Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 16˚Ċ L-INQAS 10˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Lbiċ forza 3 għal 4 li jdur mill- Punent Majjistru lokalment forza 4 għal 5 BAĦAR: Moderat IMBATT: Baxx mill-Majjistral li jsir mil-Lbiċ WATERFRONT Dispensary, Forni 2l, Pinto Wharf, Floriana DARWIN Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbi- ra San Guzepp, Santa Venera ST. Paul's Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara O'HEA Pharmacy, 128, Triq Manoel De Vilhena, Gżira POTTER Chemists Ltd., Triq Wilġa, Paceville, San Ġiljan BROWN'S Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema ILMEĦRIEZ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin PILLBOX Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, Naxxar MELLIEĦA Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Mellieħa TARXIEN Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien KALKARA Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara CILIA'S Pharmacy, 303, Triq Haż- Żabbar, Fgura GERADA Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun ŻURRIEQ Dispensary, 68, Triq il-Kbi- ra, Żurrieq TALGRAZZJA Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat CASTLE Pharmacy, 2, Misrah l-In- dipendenza, Victoria SOKKORS Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 19˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Nofsinhar forza 3 għal 4 li jsir forza 4 għal 5 u jsir min- Nofsinhar il-Lbiċ forza 4 għal 5 BAĦAR: Moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 78 39 5 73 26 70 16 18 Perit f ' bord tal-MEPA b'introjtu ta' €788,000 LEJLIET l-elezzjoni ġenerali tal-2008, ċertu perit jismu Ruben Sciortino kien wieħed minn erba' persuni maħtura personalment minn Lawrence Gonzi fuq il-Bord tal-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp tal-MEPA, bord li jibqa' mfakkar għan-numru rekord ta' każi li mexxa 'l quddiem fi żmien ġimgħa. ILLUM ikompli jiżvela iktar informazzjoni dwar il- ħlasijiet li qed isiru lill-Perit Ruben Sciortino wara li fl- aħħar snin dan il-perit kien innominat mill-MEPA biex jagħmel moniteraġġ ta' tliet proġetti kbar. Ftit tal-ġimgħat ilu ILLUM żvela l-ħlasijiet li ngħataw lill-Perit Sciortino f 'sena waħda biss għax-xogħol ta' moniteraġġ li tqabbad jagħmel mill-MEPA. Il- proġetti li fuqhom il-Perit Sciortino ngħata dax-xogħol huma Smart City, Fort Cambridge u l-Metropolis. Illum iżda din il-gazzetta tista' tiżvela li fuq medda ta' sitt snin, bejn l-2008 u s-sena l-oħra, għal xogħol fuq dawn it-tliet proġetti dan il-Perit tħallas b'kollox €788,000. Mal-95% ta' dawn il- ħlasijiet kollha - mas- €740,000 - huma marbuta mal-moniteraġġ li dan il-Perit tqabbad jagħmel fuq il-proġett ta' Smart City, proġett li għal snin sħaħ tħalla jaqa' lura minn gvernijiet differenti Nazzjonalisti. Għax-xogħol fuq Fort Cambridge l-Perit Sciortino jitħallas kważi €40 is-siegħa. Għax-xogħol fuq Metropolis dan il-Perit jitħallas bi tliet rati differenti għal kull siegħa. Għal xogħol operazzjonali jitħallas kważi €70 is-siegħa, għal xogħol marbut ma' kontroll ta' trab Eddie Fenech Adami: jibqa' mnaqqax fl-istorja ta' pajjiżna EDDIE Fenech Adami ngħaqad mal-Partit Nazzjonalista fil-bidu tal- 1960. Huwa kien elett għall- ewwel darba fil-parlament fl-1969. Fenech Adami jibqa' magħruf li wassal lil Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-Gazzetta ILLUM tkellmet ma' xi personalitajiet dwar il- legat ta' Eddie Fenech Adami. Huwa spjegaw l-esperjenza tagħhom u semmew il- pożittiv u n-negattiv tal-legat