Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 SPORTSillum Pjanic jista' jieħu post Xavi ILPLEJER ta' nofs il- grawnd ta' Roma, Miralem Pjanic, ma telaqx lil Roma f 'Jannar iżda huwa mistenni li jħalli lill-GialloRossi fis-sajf li ġej hekk kif hemm interess fih kemm minn Paris Saint-Germain u l-iktar minn Barcelona fejn huwa mistenni li jieħu post Xavi. Pjanic kien viċin li jingħaqad mat-tim Franċiż matul ix-xahar li għadda iżda t-trasferiment ta' Yohan Cabaye mingħand Newcastle United għal magħhom għas- somma ta' €24 miljun saħħet bizzejjed nofs il-grawnd ta' 'Les Parisiens', u għalhekk m'għamlu l-ebda offerta għal Pjanic. PSG taw prijorità lil Cabaye biex isaħħu nofs il-grawnd hekk kif il-Giallorossi talbu s-somma kbira ta' xejn inqas minn €55 miljun għal Pjanic wara l-forma impressjonanti tiegħu fis-Serie A, iżda Laurent Blanc huwa mistenni li jirritorna b'offerta ġdida għal dan il-plejer iktar tard matul din is-sena. Il-plejer ta' 23 sena qed jissemma' wkoll li jista' jieħu post Xavi fin-Nou Camp ma' Barcelona, li qed jikkunsidraw dan it-trasferiment bi bdil fis- sajf li ġej għal dan il-plejer ċentrali ta' nofs il-grawnd. Xavi, li għandu 34 sena, qed jissemma' li jista' jmur jilgħab fil-Major Soccer League fl- Istati Uniti iktar tard matul din is-sena jew matul is-sena d-dieħla fejn ikun qed itemm il-karriera tiegħu hemmhekk u Pjanic jidher li huwa l-kontendent ewlieni biex jieħu post il-plejer veteran Spanjol. Il-wasla tal-plejer Radja Nainggolan mingħand Cagliari ħolqot ħsibijiet li l-kowċ bravu Franċiż ta' Roma, Rudi Garcia jista' jħalli lil Pjanic jitlaq bl-istess mod li t-tim mill-kapitali Taljana ħalla jitilqu plejers ta' ċertu statura bħal Marquinhos, Pablo Osvaldo u Erik Lamela matul is-sajf li għadda għal somom konsiderevoli ta' flus. Irrispettivament mill-fatt jekk Roma jirnexxielhomx jikkwalifikaw jew le għall- UEFA Champions League matul l-istaġun li ġej, huma jkollhom kull intenzjoni li jinvestu s-somma ta' madwar 35 u 40 miljun Ewro li jistgħu jakkwistaw mit-trasferiment ta' Pjanic, li kollox qed jindika li se jkun wieħed mill-plejers ewlenin tat-tim nazzjonali tal-Bosnia Herzegovina fit-Tazza tad-Dinja li se ssir matul is-sajf li ġej fil-Brażil. Qabel kull bejgħ potenzjali, Roma qed jippjanaw li jagħtu estensjoni ta' erba' snin fil- kuntratt li Pjanic għandu magħhom li jiskadi fl-2015, u dan biex isaħħu l-valur tiegħu, iżda f 'dan il-kuntratt huma għandhom jassiguraw li jkun hemm klawżola ta' rilaxx fuq is-somma ta' €3 miljun fis-sena li huma lesti joffrulu. Pjanic qed ikun fundamentali għal Roma iżda jista' jiċċaqlaq Jitlesta l-proġett fil-Korsa tal-Muturi tal-ASMK ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bil-programm mill- istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14 bit-tmien tiġrija mis-Sezzjoni Autocross. Il-korsa se tkun normali miżjuda b'S-bend qabel il-finish line. Il-programm jibda f 'nofsinhar. Intant, l-aħħar ġimgħa kienet waħda impenjattiva ħafna għall-Assoċjazzjoni fejn fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet ingħata bidu għall-proġett ambizzjuż fuq il-korsa tal- muturi. Dan sar minn espert barrani li nġieb Malta mill- Assoċjazzjoni biex iwettaq