Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 13 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek Il-poodle jirritorna l-ġimgħa d-dieħla. Intant, din il-ġimgħa kien qed jissendika f 'Villa Francia biex jara lil min se jqaċċat 'il barra mill-kabinett, il-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-poodle isejjaħ … Mela sieħbi Gouder se jitlaqna… iddeċieda li jissagrifika ruħu għalija, għalik u għalih… fejn is-slogan tiegħu fhimtu hekk jien… irrid inkun hemm biex intejjeb l-għixien tiegħek u tal-familja tiegħi (tridx tmur… għallinqas sinċier). Awguri sieħbi… għalkemm nippreferik kuntent hawn milli missjunarju 'l bogħod minni… Il-festa tal-maħbubin Fil-parlament ma jitilgħux fjuri iżda għal San Valentinu smajt li dis-sena se jikkapiljaw miż-żewġ naħat. Ġowi diġà lesta bukkett fjuri u xi żewġ passaporti għal Simone biex jurih li mingħajru ma jgħaddix għax b'Simone fis-siġġu tal- Oppożizzjoni, Ġowi għandu garanzija għal futur… In-Nimrod sadattant sar jaf li hemm xi ċaqliq għaddej minn taħt il-bankijiet… Pulliċin qed jissemma ma' Deborah… nispera biss li ma jitħajrux imorru xi weekend break għax kamra ta' 4 jkollhom jordnaw! Chris Said Għawdxija jrid… u minn meta semagħha tgħid is-Signor Si fil-parlament qatt ma jneħħiha minn moħħu lil Justyne. Sadattant lil Reflu ħadd ma jista' jifirdu minn ma' Lady Jayne (l-ilsna ħżiena jgħidu li ilhom partners dawn!) għalkemm safejn naf jien Anton iżgħar minnu jħobbhom. Il-Guy bħala l-playboy tal- parlament qed jindieħes sew ma' Kristy għalkemm naħseb qed jissogra xi daqqa ta' ponn tajba miż-Żebbuġi tagħha għax dak dejjem ifetfet fiha. Helena Dalli ma tridx taqleb lejn in-naħa l-oħra għax Deo jdaħħakha wisq qalet anke jekk fid-daqs hu kemxejn ċkejken għaliha. Marlene ma trid taf b'ħadd iżjed għax wara li ppruvathom it-tnejn taż- żewġ naħat tippreferi tistenna ftit forsi ma tafx kif jidħol Kakkupardu jew Kazzola fil- Parlament għax jgħidu li fuq tlieta toqgħod il-borma. Claudette qed tindiehes ma' Manwel Mallia, l-ewwel ħaġa ħalli jekk għandha titħallat, titħallat ma' Nazzjonalist u forsi jagħtiha ċans terġa' tieħu sehem fil-Eurovision jew imqar tbiegħlu xi reklam. Konrad Mizzi qed joffri l-gass għal Jum Valentinu fejn Paula donnha tħajret għax qed tarah mimli enerġija… xi ħaġa li ilha nieqsa minnha kemm ilha fl-amministrazzjoni tal- partit fallut. Għal Marthese l-Għawdxija donnu tħajjar Franco Mercieca għax iħossu komdu ma' first timer bħalu… wara kollox dan għal ONE Night stand iridha. Jekk tinnutaw in-Nimrod tiegħi baqa' antikwat u nnota biss lil koppji 'naturali' kif isejħilhom l-hekk magħruf bħala l-bomblu ta' Twitter. U Marie Louise Coleiro Preca (kemm hu twil dan) se tissagrifika ruħha u tingħaqad ma' Mario Demarco għax il-fqar huma wisq għal qalbha… Issa sew baqa' xi 50 oħra u kollha irġiel… insomma dawk f 'idejhom li jagħmlu ħallata ballata… (kemm se jinkwieta l-bomblu ta' Twitter) għalkemm hemm min li orġija bħal dik tinżillu għasel… Sadattant infakkarkom li għal dawk li ma jirnexxielhomx isibu l-imħabba tagħhom fil-parlament ħudu l-parir ta' Anton Refalo li qalilna li l-indirizz tal-imħabba f 'Jum San Valentinu jinsab Għawdex. Jiena sibtu u weħilt hemm… Ejja ħa mmorru lilllyyyyy mmmm kemm inħobbbbb. TATA "Il-finanzjament tal- partiti m'għandux jaqa' taħt il-Kummissjoni Elettorali" - AD LALTERNATTIVA Demokratika qalet li mhuwiex għaqli li l-awtorità regolatorja dwar il-finanzjament tal-partiti tkun il-Kummissjoni Elettorali. B'rispons għall-white paper li tnediet din il-ġimgħa dwar il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, l-Alternattiva Demokratika qalet li fl-aħħar mill-aħħar il- Kummissjoni Elettorali hija taħt il-kontroll esklussiv tal- istess partiti fil-parlament. Minflok, huma