżda finalment inħalli din il- problema jekk tista' ssejħilha hekk, jew aħjar dilemma, għal meta jkun iż-żmien opportun." Josephine Grima tħalli l-bibien kollha miftuħa għall-possibiltajiet ġodda l-karriera tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014