dan il-proġett. Kollox beda meta l-Kumitat Motocross ressaq proposta lill-Kumitat Eżekuttiv rigward dan il- proġett li wara diskussjoni ġie milqugħ. L-ewwel saret żjara mill-espert Angelo Cinquemani f 'Diċembru li għadda u nhar it-Tnejn 27 ta' Jannar Angelo beda x-xogħol flimkien ma' ħaddiema oħra u spiċċa x-xogħol nhar il- Ġimgħa li għadda biex tlesta l-proġett kollu. Minkejja li t-toroq tal-korsa ma nbidlux fid-direzzjoni, mhux l-istess jista' jingħad għall- kumplament tal-korsa. Saret taqliba sħiħa fil-livelli, fir-rampi, wesgħat tat-trakki, il-'berms' u modifiċi oħra biex il-korsa tkun aktar professjonali. Il-kurvi kollha ġew modifikati bil-pendil ta' wiċċ it-triq (parabolic levels) għal diversi raġunijiet. Dan il-progett tal-korsa tal-Motocross kien possibbli li jitwettaq fiż-żmien previst prinċipalment bil-ħila ta' Angelo Cinquemani li wera l-kapaċitajiet speċjali tiegħu ta' kif jikkontrolla l-makkinarju tal-kostruzzjoni fil-bini tal-korsa l-ġdida u bil-għajnuna ta' ħaddiema oħra tal-kuntratturi Maltin (Cenral Asphalt Ltd, Asphaltar Ltd, Philip Agius & Sons u Bonnici Bros) li ħadmu wkoll taħt id- direzzjoni ta' Cinquemani flimkien mal-Projects Officer tal-ASMK Lawrence Darmanin, il-Kumitat Eżekuttiv u membri flimkien mal-għajnuna mill-Kumitat Olimpiku Malti u mill- Kunsill Malti għall-Isport biex dan il-proġett sar realtà. Dan iċ-ċirkwit tal- Motocross tal-ASMK se jkun aċċessibbli għall-membri fil- ġimgħa li ġejja taħt direttivi mill-Kumitat Eżekuttiv tal- ASMK fejn huwa mistenni li jibda t-taħriġ intensiv speċjalment għall-Kampjonat Nazzjonali Motocross u l-aktar għal dawk is- sewwieqa li se jikkompetu fil-kampjonat Taljan FMI li se jibda nhar it-23 ta Frar fi Sqallija. Fi tmiem din il- ġimgħa, Clayton Camilleri, Paul Muscat, Edward Ciantar u Darren Mizzi jinsabu jagħmlu taħriġ fil-korsa tal- MX ta' Hi-Fly fil-provinċja ta' Siracusa. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, 2 ta' Frar ġiet organizzata t-tielet tiġrija mis-Sezzjoni Trials fejn din id-darba saret fil-Barriera tal-Aħrax, grazzi għall- koperazzjoni li l-ASMK issib mill-AWDC li jippermettu li jużaw l-art li għandhom fl-Aħrax. L-attività kienet iddominata mill-kuġini Bonello fiż-żewġ klassijiet differenti fejn fi Klassi A rajna taqtigħa interessanti bejn Damon Bonello u l-veteran Robert Caruana, it- tnejn fuq muturi Gas Gas, li baqgħu ras imb'ras sal-ħames sezzjoni minn sitta fejn fl-aħħar żewġ sezzjonijiet. Bonello kompla javvanza biex spiċċa quddiem Caruana. Ir- riżultat finali spiċċa b'Bonello rebbieħ segwit minn Caruana. Fit-tielet post spiċċa James Zahra fuq mutur Sherco. Fi Klassi B numru kbir ta' kompetituri kkompetew f 'din il-klassi fejn rajna lil Rowen Bonello fuq mutur Beta flimkien ma' Frederick Bonello fuq Gas Gas jagħmlu ġurnata wara xulxin b'Bonello javvanza fir-raba' u l-aħħar sezzjoni biex spiċċa jirbaħ il-ġurnata. Rowen kien segwit minn Fredrick Bonello fuq Gas Gas, Joseph Scicluna fuq Gas Gas u Toni Curmi fuq mutur Beta spiċċaw fit-tielet u r-raba' post. Għal iktar informazzjoni żur is-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www.asmk.org.mt Tony Curmi fuq Beta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014