Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
12 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 LI kellhom jerġgħu jsallbu lil Kristu ma kienx iqum dan il-pandimonju kollu għal dawn l-imberkin qtates li ġew imsallba. F'daqqa waħda l-fejsbuk kollu sar espert tal-forensika, kulħadd sar investigatur u talbu l-filmati u l-kummissarju għamel bħal Pilatu ħasel idejh u tahomlom. U oħroġ il-għaġeb li dawn l-investigaturi u mħallfin kollha belgħu lsienhom u ma qabdu xejn! Ħlief li l-qattiel hu bla xagħar (wieħed hawn għallijistajkun) Il-bravu Kummissarju tagħna lkoll, megħjun minn 4 deputati u ma nafx kemm il-għexieren ta' assistenti ddeċieda li s-serial killer mhux wieħed iżda tlieta (ara ma sabx wieħed aħseb u ara tlieta). Is-sindku Shirley wkoll ingħaqdet mal- investigaturi u din iddeċidiet li huma tnejn differenti. Ara ħa nagħtikom ħjiel żgħir… il-qattiel nemmen li hu Mosti għax fl-istess ġurnata barra li sallab qattus u kelb sallab l-iljun Naxxari!!! U ħa ngħidlek ta! Dal- Kummissarju vera li hu kapaċissimu bil-biċċa tat-tfarfir tafux! Qisu Hitchcock… xejn m'hemmx problemi qalilna li l-assassini tal-Ġilda tal-Marsa kienu tnejn u barranin… Farfar Ġuż… tista' tgħidli minn fejn indunajt li barranin? Tgħid il-bullets kien hemm miktub fuqhom MADE IN CHINA? Min hu missierna? Iddeċiedu ħbieb tiegħi min hu missierna l-Maltin. Xbajt naqra li Mintoff missier Malta… issa dil-ġimgħa qrajt li missier Malta hu Eddie... u l-Mużew kienu għallmuni li San Pawl hu missier il-Maltin… Ara min hu eżatt missierna ma nafx… però jkolli nammetti li lanqas min hi ommna ma naf għax kieku kont nistaqsi lilha min hu missierna… Toninu tagħna lkoll kixef s….! Mela Toninu tagħna lkoll, kixef sormu… kixef is- sigriet kif il-moviment/partit Laburista/Soċjalista (dejjem aqta' fejn ma japplikax) għandu l-gvern konsolidat għal elezzjoni oħra. U bil-mod kif jaf igerfex hu bil-Malti u l-Ingliż tana biċċa filosofija minn tiegħu fuq ktieb il-għerf li jissejjaħ fejsbuk… Thank God we have Simon… għandna tnejn min-nies jaqdfu kemm jifilħu biex il-partit Laburista (m'għadux moviment issa?) jibqa' fil-gvern. Joseph Muscat f 'Kastilja u Simon Busuttil f 'Tal-Pieta!!! Niftakar li darba kien hemm wieħed eżatt sena ilu li qal li l-partit Nazzjonalista għandu 20 sena oħra fil-gvern. Daqs mus tal-leħja jaqta' l-Gatto nispera li tiegħek sinnejtu aħjar il-mus Toninu. Gouder…int u hu In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL Trid nagħmlu threesome għal San Valentinu? Ma' dak il-biċċa Nazzjonalist mort Marie Louise? Ili tant għalik!