Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 33 SPORTSillum ILFUTBOL tal-Masters issa wasal Malta ukoll. Dan it-tip ta' futbol jintlagħab bejn timijiet bi plejers li jkollhom 35 sena jew aktar. It-timijiet ikunu ta' sitt plejers fuq pitch wiesa' 30 metru u twil 60 metru. Il-logħbiet ikunu ta' 20 minuta kull taqsima u jiġu utilizzati sostituzzjonijiet ta' plejers matul il-logħba. Ma jkunx hemm 'offsides'. Hija kompetizzjoni annwali f 'ħafna pajjizi u f 'xi postijiet ikun hemm ukoll kompetizzjonijiet internazzjonali. popolari ħafna fl-Ingilterra, u l-Brażil għandhom tim li jdur id- dinja jagħti esebizzjonijiet bi plejers kbar bħal Luis Peirera, Rivellino, Jairzinho, Careca, Socrates, Clodoaldo, u oħrajn, bil-kbir Pelè bħala President onorarju. Issa dan l-isport ġie introdott ukoll f 'Malta u dawk kollha li jħobbu l-futbol se jkollhom l-opportunità li jaraw l-eroj tagħhom tal-passat - plejers leġġendarji li lagħbu u żejnu l-futbol Malti matul is-snin u ħafna minnhom anki lagħbu mat-tim nazzjonali. Plejers bħal Nardu Farrugia, Joe Brincat, Michael Degiorgio. Ray Mifsud, Stefan Sultana, Joe Zarb, Joe Camilleri u ħafna oħrajn. Il-pubbliku sportiv Malti se jkollu l-opportunità jara l-aħjar plejers li kienu pproduċew timijiet kbar bħal Ħamrun, Sliema, Floriana, Valletta, Hibernians u oħrajn. Issa ċ-ċans li terġa' tara dawn il-plejers bil- kwalitajiet sbieħ tagħhom. L-idea nobbli ta' dan it-tip ta' futbol, mhuwiex ir-riżultat, iżda l-logħob bejn ħbieb li jieħdu pjaċir u jagħtu pjaċir ukoll fl-istess ħin lid-dilettanti. L-iskor finali mhuwiex importanti. Il-futbol tal-Masters huwa organizzat minn assoċjazzjoni ġdida imsemmija 'Masters Football Malta'. Ġie ffurmat kumitat u l-kampjonat nazzjonali issa beda. Hemm ħames timijiet li qed jieħdu parti u l-logħob qed isir darbtejn fil-ġimgħa filgħaxija fit-8pm, kull nhar ta' Ħamis u l-Ġimgħa fil- grawnd ta' Ħ'Attard. Il-pubbliku dilettant huwa mistieden biex jara dawn il-logħbiet mingħajr ħlas. Mistiedna jiġu jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dawn il-plejers. Il-klabbs tal-futbol huma mħeġġa jiffurmaw timijiet b' dawn il-plejers. L-assoċjazzjoni lesta li tagħti kull għajnuna possibbli. Dawk kollha li jixtiequ jikkompetu jew jixtiequ aktar informazzjoni huma ġentilment mitluba li jagħmlu kuntatt ma': Mario Meli, President, Mobile 79450372 u email: marmel 40 @hotmail.com Robert Massa, Segretarju, Mobile: 99477370 email: rmassa@go.net.mt Jikser 7 rekords nazzjonali Kampanja kontra t-tbagħbis fil-logħob u razziżmu LGĦAQDA Maltija tal- Weightlifting organizzat l-ewwel kompetizzjoni lokali għal din is-sena. Numru sabiħ ta' atleti żgħażagħ minn seba' klabbs differenti pparteċipaw. L-ewwel kompetizzjoni kienet għal atleti żgħażagħ ta' anqas minn 17-il sena. Riżultati pożittivi ġew minn Matthew Grech fejn refa' total ta' 116-il kilogramma u akkwista 179 punt. Progress tajjeb fuq is-sena ta' qabel sar minn Kirsten Scerri b`refa' totali ta' 90 kilogramma biex b'hekk irreġistrat żieda ta' 11-il punt fuq is-sena ta' qabel. Kiseb riżultat ferm tajjeb ukoll Owen Bugeja li rnexxielu jikser seba' rekords nazzjonali fil- kategorija 94+ b`refgħa totali ta' 162 kilogramma. It-tieni kompetizzjoni kienet għat-tfajliet, fejn sar progress tajjeb ta' 17-il punt fuq is-sena ta' qabel minn Amy Guiga li refgħet it-total ta' 43 kilogramma. L-aħjar riżultat f 'din il kategorija kien ta' Ivana Micallef fejn kisret rekord nazzjonali fil-kategorija 75+ juniors b`refgħa totali ta' 104 kilogrammi. L-aħħar kompetizzjoni li kienet dik għall-irġiel kienet miġġielda ferm. L-aħjar riżultati ġew minn Kyle Micallef b`refgħa totali ta' 210 kilogramma. Jovan Reljic għalaq il-kompetizzjoni b'total ta' 220 kilogramma. L-aħjar atleta tal- kompetizzjoni kien Noel Coleiro b`refgħa totali ta' 235 kilogramma. Wara dawn il- kompetizzjonijiet issa jsiru l-għażliiet ta' atleti li se jirrapreżentaw lil Malta fl-aħħar ta' dan ix-xahar fil- kompetizzjoni għall-pajjiżi tal-Mediterran li se jsiru fit-Tuneżija, kif ukoll għall- kompetizzjoni għall-pajjiżi ż-żgħar Ewropej li se jsiru ġewwa San Marino f`April li ġej. L-MFPA f 'kampanji għal logħob aħjar Owen Bugeja li rnexxielu jikser seba' rekords nazzjonali l-kategorija 94+ b`refa' totali ta' 162 kilogramma ILMALTA Football Players Association, l-MFPA, bdiet kampanja permezz tal- mezzi tax-xandir kontra u r-razziżmu u l-'match fixing'. L-MFPA temmen li kemm il-'match fixing' kif ukoll ir-razziżmu huma theddida għall-futbol modern u li l-plejers għandhom ikunu fuq quddiem f 'din il-ġlieda kontra din ir-realtà ġdida fil- futbol tal-lum. L-MFPA temmen li l-plejers għandhom ikunu kburin li qed imexxu din il-kampanja waqt li huma għandhom ikunu l-ewwel nies li jagħtu eżempju tajjeb. Ħafna mill- plejers li qegħdin jieħdu sehem f 'din il-kampanja, jew offrew li jkunu volontarji jew aċċettaw mill-ewwel biex jieħdu sehem f 'din il- kampanja. L-assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-plejers kollha li ħadu sehem f 'din il- kampanja u fil-ġlieda kontra l-'match fixing' u r-razziżmu. Fil-futur qarib, l-MFPA se tkun qed toħroġ iktar materjal biex tikxef u tirrimarka problemi jew nuqqasijiet oħra li qed jimminaw il-futbol u lill-plejers f 'Malta. Dawn iż-żewġ kampanji 'Show Racism The Red Card' u 'Don't Fix It' huma inizzjattivi tal-FIFPro. Introdott il-Futbol tal-Masters f 'Malta It-tim tal-BOV li qed jieħu sehem l-Masters Football Tournament