Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 200 persuna għadhom nieqsa mill-2004 JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILPULIZIJA għandha mitejn persuna ddikjarati nieqsa fl-aħħar għaxar snin. Dawn għadhom ma nstabux, b'nofshom ikunu rrappurtati nieqsa s-sena l-oħra. Minn informazzjoni li kisbet din il-gazzetta jirriżulta li matul l-2013 kien hemm 547 persuna rrappurtati nieqsa, b'għaxra minnhom jinstabu mejta. Fl-aħħar għaxar snin, it- total ta' rapporti kien kważi jlaħħaq l-4,000. "Il-maġġoranza ta' dawk li jkunu ddikjarati nieqsa lil Pulizija jkunu ġa ħarbu minn pajjiżna b'xi passaport mingħajr mal-awtoritajiet ikollhom traċċa ta' dan," qal Eddie Attard, eks uffiċjal tal-Pulizija u awtur ta' bosta kotba relatati mal-qasam tal-kriminalità. "Imbagħad għandek numru sostanzjali li jkunu nieqsa għal ftit żmien qabel jirritornaw minn jeddhom. Iżda għandek ukoll numru ta' persuni li ma jirritornawx għax ikunu maqtula," qal Attard. Jirriżulta li fl-aħħar għaxar snin kien hemm 43 każ li l-ewwel kienu rrappurtati nieqsa mbagħad instab il- katavru tagħhom. Iżda hija possibbiltà li minn dawk il-mitejn li għadhom nieqsa hemm numru li nqatlu u qatt ma nstabu? "Ma naħsibx, almenu mhux dawk ta' nazzjonalità Maltija. Delitti lokali huma każijiet rari meta kkumparati ma' barra," spjega Attard. Dan mhuwiex xi fenomenu ġdid, kif jixhdu direttivi tal- Pulizija li saħansitra jmorru lura 40 u 50 sena. Passat jew preżent, l-aktar raġunijiet komuni jibqgħu l-istess bil-maġġoranza jkunu frott ta' kwistjonijiet familjari. Attard jgħid kif dan jikkonferma għalfejn il-parti l-kbira tal-każijiet ikunu jikkonċernaw żgħażagħ. "Fost l-ewwel każijiet insibu kif tfajliet Maltin kienu jaħarbu minn Malta bl-għajnuna tal-baħrin - Provision of Application Services – T003/14 Data ta' ħruġ: 31 ta' Jannar 2014 / Data ta' għeluq: 12 ta' Marzu 2014 Il-MITA ser torganizza Clarication Meeting f 'Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda nhar it-Tlieta 18 ta' Frar 2014 fl-10.00 ta' filoghdu (CET ). Operaturi Ekonomiċi li huma interessati jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota tal-workshop li se jkun organizzat fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana, nhar il-Ġimgħa 14 ta' Frar d-9.00 ta' logħdu (CET ). F'dawn il- workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Ħaġar Qim l-aktar sit storiku popolari SKONT informazzjoni li ħarġet mill-Parlament din il-ġimgħa, it-tempju ta' Ħaġar Qim huwa l-aktar sit storiku popolari. Infatti, matul is-sena li għaddiet huwa stmat li żaruh kważi 120 elf persuna, żieda ta' ħames t'elef fuq l-2012. L-entratura normali għal dan is-sit storiku dinji hi ta' €9, u matul is-sena li għaddiet kienu biss madwar 6,000 li daħlu mingħajr ħlas. It-tempju tal-Imnajdra jinsab biss 500 metru 'l bogħod minn dan it-tempju, iżda madankollu ġibed 30 elf viżitatur inqas minn Ħaġar Qim. Dan minkejja li l-istess biljett ta' entratura għal Ħaġar Qim huwa validu wkoll għall-Imnajdra. Matul is-sena li għaddiet, dan it- tempju ġibed lejh aktar minn 83 elf persuna. Skont statistiċi mogħtija mill-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella, Għar Dalam, l-eqdem sit preistoriku f 'Malta ġibed lejh 42,700 viżitatur, filwaqt li l-Palazz tal-Inkwiżitur