Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
għal-laqgħat ta' darba f 'xahar li jsiru apposta għalihom, huma mħeġġa jagħtu daqqa t'id fl- attivitajiet, huma rappreżentati fil-Kunsill Skolastiku li jiltaqa' darba f 'xahar u dejjem milqugħa fl-iskola meta jkollhom xi diffikultà." Għall- kap tal-iskola sehem il-ġenituri għandu jkun ħafna aktar milli sempliċiment jattendu għall- Parents Day darbtejn fis-sena. Isiru wkoll attivitajiet wara l-ħin tal-iskola u anke fil- weekend organizzati mill- ġenituri. Il-ġenituri huma infurmati kontinwament b'dak li jkun qed jiġri l-iskola permezz tal-blog tal-iskola www.ourhappyschool. wordpress.com. Fil-blog wieħed isib tagħrif dwar l-iskola, l-attivitajiet li jsiru minn żmien għal żmien, ritratti u xogħol it-tfal. U qalli wkoll li din l-intervista se tkun parti minn dik il-blog fejn beda jgħid lill- għalliema u lit-tfal biex jixtru l-ġurnal. Però meta dħalt f 'din il-blog innutajt li fiha rokna innovattiva l-Heads Diary. Kull filgħaxija Lelio jaqsam il-ħsibijiet tiegħu fuq dak li jkun għadda minnu matul il-ġurnata fl-iskola. Ir- rispons għal dan il-blog huwa wieħed fenomenali kif juri n-numru ta' nies li s'issa żaru l-blog. "It-tfal huma ċ-ċentru ta' kollox fl-iskola. It-tfal mhumiex numru imma persuni b'karattri u stejjer differenti." Lelio jisħaq ħafna fuq l-inklużjoni minkejja d-diversità tagħhom. "Fl-iskola t-tfal jieħdu sehem attiv. Darba fil-ġimgħa l-morning assembly imexxuha huma. Jagħtu sehem attiv fil-kumitat ta' Eko Skola u fil-Kunsill Studenti. Il-kunċert tal-Milied u jum iċ- ċelebrazzjoni jmexxuhom huma wkoll." Kompla s-surmast li wiċċu jixgħel u għajnejh ileqqu waqt li jkun qed jitkellem dwar l-iskola u t-tfal tiegħu. Tlabt lis-Sur Spiteri jkompli jdawwarni ftit mal-iskola. Kull darba li nindirizzah bħala s-Sur Spiteri, Lelio talabni nsejjaħlu b'ismu. U x'jgħajtulu t-tfal? "Ħafna Mr Spiteri, oħrajn Mr Lelio u ftit oħra Lelio." Ma ddejqux din il-ħaġa? "Lanqas xejn. Il-prijorità tiegħi li nibni relazzjoni tajba mat-tfal. Naf l-ismijiet tat-tfal kollha." Imma kif jirnexxielu jiftakar aktar minn tliet mitt isem? "minħabba l-fatt li nsib ħin kuljum biex inżur il-klassijiet kollha." Wieġeb mill-ewwel Lelio. Minn dak li niftakar jien meta kont nattendi l-iskola, is-surmast normalment dejjem issibu fl-uffiċċju bl-iskuża li jkollu ħafna xogħol x'jagħmel. Iżda Lelio hu surmast b'differenza. "Ma lħaqtx surmast biex ningħalaq fl-uffiċċju imma biex inkun qrib l-għalliema u t-tfal. Ma jistax ikun li t-tfal ma jkunux jafu min hu s-surmast! Anzi jien nisħaq mat-tfal li meta jarawni barra l-iskola jxejruli u jkellmuni. Għalija dixxiplina tfisser li tfiehem lit-tifel jew tifla fejn ikun żbalja mingħajr għajjat jew superjorità. L-imħabba tirbaħ fuq kollox. Fl-aħħar mill- aħħar huma tfal!" Waqt li komplejna nimxu fil-kurituri tal-iskola nnutajt li l-ismijiet tal-klassijiet huma partikulari wkoll. "Qabel it-tfal bdew l-iskola f 'Settembru, l-għalliema ġew mistiedna jsibu isem għall-klassi tagħhom. Ħarġu b'ħafna ismijiet sbieħ. Mal-bibien ta' kull klassi wieħed jara tpinġijiet tat-tfal marbuta mal-isem tal-klassi. Fit-taqsima tal-primarja nsibu l-Year 1 Stars u Diamonds, Year 2 Busy Bees u Pengiun Paradise, Year 3 Caterpillars, Butterflies u Ladybirds, Year 4 Vikings, Gladiators u Pirates, Year 5 Roses u Tulips u Year 6 