tiegħu. L-eks Ministru Laburista Lino Spiteri ddeskriva lil Eddie Fenech Adami bħala "politiku minn rasu sa saqajh." Spiteri spjega kif Fenech Adami beda fil-PN minn kmieni u minn kmieni wkoll sab ruħu jgħum fil-fond tal- politika Maltija. Fost oħrajn semma kif kellu jiffaċċja wiċċ imb wiċċ lill-avversarju formidabbli, il-Perit Duminku Mintoff. "Fil-fatt Mintoff għamel żball politiku kbir meta ma qiesx biżżejjed il-kapacità ta' Fenech Adami li jippenetra fost il-poplu Malti." Spiteri qal li Fenech Adami għamel dan billi mill-ewwel snin tat-tmexxija tiegħu żdiedet il-militanza fil-Partit Nazzjonalista f 'ċirkustanzi li dehru li jiġġustifikaw dik il-militanza. "Ġraw ħafna affarijiet li t-truf tagħhom baqgħu mhux magħrufa sewwa, però fl- aħħar mill-aħħar it-tattika u l-istrateġija wasslet biex rebaħ il-gvern għal darba darbtejn tliet darbiet." L-eks Ministru Laburista qal li Fenech Adami u seta' jagħmel bħala Prim Ministru tibdiliet li Malta kienet teħtieġhom u oħrajn li setgħu kienu eċċessivi kif jiġri meta partit ikun ilu barra mill-gvern. "Ngħidu aħna, sar ħafna kliem dwar rikonċiljazzjoni. Fil-verità kien hemm, iżda min jaħseb li kien hemm sal-estenti li tissemma… qed jiżbalja," saħaq Lino Spiteri. Hu fisser kif kien hemm ħafna nies tal-fehma Laburista fis-settur pubbliku li ġew imwarrba. "Saħansitra f 'ċerti każi dawn ġew imwarrba b'mod kattiv imqegħdin f 'kamra għalihom qishom qegħdin solitary confined." Spiteri sostna li Fenech Adami kien politiku kbir li għamel ġid enormi lill- pajjiżna. "Iżda kollox ma kollox, il-kontribut tiegħu fil-politika dejjem kien għal ġid nazzjonali u żgur li kien fil-bilanċ pożittiv. Għalhekk jistħoqqlu li wieħed isellimlu f 'dan il-jum meta qed jiċċelebra għeluq sninu." L-avukat Wenzu Mintoff qal li l-figura storika ta' Eddie Fenech Adami wieħed irid jaraha fil-kuntest ta' pajjiż li minn fuqu għaddew biss ftit għexieren ta' snin mill- Indipendenza tiegħu. "Ma nistgħux nipparagunaw lil Malta ma' pajjiżi li l-isitituzzjonijiet tagħhom ilhom li evolvew ħafna snin qabel tagħna. Kemm il-preġji u l-punti negattivi fil-legat li ħalla warajh Fenech Adami, wieħed irid jarahom f 'dan l-ambitu," qal Mintoff. Hu spjega kif fl- Oppożizzjoni Fenech Adami kien jidher konfrontazzjonali, kumbattiv u forsi anki provokattiv. Bħala Prim Ministru huwa assuma r-rwol ta' statista, kellu sehem kbir fit-tisħiħ tad-demokrazija ta' pajjiżna, biex pajjiżna jgħaddi għan- normalità u jkun hawn l-istabbilità u l-kalma. "Konkwisti ewlenin ta' Fenech Adami kienu bla dubju l-liberalizzazzjoni tas-suq u żvilupp ekonomiku b'ritmu sostnut biex pajjiżna jkun aktar kompetittiv f 'dinja globalizzata. U marbut ma' dan, id-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea." Mintoff qal li minkejja li l-klima politika tjiebet ħafna fi żmienu bħala Prim Ministru, uħud mill-aktar punti importanti mill-famużi 20 punt tal-programm elettorali tal-1987 mhux kollha saru realtà "Il-korruzzjoni tiġi meqruda bl-għeruq u x-xniexel... nerġgħu nsiru lkoll aħwa Maltin... Malta terġa' twarrad bis-sbuħija. Lanqas ġew megħluba għal kollox it- tribaliżmu u l-polarizzazzjoni politika." In-neputi tal-Perit Dom Mintoff qal li Fenech Adami ser jibqa' kollonna ewlenija fl-isfera politika ta' pajjiżna. "Żgur li Fenech Adami għad ikollu l-profil tiegħu mnaqqax fuq il-Mount Rushmore tal- istorja ta' pajjiżna." Ix-xandar Peppi Azzopardi semma esperjanza li għadda minnha u li ħalliet impressjoni fuqu. "Darba, qabel ir-referendum, kien ġie

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014