jipproponu li r-responsabbiltà għandha taqa' taħt il-Kummissarju dwar l-istandards fil-ħajja pubblika li jinħatar bil-qbil ta' żewġ terzi tal-parlament. Il-partit qal li fil-principju jaqbel mal-proposti fil-white paper dwar il-finanzjament tal-politika iżda taħseb li bosta mid-dettalji dwar il- proposti li saru għandhom ikunu kkunsidrati mill-ġdid. "L-Alternattiva Demokratika b'mod konsistenti tul il-25 sena ta' eżistenza tagħha dejjem ħadmet favur ir- regolamentazzjoni tal- politika u tal-partiti," qal iċ-ċermen tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola. Id-deputat ċermen u kandidat għall-Parlament Ewropew, Carmel Cacopardo żied jgħid li l-white paper titkellem ukoll dwar ir-reġistrazzjoni tal- Partiti u tidħol f 'numru ta' dettalji dwar kif għandhom ikunu organizzati. Qal li l-AD, filwaqt li taqbel mal- proposta ta' reġistrazzjoni tal-partiti jidhrilha li l-white paper tidħol f 'ħafna dettalji żejda. "Kien ikun ħafna aħjar kieku illimitat ruħha għall- essenzjali. Hemm qbil li r-reġistrazzjoni tal-partiti għandha teżiġi li l-partiti jkunu demokratiċi fil-ħsieb u fil-forma, imma ma hemm l-ebda ħtieġa li din tidħol ukoll fid-dettall ta' kif taħdem l-organizzazzjoni interna ta' partit politiku," sostna Cacopardo. Hemm il-periklu, żied jgħid Cacopardo, li ma titteħidx konsiderazzjoni tad-differenzi fid-daqs tal-partiti u allura wkoll fir-riżorsi li għandhom. "Filwaqt li Alternattiva tifhem u taċċetta li l-kontijiet tal-partiti għandhom ikunu suġġett għal verifika, innutajna li l-white paper ma tiddistingwix bejn il-partiti l-kbar li għandhom turnover ta' miljuni fis-sena u l-Alternattiva Demokratika li t-turnover tagħha ma jaqbiżx il-€15,000 fis-sena." F'dan ir-rigward l-Alternattiva Demokratika qed tipproponi li fil-każ ta' partiti politiċi li t-turnover annwali tagħhom ma jaqbiżx il-€100,000 l-ispejjeż konnessi mal-verifika annwali għandhom jitħallsu miXr-regolatur. Arnold Cassola spjega li l-limiti ta' donazzjonijiet li tipproponi l-white paper huma għoljin wisq. Qal li filwaqt li donazzjonijiet taħt l-€4,000 fis-sena għandhom jibqgħu protetti bil-kunfidenzjalità, id- donazzjonijiet bejn l-€4,000 u l-€40,000 fis-sena għandhom ikunu pubbliċi u tingħata informazzjoni dwarhom lir-regolatur. Skont hu, m'għandhomx ikunu possibbli donazzjonijiet li jaqbżu l-€40,000 fis-sena. Rigward l-infiq permissibli fil-kampanji elettorali, AD qalu li l-ammonti li qed tipproponi l-white paper huma għoljin wisq u għandhom jonqsu minn dak propost. Tipproponi li l-infiq tal-kandidati m'għandux jaqbeż l-€4,000 fil-każ ta' elezzjoni ġenerali u €20,000 fil-każ tal-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Reporter jiddiskuti l-konferenza ġenerali tal-PL GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Il- programm ser jiddiskuti l-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista li tintemm illum bid- diskors tal-Mexxej tal- Partit Joseph Muscat. Il-mistiedna speċjali ser ikunu d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela u l-Kandidati għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew Norman Vella u Cyrus Engerer. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza l-ħidma li qed iwettaq il-PL wara r-rebħa storika f 'Marzu tas-sena l-oħra. Ser jistaqsi jekk il- wegħdiet li għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni li għaddiet hux qed jinżammu. Huwa minnu li l-Gvern qed iżomm mal-wegħda tal-meritokrazija? X'qed jagħmel Gvern Laburista biex iġib ix-xogħol u jkabbar l-investiment? Konferenzi bħal dawn huma sempliċiment rubber stamp ta' dak li jgħidu l-mexxejja jew verament huma lok ta' diskussjoni? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, se jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014