Funky Monkeys u Leaping Lizards." Interessanti! U xi tgħidli dwar l-għalliema? "B'wiċċi minn quddiem ngħid li fl-iskola tagħna nsibu grupp tajjeb ħafna ta' għalliema. L-għalliema tagħna huma kreattivi u dejjem lesti jagħtu l-mija fil-mija tagħhom. Isir ħafna xogħol tajjeb fil-klassijiet. Tinduna kemm għandna għalliema tajbin meta tara r-riżultati tat- tfal tagħna fix-xogħol tal-klassi u meta l-iskola torganizza xi attività bħall-kunċert tal-Milied, is-Celebration Day u l-karnival fejn l-għalliema jaħsbu għal kollox huma. Ma jiddejqux jagħmlu aktar minn dak mitlub minnhom. Xi kultant nammetti li noħlom naqra żżejjed imma dejjem insibhom warajja f 'kull ħaġa li ssir. Nagħmel minn kollox biex l-għalliema jkunu dejjem mgħarrfa b'dak kollu li jkun qed iseħħ fl-iskola, iħossuhom komdi u stmati u li lkoll inkunu bħall-familja waħda kbira minkejja li mhux bilfors naqblu f 'kollox u dejjem. Ma nistax inħalli barra lill- għalliema paripatetiċi li jżuru l-iskola u jagħtu lezzjonijiet tal- PSD, drama, edukazzjoni fiżika, IT, saħħa u sigurtà, mużika, arti u xjenza." Kompla s-surmast bi tbissima dejjiema fuq wiċċu. Nimxu lejn il-parti tal- Kindergarten. Nara kamra miżbugħa differenti mill- klassijiet l-oħrajn. "Din hi r-Rainbow Class, in-Nurture Group. Din hi klassi li tgħin lit-tfal li jkollhom problemi soċjali, emozzjonali u imġiba mhux mixtieqa. Tliet darbiet fil-ġimgħa tingħata possibilità lil dawk it-tfal li jippreferu jgħaddu l-ħin tal-brejk b'mod differenti u dan billi jieħdu sehem f 'logħob alternattiv, essenzjalment board games. Dan grazzi għall-għalliema tar- Rainbow Class." Wasalna ħdejn il-klassijiet tal- Kindergarten. Lelio jitkellem b'ċertu ħlewwa dwar dawn it- tfal ċkejknin. Hawnhekk insibu l-Kinder 1 Birdies, Cubs u Ducklings u Kinder 2 Puppies u Kittens. Jgħidli li f 'dawn il- klassijiet isir ħafna xogħol tajjeb fejn it-tfal jitgħallmu permezz tal-logħob. Il-grawnd tal-iskola huwa tat-turf imma żgħir wisq għan-numru ta' tfal li jattendu l-iskola, tfal li ġejjin mhux biss mir-Rabat imma prattikament minn kull raħal f 'Għawdex. Is-surmast ma jiqafx jitkellem dwar l-inizjattivi li tieħu l-iskola. Bħalissa l-iskola tar- Rabat qed tgawdi minn servizz ta' Comenius Assistant li ġejja mill-Iskozja u li qed tgħin lill-għalliema u lit-tfal fil- lezzjonijiet tal-Ingliż. L-iskola wkoll torganizza mawriet għal Sqallija. Fil-fatt it-tfal tas-sitt sena ikollhom l-opportunità li f 'Lulju jtellgħu musical ġewwa r-raħal ta' Pollina, esperjenza indimentikabbli. Xtaqt nibqa' aktar fl-iskola imma l-ħin għadda ġmielu. Qabel tlaqt, Lelio xtaq isemmi l-għajnuna kbira li jagħtuh iż-żewġ assistenti kapijiet Silvio u Helga. Tassew school management team! Xtaq jirringrazzja wkoll lill-prinċipal tal-kulleġġ, lill-iskrivana tal-iskola u lill- minor staff li jgħin mhux biss fl-indafa imma f 'kull attività li torganizza l-iskola. L-aħħar kelma ta' Lelio. "Fl-iskola primarja tar-Rabat hemm diffikultajiet u sfidi bħal f 'kull skola oħra, imma l-ferħ jissupera dan kollu." Kemm nixtieq li meta kont tfajjel kelli lil Lelio bħala surmast. Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 11 Gladjaturi tal-Ħajja Tbissima ta' surmast ħolqot skola mimlija ferħ 316 student u s-surmast jaf isimhom kollha bl-amment Is-Surmast liebes ta' Pirata Il-Gradwazzjoni ta' Kinder 2 Jum l-Annimali Domestiċi