Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 M agħrufa bħala ġurnalista u preżentattriċi fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista, Miriam Dalli daqt se tinża din il-libsa biex tittanta xortiha għal siġġu fil-Parlament Ewropew. Mhix se tkun l-ewwel waħda li tidħol fil-politika minn dan il-bieb. Politiċi bħal Joseph Muscat, Louis Grech u Simon Busuttil ukoll bdew minn Brussell u issa spiċċaw imexxu l-partiti tagħhom hawn Malta. "Qed tgħidli li se nispiċċa mmexxi lil Malta?" tgħidli b'daħqa kif insaqsiha jekk hux qed taspira li tagħmel l-istess vjaġġ mill- Parlament Ewropew għal dak Malti. "Jien nippreferi nieħu l-ħajja ġurnata b'ġurnata, pass pass, u hekk dejjem nasal. Iżda sinċerament mhux qed nara din l-isfida bħala stepping-stone. Irrid nara kif immur, jekk niġix eletta, u li jekk ningħata l-fiduċja nassigura li nagħmel suċċess mil-leġislatura sħiħa ta' ħames snin," tgħidli Dalli. Minkejja li din hi l-ewwel darba fejn Dalli se tkun qed tikkontesta elezzjoni minflok tirrapporta dwarha, hi ilha attiva fil-politika mill-età ta' sittax-il sena bħala membru tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Kien iż-żmien tal- pluraliżmu fix-xandir u bil-ftuħ tal-istazzjonijiet tal-partit, sabet ruħha taħdem bħala ġurnalista u tistudja għal grad fis-suġġett fl- istess ħin. Kien f 'dak il-perjodu li għamlet żmien taħdem ma' Joseph Muscat bħala kollegi fil-kamra tal-aħbarijiet. L-istess Muscat li fit-tentattiv tiegħu li jsir Prim Ministru u jrebbaħ lil Partit Laburista wara sensiela ta' telfiet, talab lil Miriam Dalli biex tagħti daqqa t'id fil-qasam tal- komunikazzjoni fil-Partit. Mhux biss tippreżenta l-programm 9:03 kuljum matul ix-xahrejn tal- kampanja elettorali, iżda tgħin ukoll fit-twassil tal-messaġġ politiku. Mhux ta' b'xejn li fit-tnedija tal- kampanja elettorali tagħha, il-Prim Ministru għażel li jsemmi s-sehem ta' Miriam Dalli fil-Partit Laburista fi żmien fejn rebħa elettorali ma setgħet tiġi b'xejn. "Dalli suldat b'saħħtu ħafna. F'sensiela ta' telfiet li ġarrab il-PL hi dejjem kienet last man standing meta ħaddieħor ikun denbu taħt il-blata. Tibqa' fuq quddiem anke waqt li tkun qed titlef," kien qal Joseph Muscat. Bi tbissima li tesprimi s-sodisfazzjon ta' kif iddeskriviha Il-ħolma li sservi fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli dwar il- kandidatura tagħha għall-Parlament Ewropew u l-passat tagħha l-Partit Laburista James J. Piscopo Età: 37 Professjoni: Konsulent fil- Ministeru tal-Enerġija L-ewwel darba li vvutat: Elezzjoni Ġenerali 1996 Tip ta' mużika favorita: Ambient music L-aħħar safra: Livigno Persunaġġ Malti li tammira: Mikiel Anton Vassalli Miriam Dalli jpiscopo@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014