ġibed aktar minn 40,000 persuna matul l-2013. Biex jara dawn l-attrazzjonijiet, adult mitlub iħallas somma nominali ta' €5-€6. Ikkumparati ma' dawn is-siti storiċi, il-Forti Rinella jidher li jbati min-nuqqas ta' popolarità. Is-sena li għaddiet ġibed 'biss' għaxart elef ruħ. Ta' min jinnota li fil- maġġor parti ta' dawn is-siti, kienet reġistrata żieda regolari fin-numru ta' viżitaturi matul l-aħħar ħames snin. Eċċezzjoni partikolari hi dik dwar l-Imnajdra u Ħaġar Qim fl-2009, bin-numri jonqsu drastikament minħabba li kien qed isir xogħol fuq tinda li tipproteġi t-tempji. Matul l-2013, Ħaġar Qim kellu 120 elf viżitatur Sena Rapporti Għadhom Misjuba Misjuba Maltin Barranin nieqsa mejta 2003 216 0 215 1 198 18 2004 258 1 254 3 206 52 2005 261 3 253 5 246 15 2006 316 1 134 1 100 36 2007 360 2 356 2 241 119 2008 474 3 466 5 263 211 2009 391 18 371 2 263 128 2010 431 28 401 2 286 145 2011 461 15 440 6 267 94 2012 409 26 376 6 284 125 2013 547 104 433 10 231 316 Toroq fi stat tal-biki fiż-Żona Industrijali ta' San Ġwann Ġensna għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILGAZZETTA ILLUM tinsab infurmata li bħala parti mill-festi tal-50 anniversarju tal-Indipendenza, il- Gvern beħsiebu jtella' r-rock opera Ġensna, li hi assoċjata mal-Partit Laburista ta' żmien it- tmenijiet u l-festa tal- Ħelsien. Ikkuntattjat minn din il- gazzetta, kelliem għall-gvern ikkonferma li se tittella' din ir-rock opera aktar tard din is-sena. Iżda rrifjuta milli jirrispondi meta mistoqsi jekk dan hux se jsir waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal- Indipendenza. Ma rrispondiex lanqas min se jkun responsabbli għall- produzzjoni tagħha. Hu prevedibbli li jekk il-Gvern jibqa' għaddej fuq dan il-ħsieb żgur li mhux se tinżel tajjeb mal-Partit Nazzjonalista, li fil-jiem li għaddew waqqaf kumitat apposta nkarigat miċ- ċelebrazzjonijiet tal-Partit għal dan l-anniversarju. Ġensna kienet ittellgħet l-ewwel darba fl-1979, u kienet tikkonċerna l-istorja ta' Malta bil-quċċata tintlaħaq bil-kisba tal- ħelsien fl-istess sena. Ir-rock opera kienet reġgħet ittellgħet fl- 2009 biex tfakkar it-30 anniversarju tal-Ħelsien. TRIQ diżastruża, sitwazzjoni tal-biki u perikoluża; taħsbek miexi fuq il-qamar; xbajna. Dawn huma ftit mill-frażijiet li bosta ħaddiema jużaw sabiex jiddeskrivu l-miġja tagħhom minn din iż-żona. Ir-responsabblità taż-Żona Industrijali ta' San Ġwann hi f 'idejn il-Gvern Ċentrali. Kelliem għall-Kunsill Lokali afferma dan u enfasizza li dan hu reponsabbilità tal- Malta Industrial Parks Ltd. Il-Malta Industrial Parks Ltd. hi responsabbli mill-amministrazzjoni u l-manutenzjoni ta' varji żoni industrijali u l-fabbriki li jinsabu f 'dawn iż-żoni. L-istat ħażin tat-toroq huwa ta' periklu għal kull min jgħaddi minn dawn l-akkwati. Persuni li jagħmlu użu minn din iż- żona qalulna li minkejja li għal diversi drabi appellaw lill-awtoritajiet, dawn qatt ma ħadu azzjoni." Din is-sitwazzjoni ilha hekk għal diversi xhur. Minn ġimgħa għal oħra tiżdied xi ħofra. Issa saret sitwazzjoni perikoluża mmens għalina," spjega ħaddiem li kuljum jgħaddi minn din iż-żona. "Kissirtha karozza," kompla dan il-ħaddiem, "u qisu ħadd ma jrid jagħmel xejn sabiex jirranġa din it-triq."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014